EU training networks & structures

With the developments in European legislation and greater mobility of European citizens, a clear need has emerged in the past decade for continuous training for legal practitioners at European level. Such training is provided by several European structures established with the support of Member States, and a number of professional organisations, often with supported by European funding.

Training networks and structures at European level

Professional organisations organising training activities at European level

EU-level judicial networks cooperating with the EJTN regarding European judicial training

Training networks and structures at European level

Depending on their profession and particular needs, legal practitioners can apply to one or other of the structures briefly presented here. Also, many courses are offered by universities and private training providers.

For judges and prosecutors

The European Judicial Training Network (EJTN)

Founded in 2000, the EJTN develops training standards and curricula, coordinates judicial training exchanges and programmes and fosters cooperation between national training structures for judges and prosecutors. The EJTN secretariat-general is based in Brussels (Belgium). You can find a summary of EJTN activities here .

For all legal practitioners

The Academy of European Law (ERA)

ERA organises conferences, seminars, professional training courses and policy debates on different areas of EU law, designed for all legal practitioners. ERA is located in Trier (Germany). You can find a summary of its activities here .

The European Institute of Public Administration – European Centre for Judges and Lawyers (EIPA)

Training on European Union law is one of EIPA's areas of activity. Training is tailored for judges, legal practitioners, EU and national officials and private sector lawyers. EIPA has centres in Maastricht (Netherlands), Luxembourg, Barcelona (Spain) and Warsaw (Poland). You can find a summary of its activities here .

Professional organisations organising training activities at European level

The following organisations representing legal practitioners at European level organise training activities on an ad hoc basis.

Lawyers, barristers, solicitors

The Council of Bars and Law Societies of Europe - CCBE

Notaries

The Council of the Notariats of the European Union - CNUE

Judicial Officers

The International Union of Judicial Officers - UIHJ

EU-level judicial networks cooperating with the EJTN regarding European judicial training

The EJTN gathers all national judicial training bodies of the EU Member States and as such is the best placed body to coordinate and develop further judicial training. It cooperates with other EU-level judicial networks, whose respective objectives and training-related interests are presented in the following factsheets:

The report of the 2013-2014 project promoting the cooperation between the EJTN and the above-mentioned networks is available here.

Last update: 24/01/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

L-Akkademja tad-Dritt Ewropew - ERA

L-objettiv tal-ERA huwa li tippromwovi l-fehim u l-aħjar prattika tal-liġi tal-UE billi tipprovdi taħriġ għal ġuristi minn madwar l-Ewropa, kif ukoll forum għal diskussjoni u skambju.

Gruppi destinatarji

L-ERA taħdem mal-prattikanti kollha tal-liġi:

  • Imħallfin
  • Prosekuturi
  • Avukati b'uffiċċju privat
  • Nutara
  • Konsulenti legali interni u avukati fin-negozju
  • Uffiċjali tal-infurzar tal-liġi
  • Avukati fl-amministrazzjoni pubblika

Tipi ta’ attivitajiet ta’ taħriġ żviluppati

Kif tispjega l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-taħriġ ġudizzjarju ta’ Settembru 2011 , l-ERA “għandha esperjenza estensiva fejn tidħol l-organizzazzjoni ta’ seminars b’suċċess dwar il-liġi tal-Unjoni għal udjenzi multikulturali”. Hija toffri konferenzi u korsijiet fuq livelli differenti fiċ-ċentru tagħha fi Trier (ħdejn il-kapitali ġudizzjarja tal-UE fil-Lussemburgu), fi Brussell u madwar l-Ewropa:

  • Konferenzi u forums annwali sabiex jiġu rriveduti u ddibattuti l-aħħar żviluppi
  • Seminars għall-prattikanti ffukati li jesploraw fid-dettall żvilupp speċifiku
  • Korsijiet ta’ taħriġ bażiku bħala introduzzjoni għal qasam speċifiku tal-liġi tal-UE
  • Aġġornamenti fi Brussell sabiex jiġu analizzati l-iżviluppi topiċi fil-liġi tal-UE
  • Korsijiet tal-lingwa legali

L-ERA tipprovdi wkoll:

  • Korsijiet u riżorsi tat-tagħlim elettroniku
  • Preżentazzjonijiet elettroniċi bil-parteċipazzjoni tal-aqwa esperti fuq il-liġi tal-UE
  • Ġurnal legali trimestrali msejjaħ ERA Forum

Il-programmi ta’ taħriġ tal-ERA jkopru l-firxa sħiħa tal-liġi tal-UE:

  • Il-liġi pubblika Ewropea, eż. il-liġijiet istituzzjonali, id-drittijiet fundamentali, l-ażil u l-immigrazzjoni, il-liġi ambjentali, it-tassazzjoni
  • Il-liġi privata Ewropea, eż. il-protezzjoni tal-konsumatur, il-liġi soċjali u industrijali, il-liġi privata internazzjonali, il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili
  • Il-liġi dwar in-negozju Ewropew, eż. il-liġi tal-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, id-drittijiet tal-propjetà intellettwali, il-liġi tal-kumpaniji, is-servizzi finanzjarji
  • Il-liġi kriminali Ewropea, eż. il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, il-kooperazzjoni tal-pulizija

Attivitajiet tal-2015

Fl-2015 l-ERA organizzat 157 avveniment ta’ taħriġ li attendew għalihom 6903 ġurista minn 54 pajjiżi. Hija offriet ukoll 7 korsijiet tat-tagħlim elettroniku u madwar 60 preżentazzjoni elettronika.

