Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.
Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Każistika nazzjonali

L-Ingilterra u Wales

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni tal-ġurisprudenza tar-Renju Unit, u tiffoka fuq il-ġuriżdizzjoni tal-Ingilterra u Wales. Id-deskrizzjoni tikkonċentra fuq il-ġurisprudenza mill-bażijiet ta' dejta li jkunu disponibbli liberament għall-pubbliku.

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Ingilterra u Wales

Ġurisprudenza disponibbli fl-Ingilterra u Wales

Ħafna mill-ġurisprudenza tal-qrati tar-Renju Unit fil-ġuriżdizzjoni tal-Ingilterra u Wales hija aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-kawżi kollha tal-Qorti Suprema u s-sentenzi sustantivi kollha tal-Qorti tal-Appell Ċivili jiġu rrappurtati.  Is-sentenzi kollha tal-Qorti Amministrattiva, u wħud mis-sentenzi tal-Qorti Superjuri li jkunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku partikolari, jiġu ppubblikati.  Sentenzi tat-taqsima kriminali tal-Qorti tal-Appell jiġu ppubblikati jekk ikunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku. Id-deċiżjonijiet minn kawżi tal-familja u xi kawżi kriminali jistgħu jkunu anonimizzati. Deċiżjonijiet tat-Tribunal tal-Ewwel Istanza u tat-Tribunal Superjuri jiġu ppubblikati meta jkunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku.

Ladarba tinqata’ sentenza, hija normalment tiġi ppubblikata bejn 24 siegħa u ġimagħtejn wara. Jekk is-sentenza tingħata bil-miktub, normalment tiġi ppubblikata dakinhar stess.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Sentenzi tal-House of Lords: arkivju. Il-House of Lords kienet l-ogħla Qorti tal-Appell fir-Renju Unit sat-30 ta' Lulju 2009.  Is-sentenzi kollha tal-Law Lords mill-14 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' Lulju 2009 huma aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-Parlament.

Arkivji Parlamentari. Aċċess għas-sentenzi tal-House of Lords qabel l-1996 jista' jsir permezz tal-Arkivji Parlamentari. L-Arkivji fihom kawżi ta' appell u reġistri oħrajn tal-House of Lords fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha, li jmorru lura sal-1621

Is-sit elettroniku tal-Qorti Suprema. Mill-1 ta' Ottubru 2009, il-Qorti Suprema tar-Renju Unit assumiet il-ġuriżdizzjoni dwar il-punti ġuridiċi għall-kawżi ċivili kollha fir-Renju Unit u l-kawżi kriminali kollha fl-Ingilterra u Wales u fl-Irlanda ta' Fuq.  Is-sentenzi kollha jinsabu fis-sit elettroniku tal-Qorti Suprema.

The Incoporated Council of Law Reporting (ICLR) hija għaqda karitattiva legali stabbilita fl-1865. Huma jippubblikaw ir-rapporti ġuridiċi tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tal-Qrati Superjuri u tal-Appell fl-Ingilterra u Wales.  Ħafna mill-prodotti tagħhom huma pprovduti biss b'abbonament imma jipproduċu wkoll WLR Daily li jipprovdi taqsiriet b'xejn tal-kawżi fi żmien 24 siegħa mis-sentenza u faċilità bla ħlas ta' Tfittxija tal-Kawżi.

BAILII Il-British and Irish Legal Information Institute (L-Istitut Brittaniku u Irlandiż tal-Informazzjoni Ġuridika - BAILII) jipprovdi aċċess onlajn b'xejn għal sett komprensiv ħafna ta' materjali ġuridiċi primarji Brittaniċi u Irlandiżi fosthom il-ġurisprudenza.  Il-faċilità ta' tfittxija tippermetti lill-utenti jfittxu l-kawżi fi qrati speċifiċi jew madwar ġuriżdizzjonijiet multipli.

Permezz tal-Proġett Open Law, BAILII qed jidentifika wkoll kawżi prinċipali mill-imgħoddi u jagħmilhom aċċessibbli liberament u bla ħlas fuq l-internet bħala appoġġ għall-edukazzjoni ġuridika.

Reċentement BAILII kkollabora mal-ICLR u issa jipprovdi ħoloq għat-taqsiriet tas-sentenzi tal-ICLR (meta jkun hemm) bl-għażla li tixtri r-rapport awtorizzat tal-kawża mill-ICLR f'format PDF.

Il-ġabriet li ġejjin huma aċċessibbli mis-sit elettroniku ta' Bailii:

Ir-Rapporti Ingliżi (mill-1220 sal-1873) jinsabu f'CommonLII

It-Tribunali

BAILLII jinkludi wkoll dettalji tad-deċiżjonijiet ta’ diversi tribunali tar-Renju Unit:

Ħoloq Relatati

BAILLII House of Lords Sit elettroniku tal-Qorti Suprema ICLR

L-aħħar aġġornament: 09/10/2014

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.