Fi Spanja, il-każistika mhijiex ikkunsidrata bħala sors tal-liġi billi l-artikolu 1.1 tal-Kodiċi Ċivili jiddikjara li dawn is-sorsi huma l-liġi, id-drawwa u l-prinċipji ġenerali tal-liġi (art. 1.1 KĊ). Madankollu, l-artikolu 1.6 tal-Kodiċi Ċivili jiddikjara li l-każistika “għandha tikkumplimenta s-sistema legali bid-duttrina li ġiet stabbilita ripetutament mill-Qorti Suprema fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi, id-drawwa u l-prinċipji ġenerali tal-liġi”.
Pronađi podatke po području
L-artikolu 560.1.10 tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura jiddikjara l-oqsma ta’ ġurisdizzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-Ġudikatura bħala “il-pubblikazzjoni uffiċjali ta’ sentenzi u deċiżjonijiet oħra mogħtija mill-Qorti Suprema u korpi legali oħra.
Għal dan il-għan, il-Kunsill Regolatorju tal-Ġudikatura, wara li jirċievi parir mill-Amministrazzjonijiet Rilevanti, jistabbilixxi regoli fir-rigward tal-mod li bih għandhom jitfasslu r-rekords elettroniċi tas-sentenzi, kif għandhom jiġu rrappurtati, immaniġġjati, imħabbra u ċċertifikati s-sentenzi, sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-awtentiċità tagħhom, kif ukoll sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali”.
Sabiex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-liġi, fl-1997, il-Kunsill Regolatorju tal-Ġudikatura ħoloq is-Centro de Documentación Judicial [iċ-ċentru ta’ dokumentazzjoni legali], CENDOJ, ibbażat f’San Sebastián.
Il-konfigurazzjoni ta’ dan is-servizz pubbliku ġdid li jipprovdi aċċess għall-Każistika prodotta fid-diversi korpi ġudizzjarji fl-aħjar kundizzjonijiet tekniċi possibbli, kif ukoll bi protezzjoni speċjali għan-nies fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ informazzjoni awtomatizzata, hija bbażata fuq il-mandati u l-opinjonijiet iġġenerati minn diversi pjanijiet, dikjarazzjonijiet ta’ ppjanar ta’ natura politika u regoli ġġenerati f’diversi oqsma.
Fuq il-bażi ta’ informazzjoni mis-CENDOJ, huwa neċessarju li tiġi standardizzata l-bażi tal-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat, li tinkludi informazzjoni dwar każistika kostituzzjonali.
Hemm ukoll dejtabejżis privati, b’aċċess limitat wara l-ħlas ta’ tariffa.
Rigward il-każistika tal-Qorti Suprema, is-CENDOJ ħoloq pjattaforma teknoloġika li hija strutturata madwar sistema ta’ navigazzjoni bbażata fuq tabs.
Meta ssir tfittxija, tinfetaħ tab bit-titlu RIŻULTATI (li tiġbor flimkien ir-riżultati miksuba) u tab oħra bit-titlu FITTEX (li tippermettilek li tmur għall-formola fi kwalunkwe ħin).
Min ikun qiegħed ifittex jista’ jaċċessja d-deċiżjonijiet kollha tall-Qorti Suprema malajr u b’mod sikur. It-tfittxija għad-deċiżjonijiet tista’ ssir permezz ta’ fields ta’ għażla li jidentifikaw jew jikklassifikaw id-deċiżjonijiet imsemmija, u/jew permezz ta’ fields vojta li tista’ tikteb fihom.
Għandek ukoll il-possibbiltà li taċċessja direttament l-aħħar 50 deċiżjoni ta’ kull qorti, billi tagħfas fuq il-buttuni li jidhru fil-parti ta’ isfel tal-iskrin. B’dan il-mod inti tista’ taċċessja l-iżjed deċiżjonijiet riċenti li jkunu waslu u ġew inkorporati fid-dejtabejż li tikkostitwixxi l-korp tal-każistika.
Xi fields ta’ informazzjoni għad-deċiżjonijiet jistgħu jiġu limitati b’sett ta’ valuri possibbli. Pereżempju:
Minbarra l-fields ta’ għażla, hemm ukoll fields oħra fid-deċiżjonijiet li m’għandhomx valuri fissi iżda minflok jistgħu jinkludu kwalunkwe string ta’ kitba, li biha rridu nagħmlu tfittxijiet ħielsa.
Ladarba ssir tfittxija, il-preżentazzjoni awtomatika tar-riżultati hija f’paġni ta’ 10 b’10.
Ir-riżultati huma ppreżentati kif ġej:
TERMINI RELATATI, is-sistema toffri awtomatikament termini assoċjati mat-tfittxija li tkun saret.
TITOLU, jintwera n-numru ROJ tal-każistika rkuprata.
SOTTOTITOLI, jintwerew il-fields ta’ informazzjoni li ġejjin:
Fl-aħħar nett, jekk tagħfas fuq it-titlu tar-riżultat li trid, tinfetaħ paġna ġdida li turi l-kontenut sħiħ tad-dokument miksub. Dan id-dokument jiftaħ f’format PDF.
Is-sentenzi ġeneralment huma disponibbli fid-dejtabejżis f’formati PDF, RTM u HTML.
Il-Qorti Suprema: Il-Każistika tagħha hija ppubblikata sħiħa online u mingħajr ħlas sabiex taqraha. Huma disponibbli t-testi sħaħ, bl-informazzjoni personali mneħħija u b’search engine effiċjenti li taħdem fuq it-testi tad-deċiżjonijiet kollha. Inti tista’ taċċessja din id-dejtabejż fuq CENDOJ TS.
Id-dejtabejż tas-CENDOJ tipprovdi lill-pubbliku, mingħajr ħlas, l-ordnijiet u s-sentenzi maħruġa mill-Qorti l-Għolja Nazzjonali, il-Qrati Ogħla tal-Ġustizzja u l-Qrati Provinċjali.
Hemm informazzjoni disponibbli?
Le. L-unika informazzjoni disponibbli hija t-test sħiħ tas-sentenzi. Informazzjoni dwar it-tkomplija tal-proċess tiġi mis-sentenza nnifisha, mhux id-dejtabejż.
Hemm xi regoli li jiggovernaw il-pubblikazzjoni ta’ każistika fil-livell nazzjonali jew skont it-tip ta’ Qorti?
L-Artikolu 107 tal-LOPJ [Liġi Organika dwar il-Ġudikatura] jiddikjara li l-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura huwa responsabbli għall-pubblikazzjoni uffiċjali tas-sentenzi u deċiżjonijiet oħra maħruġa mill-Qorti Suprema u korpi oħra ġudizzjarji.
Hemm ukoll regoli dwar il-pubblikazzjonijiet, fir-Regolament li joħloq is-Centro de Documentación Judicial [ċentru tad-dokumentazzjoni legali].
Tiġi ppubblikata s-sentenza kollha jew tiġi ppubblikata biss parti minnha? Fil-każ tal-aħħar, liema kriterji jiġu applikati?
Is-sentenzi huma ppubblikati sħaħ.
Is-search engine tal-każistika taċ-Ċentru tad-Dokumentazzjoni Legali
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.