L-isfond professjonali tal-parteċipanti kien:

  • Imħallfin: 27 %
  • Prosekuturi: 5 %
  • Avukati b'uffiċċju privat: 24 %
  • Konsulenti interni: 5 %
  • Uffiċjali tal-infurzar tal-liġi: 1 %
  • Uffiċjali tal-UE: 7 %
  • Uffiċjali tal-Ministeru: 6 %
  • Impjegati taċ-ċivil oħra: 9 %
  • Akkademiċi: 5 %
  • Rappreżentanti ta’ Fondazzjonijiet/NGOs: 4 %
  • Oħrajn: 6 %

Sħubiji internazzjonali/ftehimiet

L-ERA, membru fundatur tan-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN), kienet eletta mill-ġdid fil-Kumitat ta’ Tmexxija tal-EJTN fl-2013 għall-perjodu 2014-2017. Għall-istess perjodu, l-ERA kienet eletta biex tippresjedi fuq il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Programmi tan-Netwerk u kienet membru fil-Grupp ta’ Ħidma tagħha dwar it-Teknoloġiji. Għandha wkoll relazzjonijiet tajba ma’ istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju individwali, li ma’ bosta minnhom għandha ftehim qafas għall-organizzazzjoni konġunta ta’ attivitajiet ta' taħriġ għall-imħallfin u l-prosekuturi.

L-ERA taħdem ukoll regolarment fuq il-bażi ta’ kull proġett għalih mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Kmamar u tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati tal-Ewropa (CCBE), mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE), mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ewropea tal-Avukati tal-Kumpaniji (ECLA) kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet oħra tal-avukati fil-livell Ewropew u nazzjonali.

Bħala fondazzjoni ta’ benefiċċju pubbliku, l-ERA hija membru taċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru Ewropej tal-Fondazzjonijiet.

Storja

L-ERA twaqqfet fl-1992 fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew. Il-patruni fundaturi kienu l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, il-Land ta’ Rhineland-Palatinate, il-Belt ta’ Trier u l-Assoċjazzjoni Ħbieb tal-ERA. Fis-snin ta’ wara, 25 mit-28 Stat Membru tal-UE, fost oħrajn, ingħaqdu mal-Fondazzjoni.

Dettalji ta’ kuntatt

L-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA)
Metzer Allee D-54295 Trier - il-Ġermanja
Tel.: +49 651 93737-0
Uffiċċju fi Brussell
Avenue d'Auderghem 36 - B-1040 Brussels - Belgium

Posta Elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@era.int

Numru ta’ persunal: 70

Status legali: L-ERA hija fondazzjoni pubblika mingħajr skop ta’ profitt.

Link relatat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-websajt tal-ERA

L-aħħar aġġornament: 24/01/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika - EIPA

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u l-Avukati huwa Antenna speċjalizzata tal-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (European Institute of Public Administration, EIPA). Iċ-Ċentru jinsab fil-Lussemburgu u huwa ddedikat biex jagħti taħriġ lill-imħallfin, lill-prosekuturi, lill-avukati bi prattika privata u lill-avukati minn amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri tal-UE, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi bi ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-UE kif ukoll fil-pajjiżi tal-EFTA.

Tipi ta’ attivitajiet ta’ taħriġ żviluppati

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-taħriġ ġudizzjarju ta’ Settembru 2011 tidentifika l-EIPA bħala wieħed mill-ftit fornituri fil-livell Ewropew tat-taħriġ lill-ġudikatura u l-professjonijiet legali l-oħra. Il-parti l-kbira ta’ dawn l-attivitajiet ta’ taħriġ hija żviluppata u mibgħuta miċ-Ċentru Ewropew tal-EIPA għall-Imħallfin u l-Prosekuturi (EIPA ECJL).

Minbarra t-taħriġ b’reklutaġġ miftuħ u l-attivitajiet tal-konferenzi, l-EIPA ECJL jipprovdi varjetà ta’ taħriġ orjentat lejn il-prattika u mfassal apposta, konsulenza u servizzi ta’ kkowċjar, kif ukoll riċerka komparattiva relatata mal-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u taħriġ ġudizzjarju fl-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati mal-UE (pajjiżi kandidati, pajjiżi tal-EFTA, eċċ.). Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntratti u għotjiet ta’ azzjoni mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-UE jew permezz ta’ kuntratti bilaterali mal-amministrazzjonijiet nazzjonali.

Fil-kategorija tal-attivitajiet b’reklutaġġ miftuħ, iċ-Ċentru joffri dawn it-tipi ta' attivitajiet li ġejjin:

  • workshops orjentati lejn il-prattika b’tul ta' żmien li jvarja
  • programmi edukattivi ta’ tul il-ħajja għall-adulti, bħal programmi ta’ Masters u korsijiet ta’ livell ta’ Masters (kemm bil-metodu tradizzjonali kif ukoll imħallat ma’ programmi ta’ tagħlim onlajn); l-offerta tagħna tipprovdi programmi twal minn ġimgħa sa sentejn
  • tutorials ta’ tagħlim elettroniku magħżula individwalment dwar l-aċċess għad-dokumenti, kwistjonijiet tas-suq intern (bħall-moviment ħieles tan-nies, l-akkwist pubbliku, eċċ.), il-liġi ambjentali u kwistjonijiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja
  • konferenzi dwar l-iżviluppi reċenti f’oqsma legali varji, bħal-liġi tal-UE dwar l-ambjent u dwar is-servizzi finanzjarji, kwistjonijiet dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja, il-liġi tal-UE dwar is-servizz pubbliku u tendenzi reċenti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja

Fil-kategorija tal-attivitajiet kuntrattwali, l-EIPA u ċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u l-Avukati fil-Lussemburgu tiegħu jispeċjalizzaw f’dawn it-tipi ta’ attivitajiet imfasslin apposta b’konsultazzjoni mal-klijenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom:

