Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-ġurisprudenza ppubblikata fuq is-siti elettroniċi
L-Att CLXI tal-2011 dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-qrati jistabbilixxi illi mill-1 ta' Jannar 2012 il-Kurja (il-Qorti Suprema tal-Ungerija), il-ħames qrati reġjonali tal-appell u l-qrati amministrattivi u industrijali (dawn tal-aħħar biss jekk deċiżjoni amministrattiva f'kawża amministrattiva ngħatat fil-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti mhix soġġetta għal appell ordinarju) għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni fuq il-mertu tal-kawża f'forma elettronika fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-Ungerija (Bírósági Határozatok Gyűjtemény). Attwalment, il-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-Ungerija hija aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tar-reġistru tad-deċiżjonijiet anonimi ((Anonim Határozatok Tára - ħolqa: http://birosag.hu/ugyfelkapcsolati-portal/anonim-hatarozatok-tara). (Fl-imgħoddi, il-Qorti Suprema u l-ħames qrati tal-appell reġjonali, skont l-Att XC tal-2005 dwar il-libertà tal-informazzjoni elettronika, kellhom jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom kollha fuq il-mertu mill-1 ta' Lulju 2007).
Id-deċiżjonijiet mogħtija fil-proċedimenti li ġejjin huma l-eċċezzjoni, u għalhekk ma hemmx għalfejn jiġu ppubblikati fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti:
- id-deċiżjonijiet mogħtija fir-rigward ta' ordni għall-ħlas, infurzar, stralċ ta' kumpanija mill-qorti, proċeduri għall-falliment u l-istralċ, kif ukoll proċeduri li jinvolvu r-reġistri miżmuma mill-qorti;
- id-deċiżjonijiet mogħtija waqt proċeduri tal-familja, proċeduri fuq il-prova tal-filjazzjoni u l-oriġini, proċeduri dwar it-tneħħija tas-setgħa tal-ġenituri kif ukoll il-proċeduri tat-tutela ma jistgħux jiġu ppubblikati jekk kull waħda mill-partijiet hekk titlob;
- id-deċiżjonijiet waqt proċeduri dwar allegat abbuż sesswali ma jistgħux jiġu ppubblikati mingħajr il-kunsens tal-vittma.
Barra minn hekk, il-Kurja trid tippubblika d-deċiżjonijiet dwar il-konformità ġudizzjarja (ħolqa: https://kuria-birosag.hu/hu/jogegysegi-hatarozatok), sentenzi dwar prinċipji legali (ħolqa: http://www.kuria-birosag.hu/hu/elvi-birosagi-hatarozatok) u deċiżjonijiet ġudizzjarji dwar prinċipji legali (http://www.kuria-birosag.hu/hu/elvi-birosagi-dontesek). Dawn huma disponibbli wkoll fuq is-sit elettroniku tar-reġistru tad-deċiżjonijiet anonimi (ħolqa: http://birosag.hu/ugyfelkapcsolati-portal/anonim-hatarozatok-tara).
Il-president tal-qorti li tat id-deċiżjoni għandu jippubblika d-deċiżjoni fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti fi żmien 30 jum mir-reġistrazzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni.
Id-deskrizzjoni tad-deċiżjoni ppubblikata għandu jkollha l-isem tal-qorti u tas-suġġett ġuridiku, is-sena li fiha ngħatat, in-numru ta' referenza, kif ukoll id-dispożizzjonijiet li fuqhom il-qorti tat id-deċiżjoni tagħha.
Bħala regola ġenerali, id-dejta personali tal-partijiet trid tiġi mħassra mid-deċiżjonijiet ('deċiżjoni anonima'), u l-partijiet għandhom jiġu identifikati skont l-irwol tagħhom fil-proċeduri.
Il-preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet/ Intestaturi
Ma hemmx intestaturi speċifiċi, għaliex il-magna tat-tiftix tagħti d-dejta kollha relevanti tar-riżultati. Fil-lista tar-riżultati, hemm numru ta' identifikazzjoni li jirreferi għad-dejta li huwa enfasizzat ukoll f'din il-lista (qorti, tip ta' proċedura).
(Ir-regoli dettaljati ta' kif għandhom jiġu indikati d-deċiżjonijiet ippubblikati fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti huma stabbiliti fid-Digriet Nru 29/2007 tal-31 ta' Mejju 2007 tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-Infurzar tal-Liġi).
