Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Każistika nazzjonali

Estonja

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali tal-ġurisprudenza Estonjana u deskrizzjoni tal-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti.

Il-kontenut ipprovdut minn
Estonja
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Ġurisprudenza disponibbli fuq l-Internet

Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-prim'istanza u tat-tieni istanza ilha disponibbli fuq l-internet sa mill-2001. Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema ilha disponibbli minn meta s-sistema tal-qorti ġiet organizzata mill-ġdid fl-1993 u hija ppubblikata fl-edizzjoni elettronika ta' Riigi Teataja (il-Gazzetta tal-Istat Estonjan) u fil-websajt tal-Qorti Suprema. Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-prim'istanza u tat-tieni istanza hija disponibbli fl-edizzjoni elettronika ta' Riigi Teataja.

L-obbligu biex il-ġurisprudenza tkun disponibbli huwa stabbilit fl-Att dwar l-Informazzjoni Pubblika, b'regoli aktar speċifiċi mogħtija fid-diversi kodiċijiet ta' proċedura tal-qorti. Ġeneralment is-sentenzi finali kollha jkunu ppubblikati. L-eżenzjonijiet huma previsti fi proċedimenti tal-qorti ċivili jew amministrattivi, fejn il-qrati ma jiddivulgawx fis-sentenzi tagħhom, jew b'inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-individwu ikkonċernat, l-isem tal-individwu (billi jibdluh bl-inizjali jew karattri oħrajn), in-numru ta' identifikazzjoni personali tagħhom, id-data tat-twelid jew l-indirizz. Il-qrati, fi proċedimenti tal-qorti ċivili jew amministrattiva, jistgħu jiddeċiedu wkoll, jew b'inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-individwu ikkonċernat, li jippubblikaw biss il-parti operattiva ta' sentenza li tinkludi dejta personali sensittiva jew li ma jippubblikawha xejn, jekk il-bdil tal-isem tal-individwu bl-inizjali jew karattri oħra jista' jippreġudika l-privatezza tiegħu jew tagħha. Il-qrati jistgħu jippubblikaw biss il-parti operattiva ta' sentenza jekk is-sentenza tinkludi informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra.

Is-sentenzi finalizzati fi proċedimenti kriminali jiġu ppubblikati kollha, iżda d-dettalji personali tal-imputat biss (isem u kodiċi ta' identifikazzjoni personali jew data tad-twelid) isiru pubbliċi. Bħala regola ġenerali, id-dettalji personali ta' imputati taħt l-età ma jiġux divulgati (l-isem u l-kodiċi ta' identifikazzjoni personali jew id-data tat-twelid ikunu sostitwiti b'inizjali jew karattri oħra). Fuq talba ta' individwu jew b'inizjattiva tagħhom stess, il-qrati jistgħu, fi proċedimenti kriminali, jippubblikaw biss l-introduzzjoni u l-parti operattiva jew il-parti finali ta' sentenza mogħtija, jekk is-sentenza tinkludi dejta personali sensittiva. L-istess japplika jekk is-sentenza tinkludi dejta personali suġġetta legalment għal restrizzjoni ta' aċċess oħra u tippermetti li l-individwu ikkonċernat jiġi identifikat, minkejja l-fatt li l-ismijiet u d-dettalji personali l-oħra jkunu tbiddlu b'inizjali jew karattri oħra.

Il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza hija meqjusa bħala parti mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-pubblikazzjoni ta' dejta speċifika tista' tiġi kkontestata. Il-qrati għandhom għalhekk jikkunsidraw kif għandhom jiġu ppubblikati s-sentenzi.

Preżentazzjoni tas-sentenzi u titoli


Il-Qorti Suprema

Qrati oħra

Il-ġurisprudenza hija ppreżentata bit-titoli?

Iva

Le

Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tinsab fuq Riigi Teataja u fil-websajt tal-Qorti Suprema skont is-sena, it-tip ta’ kawża, in-numru tal-kawża, id-data tas-sentenza, il-kompożizzjoni tal-qorti, it-tip ta’ proċediment, it-tip ta' reat, l-annotazzjoni u l-kontenut. Fuq il-websajt tal-Qorti Suprema huwa possibbli li wieħed jagħmel tfittxija għall-ġurisprudenza permezz ta' kelma ewlenija.

Is-sentenzi tal-qrati tal-prim'istanza u tat-tieni istanza jistgħu jiġu mfittxija bit-tip adatt ta' proċedura u, skont it-tip ta' proċedura, il-każijiet jistgħu wkoll jiġu mfittxija bl-użu ta' firxa ta' kriterji. F'kull tip ta' proċeduri, is-sentenzi jistgħu jiġu mfittxija skont in-numru tal-każ, l-organi tal-qorti, it-tip ta' sentenza u d-data, id-data tal-proċedimenti u l-kontenut tad-deċiżjoni. F'każijiet kriminali s-sentenzi jistgħu wkoll jiġu mfittxija bin-numru tal-proċedimenti ta’ qabel is-smigħ, it-tip ta' sentenza u d-data, it-tip ta’ talba, it-tip ta' sentenza jew, pereżempju, ir-raġunijiet għal-liberazzjoni. Is-sentenzi fil-kawżi ċivili u amministrattivi jistgħu wkoll jiġu mfittxija skont il-kategorija u t-tip ta’ każ, it-tip ta’ talba u r-riżoluzzjoni tal-każ.