  • workshops li jikkombinaw tagħlim ibbażat fuq il-problemi u sessjonijiet ta’ kkowċjar
  • żjarat ta' studju, waħedhom jew flimkien ma' sessjonijiet ta' taħriġ dwar temi magħżulin
  • attivitajiet ta’ tagħlim imħallat imfassla apposta
  • moduli ta' taħriġ inizjali għall-imħallfin, prosekuturi u persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin ta' tul li jvarja
  • workshops ta’ taħriġ għat-trejners, inkluż l-iżvilupp ta’ materjal u manwali għat-taħriġ

B’mod topiku, l-attivitajiet ta’ taħriġ tal-EIPA ECJL ikopru

  • il-liġi istituzzjonali tal-UE (u taż-ŻEE)
  • Id-dritt amministrattiv Ewropew u d-drittijiet fundamentali
  • L-affarijiet regolatorji Ewropej, bħal-liġi ambjentali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel, il-liġi soċjali u tax-xogħol
  • L-oqsma kollha tas-suq intern tal-UE, inklużi s-servizzi finanzjarji, l-akkwist pubbliku u l-liġi tal-kompetizzjoni
  • Il-kooperazzjoni ġudizzjarja Ewropea u internazzjonali fi kwistjoniijiet tal-familja, kummerċjali u ċivili oħrajn kif ukoll il-kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi u l-infurzar ġudizzjarju f’materji kriminali
  • Il-proċeduri ta’ kif  tillitiga quddiem il-qrati tal-UE u tal-EFTA

Iċ-Ċentru jispeċjalizza wkoll f’attivitajiet ta’ taħriġ u kkowċjar immirati biex isaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura u biex isaħħu l-amministrazzjoni u l-kwalità tal-ġustizzja permezz tal-identifikazzjoni u l-qsim tal-għarfien u l-esperjenza prattika f’oqsma bħal

  • l-introduzzjoni tal-ġestjoni tal-kwalità fis-settur tal-ġustizzja
  • il-ġestjoni ta’ istituzzjonijiet ġudizzjarji (qrati, uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi, istituzzjonijiet ta’ taħriġ ġudizzjarju)
  • l-analiżi tal-ħtiġijiet tat-taħriġ ġudizzjarju u l-evalwazzjoni tal-kwalità kif ukoll l-effetti tat-taħriġ ġudizzjarju, eċċ.)
  • l-etika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni
  • ir-relazzjonijiet pubbliċi u politiki u ħiliet tal-komunikazzjoni
  • l-introduzzjoni u l-użu ta’ għodod tal-ġustizzja elettronika

Attivitajiet attwali

L-EIPA jimplimenta kull sena bejn 600 u 700 attività ta’ taħriġ, li għalihom jattendu bejn 12 – 14 000 persuna. Skont dan, l-EIPA ECJL iwettaq bejn 110 u 130 attività ta’ taħriġ fis-sena indirizzati lill-gruppi mira msemmija qabel.

Numru ta' attivitajiet ta' taħriġ (inkluż it-taħriġ u l-iżjajjar ta' studju inizjali.) fl-2015 b'kollox: 131

  • Attivitajiet għall-imħallfin, għall-prosekuturi pubbliċi u għall-avukati bi prattika privata: 28
  • Attivitajiet għall-professjonijiet legali l-oħra, inklużi persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin: 3
  • Attivitajiet għall-avukati u oħrajn li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika: 100

Numru ta’ parteċipanti fl-2015 b'kollox: 2 423

  • Attivitajiet għall-imħallfin, għall-prosekuturi pubbliċi u għall-avukati bi prattika privata: 375
  • Attivitajiet għall-professjonijiet legali l-oħra, inklużi persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin: 26
  • Attivitajiet għall-avukati li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika: 2 022

In-numru medju ta’ ġranet għal kull parteċipant fl-2015 b'kollox: 2

  • Attivitajiet għall-imħallfin, għall-prosekuturi pubbliċi u għall-avukati bi prattika privata: 2
  • Attivitajiet għall-professjonijiet legali l-oħra, inklużi persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin: 4
  • Attivitajiet għall-avukati li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika: 2

L-istatistika ta' hawn fuq tinkludi t-taħriġ inizjali, it-taħriġ kontinwu, l-attivitajiet ta’ kkowċjar u ż-żjarat ta' studju kif ukoll parteċipanti minn ġewwa u barra l-UE, iżda din ma tinkludix figuri relatati mal-programm Master taċ-Ċentru. Barra minn hekk, iċ-ċifri jinkludu kemm l-attivitajiet b’reklutaġġ miftuħ kif ukoll l-attivitajiet iffinanzjati parzjalment (pereżempju permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni tad-DĠ Ġustizzja) u bis-sħiħ permezz ta’ kuntratti mogħtija lill-EIPA mill-istituzzjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali. Madankollu, dawn ma jinkludux il-maġistrati u l-avukati mħarrġa permezz tal-proġett Euromed Justice III immexxi mill-EIPA.

Sħubiji internazzjonali / ftehimiet

L-EIPA huwa parti min-Netwerk tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea (EUPAN).

L-EIPA ECJL daħal fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali ma’ istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju f’għadd ta’ Stati Membri tal-UE u pajjiżi kandidati.

Matul is-snin, l-EIPA ħadem — u jkompli jaħdem — fuq bażi ta’ proġetti individwali mal-istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju fl-Ewropa kollha kif ukoll ma’ assoċjazzjonijiet fuq livell Ewropew għal diversi professjonijiet legali, pereżempju l-Kunsill tal-Kmamar tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (Council of the Notariats of the European Union, CNUE), il-Kamra Ewropea tal-marixxalli ġudizzjarji (CEHJ) u l-Kunsill Nazzjonali tal-Avukati u s-Soċjetajiet tal-Liġi tal-Ewropa (Council of the Bars and Law Societies of Europe, CCBE).

Storja

L-EIPA twaqqaf fl-1981 bħala fondazzjoni awtonoma mingħajr skop ta’ qligħ biex jipprovdi taħriġ immirat dwar kwistjonijiet ta’ Integrazzjoni Ewropea li jindirizza l-bżonnijiet tal-awtoritajiet nazzjonali (inkluża l-Ġudikatura) tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Istituzzjonijiet Ewropej. Illum, 22 Stat Membru tal-UE + in-Norveġja huma membri tal-EIPA.

Fl-1992, l-EIPA stabbilixxa l-ewwel l-antenna tiegħu, iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u għall-Avukati, fil-Lussemburgu, bl-objettiv speċifiku li jipprovdi taħriġ għall-Ġudikatura u għall-pubbliku kif ukoll għall-avukati bi prattika privata dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet Komunitarji – issa, il-liġi tal-UE.

Fl-2012, iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u għall-Avukati tal-EIPA adotta approċċ topiku mmirat lejn il-gruppi fil-mira prinċipali tiegħu. Speċifikament għal membri tal-ġudikatura (inkluż il-persunal li mhux maġistrat) kif ukoll il-professjonijiet legali oħra, l-attivitajiet taċ-Ċentru jiffokaw fuq il-forniment ta’ programmi ta’ taħriġ prattiku u mfassla apposta kif ukoll konsulenza u kowċing, bil-għan li jxerrdu mhux biss l-għarfien, iżda wkoll l-għerf prattiku u l-prattiki tajbin kif ukoll jikkontribwixxu għall-bini tal-fiduċja transfruntiera.

Dettalji ta' kuntatt

EIPA Luxembourg – European Centre for Judges and Lawyers

2, circuit de la Foire Internationale, 1347 Luxembourg, LUXEMBOURG

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo-lux@eipa.eu

Numru ta’ persunal: 15

Status legali: Fondazzjoni mhux għal profitt

Link relatat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit web tal-EIPA

L-aħħar aġġornament: 24/01/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

In-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju - EJTN

Iddedikat għall-eċċellenza fit-taħriġ ġudizzjarju Ewropew, l-EJTN huwa l-pjattaforma u l-promotur prinċipali għat-taħriġ u l-iskambju ta' għarfien fil-ġudikatura Ewropea. Huwa jirrappreżenta l-interessi ta' aktar minn 120 000 imħallef, prosekutur u ħarrieġ ġudizzjarju Ewropew f'bosta oqsma ta' taħriġ bħal-liġi ċivili, il-liġi kriminali u dik kummerċjali tal-UE, il-lingwistika u kwistjonijiet tas-soċjetà.

Il-viżjoni tal-EJTN hija li jgħin it-trawwim ta' kultura legali u ġudizzjarja Ewropea komuni. Il-mandat tiegħu huwa li jgħin jibni żona Ewropea tal-ġustizzja u jippromwovi l-għarfien tas-sistemi legali tal-Unjoni Ewropea, biex b'hekk itejjeb il-komprensjoni, il-fiduċja u l-kooperazzjoni bejn l-imħallfin u l-prosekuturi fl-Istati Membri. Barra minn hekk, l-EJTN jidentifika ħtiġijiet ta' taħriġ u jiżviluppa standards u kurrikuli ta' taħriġ, jikkoordina skambji u programmi ta' taħriġ ġudizzjarju, ixerred il-kompetenzi u l-għarfien fit-taħriġ u jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tat-taħriġ ġudizzjarju tal-UE.

Is-sena 2015 rat tkabbir kontinwu tan-Netwerk, fejn l-EJTN ħarreġ 5032 imħallef u prosekutur, mill-Istati Membri kollha tal-UE, permezz ta’ 1815-il skambju u 84 seminar. Din hija żieda ta’ 14.38 % fl-għadd ta’ jiem ta’ taħriġ offruti meta mqabbla maċ-ċifri tas-sena ta’ qabel. Dan is-suċċess kien ikkomplementat b’aktar twessigħ tal-portafol ta' attivitajiet tal-EJTN.

L-evoluzzjoni riċenti tal-EJTN fetħet possibbiltajiet ġodda għal iktar żvilupp, mhux biss biex isaħħaħ l-isforzi ewlenin tiegħu, iżda biex jiffurmaw sħubiji ġodda, partikolarment permezz tal-iffirmar f’Ġunju 2014 tal-Memorandum ta’ Qbil ma’ diversi netwerks u assoċjazzjonijiet ġudizzjarji Ewropej.

Fl-aħħar nett, il-kisbiet tal-EJTN ġew imfaħħra fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill "Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-taħriġ tal-prattikanti legali: għodda essenzjali għall-konsolidazzjoni tal-acquis tal-UE" (2014/C 443/04), fejn intqal illi, fuq livell tal-UE, l-EJTN qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex jikkordina, permezz tal-Membri tiegħu, attivitajiet nazzjonali ta' taħriġ u jikkordina opportunità ta' taħriġ transfruntiera għall-imħallfin u l-prosekuturi.

2016: lejn il-futur

Ir-riżultati ewlenin tal-EJTN jistgħu jintwerew kif ġej:

— Tisħiħ tan-Netwerk, b’referenza għall-għanijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-2011 u fl-Aġenda tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020 billi żdied l-għadd ta’ attivitajiet ta’ taħriġ, twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ taħriġ — li jżidu oqsma ġodda tal-liġi kif ukoll taħriġ mhux legali għall-imħallfin u l-prosekuturi u fl-aħħar iżda mhux l-anqas, żieda fil-kwalità tagħhom billi jiġu soġġetti għall-proċess ta’ evalwazzjoni estensiva u koordinazzjoni ma’ bosta sħab meta jiġu żviluppati attivitajiet ta’ taħriġ;

— Koordinazzjoni u assistenza mtejba għal istituzzjonijiet ta’ taħriġ nazzjonali, Membri u Osservaturi, sabiex jiffaċilitaw u jtejbu l-opportunitajiet ta' taħriġ tagħhom permezz tal-iżvilupp sinifikanti tal-Katalgu + u l-Katalgu tal-EJTN kif ukoll bl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ta’ taħriġ u ta’ pjattaformi ta’ netwerking;

— Prestazzjoni akbar fil-mezzi finanzjarji u metodoloġiċi eżistenti kif ukoll l-għoti ta' esperjenza u know-how permezz tan-netwerking tal-EJTN permezz ta' attivitajiet iddedikati għall-identifikazzjoni u t-tixrid tal-aħjar prattiki għat-taħriġ u l-metodoloġija tat-taħriġ .

