Każistika nazzjonali

Din il-paġna fiha informazzjoni dwar il-ġurisprudenza tal-qrati Lussemburgiżi.

Bażi tad-data online tal-ġurisprudenza

Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji online huma mniżżlin skont id-data jew in-numru tagħhom.

Formati

Il-każistika hija aċċessibbli f’format PDF.

Il-qrati kkonċernati

Is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja għandu sezzjoni ddedikata għall-Qorti Kostituzzjonali li minnha tista' tiġi aċċessata wkoll lista' ta' sentenzi tal-Qorti.

Is-sit elettroniku tal-Qorti u t-Tribunal Amministrattivi tal-Lussemburgu għandu wkoll bażi tad-data bis-sentenzi u d-deċiżjonijiet ta' dawn iż-żewġ qrati.

Is-sit elettroniku tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tippermetti l-konsultazzjoni ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji (anonimi) mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti tal-Kassazzjoni u l-qrati amministrattivi.

Proċeduri oħra

Tista' tinkiseb ukoll informazzjoni dwar:

  • il-proċeduri tal-appell;
  • l-istadju ta' fejn tkun waslet kawża (pereż. għadha pendenti);
  • l-eżitu tal-proċeduri tal-appell;
  • l-irrevokabbiltà tad-deċiżjonijiet mogħtija;
  • proċeduri oħra quddiem il-Qorti kostituzzjonali kif ukoll il-Qorti u t-tribunali amministrattivi.

Il-ġurisprudenza tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja, tal-Qorti Kostituzzjonali kif ukoll tal-Qorti u t-tribunal Amministrattivi jiġu ppubblikati fuq il-portal tas-servizzi ġudizzjarji tal-Lussemburgu, fuq is-sit elettroniku tal-qrati fil-qasam amministrattiv.

Regoli tal-Pubblikazzjoni

Is-sentenzi mogħtija ta' natura kostituzzjonali jridu jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali («"Mémorial"»).

Ħoloq relatati

Il-qrati tal-qasam amministrattiv

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Il-Portal tas-servizzi ġudizzjarji tal-Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 17/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Zpětná vazba

Formulář níže můžete použít k zaslání vašich připomínek týkajících se nové podoby portálu

.