Formati
Il-ġurisprudenza hija disponibbli fil-format .rtf.
Il-qrati kkonċernati
Il-Kurja u l-qrati reġjonali tal-appell iridu jippubblikaw id-deċiżjonijiet fuq il-mertu kollha. Għandhom jiġu ppubblikati wkoll id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet.
Il-qrati amministrattivi u industrijali jridu jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu biss meta dawn jingħataw waqt proċeduri amministrattivi tal-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti ma tkunx soġġetta għal appell ordinarju.
Barra minn hekk, il-presidenti tal-qrati jistgħu jiddeċiedu jekk jippubblikawx id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu.
Sit elettroniku ċentrali: Court.
Proċeduri ulterjuri
Il-Kurja |
Qrati oħra |
|
Hija disponibbli informazzjoni dwar l-appelli? |
Le |
Le |
|
Le |
Le |
|
Le |
Le |
|
Iva |
Iva |
qorti Ungeriża oħra (il-Qorti Kostituzzjonali...)? quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea? quddiem il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem? |
Le Le Le |
Le Le Le |
Regoli dwar il-pubblikazzjoni
fuq livell nazzjonali? |
pubblikazzjonijiet mill-qorti? |
|
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza? |
Iva |
Iva |
Il-Kurja |
Qrati oħra |
|
Il-ġurisprudenza kollha tiġi ppubblikata jew għażla minnha? |
Il-ġurisprudenza kollha |
Għażla minnha |
Jekk issir għażla liema kriterji japplikaw? |
Il-ħames qrati tal-appell jippubblikaw id-deċiżjonijiet kollha fuq il-mertu. Għandhom jiġu ppubblikati wkoll id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet. Barra minn hekk, il-presidenti tal-qrati jistgħu jiddeċiedu jekk jippubblikawx id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu. Mill-1 ta' Lulju 2007. |
Bażijiet tad-dejta legali
Isem u URL tal-bażi legali
L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas?
Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Deskrizzjoni qasira tal-kontenut
Mill-1 ta' Lulju 2007 id-deċiżjonijiet kollha fuq il-mertu tal-Kurja (qabel l-1 ta' Jannar 2012 magħrufa bħala l-Qorti Suprema) u tal-ħames qrati reġjonali tal-appell, u mill-1 ta' Jannar 2012, id-deċiżjonijiet fuq il-mertu tal-qrati amministrattivi u industrijali (fejn deċiżjoni amministrattiva fl-appell kienet ingħatat waqt proċeduri tal-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti ma kinitx soġġetta għal appell ordinarju).
Id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet.
Deċiżjonijiet oħra mogħtija mill-president tal-qorti.
Id-dejta personali tal-partijiet trid tiġi mħassra mid-deċiżjonijiet, u l-partijiet għandhom jiġu identifikati skont l-irwol tagħhom fil-proċeduri. Madanakollu, l-informazzjoni li ġejja ma għandhiex titħassar:
- l-isem tal-korp li jaqdi funzjonijiet tal-istat jew tal-gvern lokali, jew funzjonijiet pubbliċi oħra kif stabbiliti bil-liġi u - sakemm mhux stabbilit xort'oħra bil-liġi - l-isem u l-kunjom jew l-ismijiet (magħrufa lkoll bħala 'l-isem') u l-pożizzjoni tal-persuna f'dik il-kariga, fejn il-persuna kkonċernata kienet involuta fil-proċedimenti minħabba il-kariga tagħha;
- l-isem tal-avukat li qed jaġixxi bħala r-rappreżentant awtorizzat jew għad-difiża;
- l-isem tal-persuna naturali li tilfet il-kawża bħala l-konvenut, kif ukoll l-isem u l-indirizz reġistrat tal-persuni ġuridiċi jew il-korpi mingħajr personalità ġuridika, jekk id-deċiżjoni ngħatat fi proċeduri li għalihom hemm dritt mogħti mil-liġi sabiex jitressqu talbiet ta' interess pubbliku;
- l-isem u l-indirizz reġistrat tal-organizazzjoni jew fondazzjoni tan-negozju, kif ukoll l-isem tar-rappreżentant tagħhom;
- dejta aċċessibbli minħabba interess pubbliku.
Ħoloq relatati
Tiftixa fil-kollezzjoni tad-deċizjonijiet tal-qrati tal-Ungerija
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.