Dawn ir-riżultati jikkontribwixxu għall-miri strateġiċi stabbiliti għall-perjodu 2014–2020:

— Li tkompli titrawwem fiduċja reċiproka bejn l-imħallfin u l-prosekuturi minn diversi sistemi ġuridiċi Ewropej;

— Li jiżdied il-livell ta’ għarfien tal-liġi tal-UE fost il-ġudikatura Ewropea;

— Li jiġu żgurati standards għoljin tal-kwalità tat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew u jiġu promossi standards għoljin ta’ kwalità għat-taħriġ ġudizzjarju nazzjonali.

— Li jitrawwem l-iżvilupp bikri tal-profil Ewropew tal-imħallef u l-prosekutur;

— Li jkun hemm żieda fil-funzjoni ta’ netwerking tal-EJTN;

— Li jkun hemm ħidma lejn kooperazzjoni esterna aktar effettiva;

— Bl-għan li tinżamm l-indipendenza ġudizzjarja, li tissaħħaħ kemm jista’ jkun, in-natura ewlenija tar-rwol ta’ EJTN fl-oqsma kollha tat-taħriġ ġudizzjarju fil-livell tal-UE.

AZZJONIJIET TAL-EJTN

Skambji ġudizzjarji

Permezz ta’ immersjoni f’ambjent ġudizzjarju barrani, l-iskambji ġudizzjarji jistgħu jwasslu għall-iskambju tal-aħjar prattiki, kompetenzi u għarfien, u għal sens aktar b’saħħtu ta’ appartenenza għal kultura ġudizzjarja komuni.

Il-Programm ta’ Skambju rreġistra tkabbir esponenzjali sa mill-ħolqien tiegħu fl-2005. Fl-2015, l-EJTN iċċelebra bi kburija l-10 snin tal-Programm ta’ Skambju għall-Awtoritajiet Ġudizzjarji. L-għadd ta’ benefiċjarji u pajjiżi parteċipanti kif ukoll it-tipi ta’ attivitajiet offruti għadu jikber kontinwament: fil-bidu tiegħu, fl-2005, l-imħallfin u l-prosekuturi tal-UE li pparteċipaw għall-iskambji kienu 169; fl-2015 dawn kienu 1815.

Tul is-snin, ġiet żviluppata wkoll firxa usa’ ta’ opportunitajiet ta’ skambju , sabiex jiġu ddiversifikati l-azzjonijiet tat-taħriġ proposti u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet differenti tal-ġudikaturi:

— Skambji għal żmien qasir fil-qrati tal-Istati Membri tal-UE (minn ġimgħa sa ġimagħtejn);

— Perjodi ta' taħriġ itwal (minn 3 xhur sa 12-il xahar), fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-EUROJUST.

— Skambji Speċjalizzati: innovazzjoni reċenti li tinvolvi skambji bejn imħallfin u prosekuturi speċjalizzati f’diversi oqsma tal-liġi, bħal-liġi ambjentali, id-drittijiet tar-refuġjati, il-liġi tax-xogħol jew il-liġi tal-kompetizzjoni.

— Skambji professjonali u żjarat ta’ studju dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni: tip ta’ skambju ieħor ġdid introdott mill-2015, bi tweġiba għal ħtiġijiet u prijoritajiet dejjem jiżdiedu tal-maġistratura tal-UE;

— Skambji bilaterali bejn il-qrati jew l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni tal-Istati Membri tal-UE, mnedija wkoll fl-2015, fejn grupp ta’ prattikanti mill-istess qorti jew uffiċċju tal-prosekutur iżuru flimkien qorti/uffiċċju tal-prosekutur ta’ Stat Membru ieħor tal-UE bil-ħsieb li jiġu żviluppati esperjenzi, l-aħjar prattiki u kooperazzjoni

— Skambji għall-ħarrieġa ġudizzjarji li jiffukaw fuq il-metodoloġija ta’ taħriġ, inklużi l-aħjar prattiki identifikati fir-rapport abbozzat mill-EJTN fi proġett pilota dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew, li kien propost mill-Parlament Ewropew fl-2012 u eżegwit mill-Kummissjoni Ewropea fl-2013–2014.

L-EJTN għandu l-intenzjoni jkompli jiżviluppa l-offerta tiegħu ta’ skambji għall- ġudikatura tal-UE bl-introduzzjoni, mill-2016, ta’ skambji ddedikati speċifikament għal presidenti tal-qrati jew kapijiet tal-uffiċċji tal-prosekuzzjoni tal-Istati Membri tal-UE.

Il-Programm AIAKOS

Dan il-programm joffri skambji ta' ġimagħtejn (ġimgħa barra mill-pajjiż u ġimgħa fid-dar mal-kollegi barranin) għal gruppi mħallta ta' apprendisti ġudizzjarji nazzjonali u barranin jew imħallfin u prosekuturi maħtura reċentement għal skejjel ta' taħriġ inizjali, qrati u uffiċċji tal-prosekuzzjoni oħra Ewropej.