Eżempju tat-titolu

Rieżami kostituzzjonali tat-tieni sentenza tal-Artikolu 71(2) tal-Att dwar l-Avjazzjoni.

Formati


Il-Qorti Suprema

Qrati oħra

Dokument

Metadejta

Dokument

Metadejta

Il-ġurisprudenza hija disponibbli fil-format XML?

Le

Le

Le

Le

X'formati oħra huma użati?

HTML

HTML

PDF

HTML

Proċedimenti oħra


Il-Qorti Suprema

Qrati oħra

Hemm informazzjoni disponibbli dwar:

appelli?

-

Le

jekk każ għadux pendenti?

Iva

Le

dwar ir-riżultat tal-appell?

-

Iva

dwar l-irrevokabbiltà tas-sentenza?

Iva

Iva

dwar jekk kienx hemm proċedimenti oħra quddiem:

qorti nazzjonali oħra (eż. il-Qorti Kostituzzjonali)

il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea?

il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Regoli tal-pubblikazzjoni


F'livell nazzjonali

F'livell tal-qorti

Jeżistu regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza?

Iva

-

Ir-regoli dwar il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza huma stabbiliti fil-kodiċi tal-proċedura rilevanti. Ir-regoli li jikkonċernaw il-proċedura kriminali huma differenti minn dawk li jikkonċernaw il-proċedura ċivili.


Il-Qorti Suprema

Qrati oħra

Qed tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza kollha jew partijiet minnha biss?

Partijiet minnha biss.

Partijiet minnha biss.

Liema kriterji qed jintużaw biex issir l-għażla?

L-għażla hija magħmula abbażi ta' dan li ġej:

1) is-sentenza trid tkun daħlet fis-seħħ;

2) is-sentenza tista' tiġi ppubblikata jekk:

a) (f'kawżi ċivili u amministrattivi) jekk ma tinkludi l-ebda dejta personali sensittiva; is-sentenza tiġi ppubblikata b'ismijiet mibdula bl-inizjali jew karattri oħrajn u b'tali mod li ma tippreġudikax il-privatezza tal-individwu ikkonċernat; is-sentenza ma tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra;

b) (f'kawżi kriminali) ma tinkludi l-ebda dejta personali sensittiva jew dejta personali suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra, jew jekk l-ismijiet u d-dettalji personali oħra jiġu mibdula fis-sentenza bl-inizjali jew b'karattri oħra, b'tali mod li l-individwu ikkonċernat ma jkunx jista' jiġi identifikat; is-sentenza ma tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra.

L-għażla hija magħmula abbażi ta' dan li ġej:

1) is-sentenza trid tkun daħlet fis-seħħ;

2) is-sentenza tista' tiġi ppubblikata jekk:

a) (f'kawżi ċivili u amministrattivi) jekk ma tinkludi l-ebda dejta personali sensittiva; is-sentenza tiġi ppubblikata b'ismijiet mibdula bl-inizjali jew karattri oħrajn u b'tali mod li ma tippreġudikax il-privatezza tal-individwu ikkonċernat; is-sentenza ma tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra;

b) (f'kawżi kriminali) ma tinkludi l-ebda dejta personali sensittiva jew dejta personali suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra, jew jekk l-ismijiet u d-dettalji personali oħra jiġu mibdula fis-sentenza bl-inizjali jew b'karattri oħra, b'tali mod li l-individwu ikkonċernat ma jkunx jista' jiġi identifikat; is-sentenza ma tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra.

Bażijiet tad-dejta legali

Isem u URL tal-bażi tad-dejta

Il-ġurisprudenza ppubblikata tal-Qorti Suprema tinstab fil-websajt tal-Qorti Suprema u f'Riigi Teataja.

Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-prim'istanza u tat-tieni istanza li daħlet fis-seħħ u ġiet ippubblikata tinstab billi tfittex il-ġurisprudenza f'Riigi Teataja.

It-talbiet mill-qrati Estonjani lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għal deċiżjoni preliminari huma disponibbli permezz tal-websajt tal-Qorti Suprema. Hawnhekk għandek tara isem il-qorti li titlob deċiżjoni preliminari, id-data tas-sottomissjoni u deskrizzjoni tal-kontenut tat-talba, u n-numri tal-każ Estonjan u tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Sommarji tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem huma disponibbli f'Riigi Teataja.

Il-websajt tal-Qrati tagħti statistiċi dwar proċedimenti fil-qrati tal-prim'istanza u tat-tieni istanza mill-1996. Statistiċi tal-Qorti Suprema huma disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti Suprema. L-istatistika dwar ir-reviżjoni kostituzzjonali ilha disponibbli sa mill-1993, filwaqt li l-istatistika dwar każijiet amministrattivi, ċivili u kriminali u reati minuri ilha disponibbli mill-2002.

Il-websajt tal-Qorti Suprema tagħti wkoll analiżi tal-ġurisprudenza tas-suġġetti magħżula sa mill-2006.

Irid isir xi ħlas biex jingħata aċċess għall-bażi tad-dejta?

Le, l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa bla ħlas.

L-aħħar aġġornament: 13/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna