Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali tal-każistika Bulgara kif ukoll deskrizzjoni u links għall-bażijiet tad-data tal-każistika rilevanti. Il-Qorti Suprema Amministrattiva (SAC) għandha s-superviżjoni ġenerali tal-implimentazzjoni eżatta u ġusta tal-liġijiet fil-ġustizzja amministrattiva. Is-SAC titratta appelli u protesti kontra atti tal-Kunsill tal-Ministri, tal-Prim Ministru, tal-Viċi Prim Ministri, tal-Ministri, tal-kapijiet ta' istituzzjonijiet oħrajn li jaqgħu direttament taħt il-Kunsill tal-Ministri, atti tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem, atti tal-Bank Nazzjonali Bulgaru, atti tal-gvernaturi tad-distrett, kif ukoll atti oħrajn speċifikati fil-liġi. Il-qorti tagħti deċiżjoni dwar disputi dwar il-legalità tal-istrumenti leġislattivi delegati. F'istanza ta' kassazzjoni, hija teżamina d-deċiżjonijiet tal-qorti dwar każijiet amministrattivi u titratta talbiet biex treġġa' lura deċiżjonijiet effettivi tal-qorti f'każijiet amministrattivi. Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni (VKS) hija l-istanza ġudizzjarja suprema f'każijiet kriminali, kummerċjali u ċivili. Il-ġurisdizzjoni tagħha tkopri t-territorju sħiħ tar-Repubblika tal-Bulgarija. Il-ġustizzja hija amministrata minn Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, Qorti Suprema Amministrattiva, qrati tal-appell, qrati distrettwali, qrati militari u qrati reġjonali. Is-sentenzi u d-deċiżjonijiet jinżammu f'bażijiet tad-data ta' informazzjoni fil-qrati rispettivi, kemm f'verżjonijiet stampati kif ukoll elettroniċi.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-każistika disponibbli fuq sit elettroniku
Il-Qorti Amministrattiva Suprema għandha sit elettroniku sa mill-bidu tas-sena 2002. Is-sit kien maħluq sabiex jissodisfa l-ħtiġiet tal-individwi, l-entitajiet legali u l-korpi amministrattivi li jeħtieġu aċċess faċli għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet ġudizzjarji tal-qorti.
Il-każistika hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-qorti. L-aċċess għall-bażi ta' data huwa soġġett għar-reġistrazzjoni, li hija standard u mingħajr ħlas (isem tal-utent u password).
Il-Qorti ta' Kassazzjoni Suprema għandha sit elettroniku li jipprovdi aċċess dirett għall-bażi ta' data tal-informazzjoni tal-Qorti Suprema.
Preżentazzjoni ta' deċiżjonijiet / Titoli
Il-Qorti Amministrattiva Suprema
M'hemm ebda titolu li jintroduċi d-deċiżjonijiet jew l-attivitajiet l-oħrajn tal-Qorti Amministrattiva Suprema disponibbli fuq l-internet. Att jidher bin-numru tiegħu, id-data tal-ħruġ u n-numru tal-każ li jirreferi għalih, pereżempju:
“Решение №5908 от 23.06.2005 по Дело №4242/2005”
Il-Qorti ta' Kassazzjoni Suprema
Is-sentenzi jinħarġu bħala kopji stampati u huma ppubblikati fil-bullettin, il-yearbook u s-sit elettroniku tal-Qorti ta' Kassazzjoni Suprema tar-Repubblika tal-Bulgarija.
L-alternattivi ta' tfittxija huma dawn li ġejjin: bl-informazzjoni fil-qorti u l-ismijiet tal-partijiet għall-każ; bin-numru tal-każ kif irreġistrat mal-Qorti ta' Kassazzjoni Suprema; bin-numru tal-każ fit-taqsima tal-Qorti ta' Kassazzjoni Suprema.
Verżjonijiet kompluti tas-sentenzi (mingħajr id-data personali) mogħtija wara l-1 ta' Ottubru 2008 huma aċċessibbli permezz tal-link fin-naħa t'isfel tal-paġna tas-'search result'.
Aħbarijiet u stqarrijiet għall-istampa mill-Qorti ta' Kassazzjoni Suprema tar-Repubblika tal-Bulgarija huma ppubblikati regolarment fit-taqsima tal-uffiċċju tal-istampa tas-sit elettroniku tal-Qorti Suprema. Is-sentenzi f'każijiet ta' interess pubbliku kbir huma ppubblikati f'din it-taqsima u anke fil-bażi ta' data tal-informazzjoni tal-Qorti ta' Kassazzjoni Suprema.
Formati
Il-Qorti Amministrattiva Suprema
Il-każistika hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tas-SAC f'format HTML.
Il-Qorti ta' Kassazzjoni Suprema
Il-każistika hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-VKS f'format PDF.
Il-qrati kkonċernati
Proċedimenti ulterjuri
Qrati Supremi - SAC u VKS |
Qrati oħrajn |
|
L-informazzjoni hija disponibbli dwar:
|
Iva |
Iva |
|
Iva |
Iva |
|
Iva |
Iva |
|
Iva |
Iva |
qorti interna oħra (Qorti Kostituzzjonali…)? il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea? il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem? |
Ma japplikax |
Ma japplikax |
Regoli dwar il-pubblikazzjoni
Fil-livell nazzjonali? |
Fil-livell tal-qrati? |
|
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-każistika: |
Iva - l-Artikolu 64(1) tal-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja |
Iva |
Qrati Supremi |
Qrati oħrajn |
|
Il-każistika tiġi ppubblikata fl-intier tagħha jew parti biss? |
SAC u VKS - każistika sħiħa |
Każistika kollha/parti biss |
Jekk tintgħażel parti, liem kriterji huma applikati? |
Ma japplikax |
Ma japplikax |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.