L-għan ewlieni ta' dan il-proġett huwa li jqajjem il-kuxjenza tal-benefiċjarji għad-dimensjoni Ewropea tax-xogħol (futur) tagħhom u li jrawwem fehim reċiproku ta' kulturi u sistemi ġudizzjarji Ewropej differenti. Fl-2015, 401 imħallef u prosekutur futuri tal-UE ħadu sehem fil-programm AIAKOS.

Iż-Żjarat ta’ Studju

Iż-żjarat ta' studju ta' bejn jumejn u ħamest ijiem fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Eurojust u l-istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell jippermettu lill-imħallfin, il-prosekuturi u l-ħarrieġa minn madwar l-Ewropa jiffamiljarizzaw ruħhom mal-funzjonament ta' dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll jiskambjaw kompetenzi, esperjenzi u l-aħjar prattiki.

Fl-2015, kważi 400 imħallef u prosekutur ħadu sehem fi żjarat ta’ studju tal-EJTN.

Workshops ta’ taħriġ u seminars

Seminars dwar il-Ġustizzja Kriminali

Il-kunfidenza u l-fiduċja reċiproka huma l-bażi tal-applikazzjoni effettiva ta’ ġustizzja kriminali fiż-żona tal-Unjoni Ewropea. It-taħriġ ġudizzjarju fil-qasam tal-ġustizzja kriminali jiżgura kooperazzjoni transfruntiera bla xkiel, rikonoxximent ta’ sentenzi f’materji kriminali kif ukoll professjonisti li jkollhom fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta’ xulxin.

F’dan il-qasam, l-EJTN jippromwovi mudelli innovattivi ta’ taħriġ (tagħlim bil-prattika) permezz ta’ Seminars dwar il-Ġustizzja Kriminali, bl-għan li jsaħħaħ fehim aħjar dwar il-qafas legali attwali tal-UE ta’ ġustizzja kriminali biex jippermetti li l-ġuristi jikkooperaw ma’ xulxin bejn il-fruntieri.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-korpi Ewropej differenti u l-EJTN huwa l-pedament ta’ proġetti żviluppati mill-EJTN fil-qasam tal-ġustizzja kriminali. L-irwol tan-NĠE u l-Eurojust waqt is-seminars tal-EJTN huwa dak ta’ atturi ewlenin li jrawmu l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Is-seminars kooperattivi SIKs mas-CEPOL, u

b'kollaborazzjoni man-netwerk tas-SIKs, sabiex l-uffiċjali ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi jtejbu l-kooperazzjoni transfruntiera f’investigazzjonijiet kumplessi. Barra minn hekk, l-EJTN u n-Netwerk Ewropew għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra (in-Netwerk dwar il-Ġenoċidju) implimentaw flimkien b’suċċess programm ta’ taħriġ dwar ir-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji u l-impatt tiegħu fl-UE.

Is-Seminars dwar is-Salvagwardji Proċedurali fil-Proċedimenti Kriminali fl-UE (sett ġdid ta’ seminars li għandhom jiġu implimentati fl-2016) għandhom l-għan li joffru fehim aħjar u jipprovdu ħarsa ġenerali lejn id-drittijiet tad-difiża kriminali taħt il-liġi tal-UE permezz ta’ sett ta’ Direttivi mfassla biex jissaħħu s-salvagwardji proċedurali (interpretazzjoni u traduzzjoni, informazzjoni u aċċess għas-servizzi ta’ avukat).

Fl-2015, aktar minn 400 parteċipant ħadu sehem f’seminars dwar il-ġustizzja kriminali.

Proġett tal-Lingwistika

L-EJTN qed jagħti attenzjoni speċjali lit-tfassil ta’ proġetti lingwistiċi tal-UE għat-taħriġ ġudizzjarju fl-Ingliż u l-Franċiż legali. Kull sena mill-2011 'il quddiem, ġew organizzati diversi seminars tal-lingwaġġ legali dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u ċivili f’diversi Stati Membri tal-UE. Il-korsijiet jimmiraw lejn l-iżvilupp ta' kemm il-ħiliet legali kif ukoll lingwistiċi tal-parteċipanti billi jgħaqqdu l-informazzjoni legali u l-eżerċizzji tal-lingwa b’mod prattiku u dinamiku. Għandhom l-għan ukoll li joħolqu l-kundizzjonijiet biex jiġu stabbiliti kuntatti diretti bejn il-prattikanti tal-liġi ta’ Stati Membri differenti tal-UE sabiex jippromwovu kultura ġudizzjarja Ewropea komuni.

Il-Programm Lingwistiku tal-2015 tal-EJTN joffri firxa kbira ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ għall-ġudikatura Ewropea: minbarra t-taħriġ lingwistiku dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u ċivili, jinkludi taħriġ lingwistiku fid-drittijiet tal-bniedem u moduli ta’ taħriġ eLearning.

Minbarra s-seminars, il-Programm Lingwistiku ħareġ Manwal aġġornat li jindirizza kemm il-vokabularju Ingliż kif ukoll dak Franċiż marbut mal-liġi kriminali.

Il-Manwal Lingwistiku huwa disponibbli f'format elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Il-mira ta’ 1000 imħallef u prosekutur mħarrġa fl-attivitajiet lingwistiċi sa mill-implementazzjoni tal-ewwel seminar lingwistiku (li sar fi Frar 2011) intlaħqet fl-2015, sena li fiha kien hemm il-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 300 ġurist Ewropew minn aktar minn 20 Stat Membru tal-UE fil-Programm Lingwistiku tal-EJTN fl-oqsma ċivili, kriminali, u tad-drittijiet tal-bniedem.

