Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-ġurisprudenza Awstrijaka kif ukoll deskrizzjoni ta’ u links għall-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Is-sentenzi mogħtija mill-qrati Awstrijaċi jiġu ppubblikati fis-Sistema ta’ Informazzjoni Legali tar-Repubblika tal-Awstrija u jinstabu fuq http://www.ris.bka.gv.at/.
Is-Sistema ta’ Informazzjoni Legali (RIS) tar-Repubblika tal-Awstrija hija bażi tad-dejta elettronika kkoordinata u mħaddma mill-Kanċellerija Federali Awstrijaka. Tħabbar b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni ppubblikata fil-Bundesgesetzblatt (Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka) u tipprovdi informazzjoni dwar il-liġi fir-Repubblika Federali tal-Awstrija.
Ir-RIS toffri aċċess għall-web mingħajr ostakoli (WAI-A skont WCAG 1.0).
Qrati supremi |
Qrati oħra |
|
Ġurisprudenza ppreżentata bl-intestaturi |
Iva |
Iva |
Numru fis-serje RS0127077
Numru ta’ referenza 11 Os 87/11w
Data tas-sentenza 25.8.2011
Test tal-intestatura
Intestatura hija ġeneralment magħmula mill-elementi li ġejjin: Numru tad-diviżjoni: "11", referenza tat-tip ta’ proċedura: "Os", numru kurrenti: "87", u s-sena: "11". Imbagħad tiżdied id-data tas-sentenza: "25.8.2011".
L-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) jinstab taħt din l-intestatura. Huwa identifikatur uniku għas-sentenzi tal-Qorti fl-Istati Membri tal-UE.
Is-sentenzi huma disponibbli fil-formati li ġejjin: XML, RTF, PDF u HTML.
Nota: Mhux ir-risposti kollha ta’ hawn isfel japplikaw għall-qrati u t-tribunali ta’ hawn fuq.
Qrati Supremi |
Qrati Oħra |
|
Teżisti informazzjoni dwar:
|
Le |
Le |
|
Le |
Le |
|
Le |
Le |
|
Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati. |
Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati. |
|
Iva Iva Iva |
Le Le Le |
fuq livell nazzjonali? |
fuq livell tal-qrati? |
|
Jeżistu regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tas-sentenzi? |
Iva |
Iva |
It-Taqsimiet 15 u 15a, l-Att dwar il-Qorti Suprema (Att OGH), l-Artikolu 48a tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati (GOG), it-Taqsima 19 tal-Att dwar it-Tribunal tal-Ażil (AsylgerichtshofG)
Qrati Supremi |
Qrati Oħra |
|
Is-sentenzi kollha jiġu ppubblikati jew biss selezzjoni minnhom? |
selezzjoni biss |
selezzjoni biss |
Jekk issir selezzjoni, xi kriterji jiġu applikati? |
Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju. Sentenzi tal-Qorti Suprema li jiċħdu appell mingħajr motivazzjoni sostantiva ma jiġux ippubblikati. Is-sentenzi ta’ qrati oħrajn jiġu ppubblikati jekk is-sinifikat tagħhom jmur lil hinn minn dak tal-kawża individwali. |
Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju. Sentenzi tal-Qorti Suprema li jiċħdu appell mingħajr motivazzjoni sostantiva ma jiġux ippubblikati. Is-sentenzi ta’ qrati oħrajn jiġu ppubblikati jekk is-sinifikat tagħhom jmur lil hinn minn dak tal-kawża individwali. |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.