Proġett tal-Liġi Amministrattiva

Is-Sottogrupp ta’ Ħidma dwar il-Liġi Amministrattiva huwa l-espressjoni ta’ impenn tal-EJTN biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ taħriġ tal-prattikanti ġudizzjarji kollha madwar l-Ewropa, li joffri sett ta’ taħriġ f’oqsma differenti bħalma huma l-akkwist pubbliku tal-UE, il-liġi tal-ażil, ir-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), id-drittijiet tal-bniedem u l-aċċess għall-ġustizzja, il-liġi dwar it-taxxa, u ħafna aktar. Matul dan it-taħriġ, il-parteċipanti jitgħallmu aktar dwar il-kontropartijiet tagħhom madwar l-Ewropa filwaqt li jiġu diskussi l-kwistjonijiet legali ewlenin ma’ esperti ewlenin fl-oqsma korrispondenti. Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tagħti lill-parteċipanti l-opportunità biex jipparteċipaw f’seduta tal-Awla Manja u jiddiskutu l-eżitu ta’ proċedimenti differenti ma' uffiċjali attwali u eksuffiċjali tal-Qorti. Fl-2015, is-Sotto-Grupp ta’ Ħidma fil-Liġi Amministrattiva ngħaqad ma’ sħab — mill-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin għall-Medjazzjoni (GEMME), l-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Amministrattivi Ewropej (AEAJ) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Imħallfin fil-Liġi dwar ir-Refuġjati (IARLJ) fejn organizzaw taħriġ ta’ kwalità għolja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, l-ADR, u l-liġi tal-ażil. Il-proġett irċieva wkoll l-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea attwali u preċedenti , l- uffiċjali tal-KEDB u l-QĠUE, kif ukoll mill-Programm HELP tal-Kunsill tal-Ewropa, biex iwasslu taħriġ ibbażat fuq peer-exchanges u eżerċizzji prattiċi. Bil-ħsieb li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-attivitajiet tiegħu, is-Sotto-Grupp ta’ Ħidma fil-Liġi Amministrattiva jibqa’ impenjat biex kull sena jxandar mill-inqas żewġ sessjonijiet tat-taħriġ tiegħu. L-2015 ġab miegħu kemm podcast dwar l-akkwist pubbliku u taħriġ fuq il-liġi tal-UE dwar l-ażil.

Fl-2015, aktar minn 200 imħallef, prosekutur u ħarrieġ ġudizzjarju attendew is-sessjonijiet ta' taħriġ tas-Sotto-Grupp ta’ Ħidma fil-Liġi Amministrattiva.

Il-Proġett tal-Ġustizzja Ċivili

Il-proġett CiLaw jimmira biex itejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ta’ dritt ċivili u jiffoka fuq l-iżvilupp tal-kultura ġudizzjarja u s-sistemi legali tal-pajjiżi parteċipanti kif ukoll l-aspetti ewlenin tal-liġi tal-UE. Is-suġġetti ewlenin ta’ seminars dwar il-liġi ċivili huma l-liġi tal-familja, il-liġi tal-kumpaniji, il-liġi proċedurali Ewropea u l-liġi kummerċjali.

Il-proġett dwar il-Liġi Ċivili joffri attivitajiet ta’ taħriġ ta’ jumejn immirati lejn imħallfin u prosekuturi madwar it-28 Stat Membru tal-UE.

Fl-ambitu tas-seminars dwar il-Liġi Ċivili, azzjonijiet futuri se jinvolvu s-segwitu ta' firxa usa’ ta’ oqsma, sabiex tingħata offerta aktar kompleta għall-ħtiġijiet ta’ taħriġ ta’ professjonisti tal-ġustizzja tal-UE. Is-Sotto-Grupp ta' Ħidma dwar il-Liġi Ċivili tal-EJTN se jkompli jimplimenta seminars dwar il-liġi ċivili fl-2016 ukoll, sabiex jagħti aċċess liberu lill-professjonisti interessati kollha tal-UE għall-programmi ta’ taħriġ. Skont il-qafas ta’ kooperazzjoni ma’ sħab tal-proġett tal-EJTN u dejjem fit-tfittxija għal sfidi ġodda ta’ taħriġ, is-Sotto-Grupp ta' Ħidma dwar il-Liġi Ċivili jippjana li jikkoopera mal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Medjazzjoni (GEMME) fl-implimentazzjoni tal-avveniment ripetut b'suċċess ta’ taħriġ dwar kwistjonijiet ta' Proċedura Ċivili Ewropea f’Materji tal-Liġi tal-Familja.

Matul l-2015, 239 maġistrat tal-UE ħadu sehem f’seminars dwar il-liġi ċivili.

Metodi ta’ taħriġ ġudizzjarju

Il-Metodi ta’ Taħriġ Ġudizzjarju (JTM) ġew uffiċjalment inawgurati fl-2015 u l-opportunitajiet li wasslu għall-ħolqien tal-grupp ta’ ħidma tiegħu wieġbu għall-ħtiġijiet li ġejjin:

• It-tqassim ta' prattiki tajba fit-taħriġ ġudizzjarju fost il-professjonisti tal-ġustizzja tal-UE, filwaqt li jiġu stabbiliti approċċi ġodda lejn għarfien u tagħlim,

• Il-ħtieġa li jikkombinaw it-taħriġ ġudizzjarju mal-kwalità tal-ġustizzja.

Il-JTM jista’ jitqies bħala fil rouge mal-azzjonijiet implimentati kollha tal-EJTN billi l-għan tiegħu jikkonsisti f'li jipproponi l-aktar metodoloġiji ta’ taħriġ effiċjenti u konkreti kif ukoll it-tisħiħ tad-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki, li huma rekwiżiti essenzjali għal kull azzjoni ta’ taħriġ ġudizzjarju.

Fl-2015, ix-xogħlijiet tal-Grupp ta’ Ħidma JTM ġew irranġati skont tliet temi topiċi u tliet oqsma ewlenin ta’ azzjoni: Evalwazzjoni/valutazzjoni, is-Sengħa u t-Tmexxija.

B'attenzjoni partikolari fuq l-għodda, huwa aġġorna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaManwal tal-EJTN dwar il-Metodoloġija dwar it-Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa (qabel kien magħruf bħala l-Manwal "Ħarreġ lil Min Iħarreġ"– pubblikat fl-2013), biex ikun aktar aċċessibbli u jista' jitqassam aktar faċilment. Barra minn hekk, ġew imfassla kwestjonarji ta’ evalwazzjoni tat-taħriġ u manwal dwar il-valutazzjoni biex jiffavorixxu l-iskambji ta’ prattiki tajba bejn istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ.

Fl-ewwel sena tiegħu ta’ azzjoni kien hemm 131 parteċipanti fl-azzjonijiet JTM.

Il-Kompetizzjoni Themis għall-membri tal-ġudikatura Ewropea

Il-kompetizzjoni THEMIS tal-EJTN hija miftuħa għall-apprendisti ġudizzjarji mill-Ewropa u għandha l-għan li trawwem skambju ta’ fehmiet u li jiġu żviluppati approċċi ġodda dwar temi relatati mal-kooperazzjoni ċivili u kriminali internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem u deontoloġija ġudizzjarja. L-objettiv ewlieni tal-kompetizzjoni THEMIS huwa li tlaqqa’ flimkien maġistrati futuri minn pajjiżi Ewropej differenti sabiex ikunu jistgħu jaqsmu valuri komuni, jaqsmu esperjenzi ġodda u jiddiskutu perspettivi ġodda f’oqsma ta’ interess komuni.

Din il-kompetizzjoni hija organizzata mill-EJTN kull sena u hija miftuħa għal studenti tal-liġi mill-istituzzjonijiet ta’ taħriġ ġudizzjarju kollha li huma membri jew osservaturi tal-EJTN. Timijiet ta’ tliet apprendisti ġudizzjarji, akkumpanjati minn għalliem/tutur, jistgħu jirreġistraw għal din il-kompetizzjoni li tikkonsisti minn erba’ rawnds ta' semifinali u l-Gran Finali. Ir-rebbieħ u min jiġi t-tieni minn kull semifinali jgħaddu għall-Gran Finali. Il-premju tat-tim rebbieħ huwa żjara ta’ studju ta’ ġimgħa, organizzat jew iffinanzjat mill-EJTN, fi kwalunkwe istituzzjoni ġudizzjarja Ewropea. It-temi tas-semifinali u l-Gran Finali huma differenti; fl-2015, dawn kienu jikkonċernaw il-Kooperazzjoni Internazzjonali f’Materji Kriminali, il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Ċivili (il-Liġi tal-Familja Ewropea), il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fi kwistjonijiet ċivili (Proċedura Ċivili Ewropea), l-Etika Ġudizzjarja u l-Kondotta Professjonali, id-Dritt għal Proċess Ġust (l-Art. 47 tal-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali u l-Art. 6 tal-ECHR).

Fl-2015, 44 tim ħadu sehem fil-kompetizzjoni THEMIS għall-għadd globali ta’ 164 parteċipant.

Katalgu

Il-katalgu ġenerali tal-EJTN ilu jeżisti mill-2003. Huwa katalgu ta’ attivitajiet ta’ taħriġ organizzati u magħżula mill-membri tal-EJTN u offruti lill-ġudikatura tal-Istati Membri tal-UE. Fl-2015, 16-il istituzzjoni ġudizzjarja offrew 216-il seminar għall-Katalgu Ġenerali tal-EJTN. It-temi ewlenin koperti mill-Katalgu Ġenerali kienu jinkludu l-prattiki professjonali, kwistjonijiet soċjali, lingwistika, ħiliet ġudizzjarji, id-drittijiet tal-bniedem, il-forensika, il-liġi internazzjonali Ewropea, il-liġi kriminali, il-liġi ċivili u l-liġi amministrattiva. L-għadd totali ta’ parteċipanti barranin fil-programm tal-Katalgu Ġenerali fl-2015 kien ta’ 1407.

Katalgu+ tal-attivitajiet ta’ taħriġ fl-Istati Membri kollha

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li l-maġistrati Ewropej jingħataw l-opportunità li jattendu korsijiet ta’ taħriġ organizzati mill-Istituzzjonijiet ta’ taħriġ ġudizzjarju li huma membri tal-EJTN. Fl-2015, 17-il istituzzjoni ġudizzjarja ħadu sehem fil-proġett, kull wieħed minnhom organizza seminar dwar it-tema tad-dritt. B’kollox, 280 post ġew offruti lil parteċipanti barranin. Bħala miżura ta’ suċċess tal-programm, kien hemm rata ta’ teħid ta’ 72% tan-numru totali ta’ postijiet ta’ taħriġ offruti, li laħaq 206 parteċipant barrani. Barra minn hekk, ħadu sehem 1251 parteċipant nazzjonali fis-seminar tal-Katalgu + offruti mill-istituzzjonijiet ta’ taħriġ nazzjonali rispettivi tagħhom. Għas-sena 2015, 1457 maġistrat irċevew taħriġ.

Seminars dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Imniedi fl-2015, dan huwa programm ta’ taħriġ komprensiv għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u r-Radikalizzazzjoni lejn Estremiżmu Vjolenti.

L-EJTN ilu jespandi għal aktar minn għaxar snin biex jintlaħqu l-isfidi li qed tiffaċċa l-ġudikatura Ewropea. Il-bżonn urġenti għal azzjoni konġunta u koordinata u programmi tat-taħriġ iffukati fuq il-kawżi ewlenin tal-estremiżmu vjolenti u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, kif ukoll kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, ir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta’ reati terroristiċi, ġew enfasizzati ripetutament minn għadd ta’ dikjarazzjonijiet reċenti ta’ livell għoli, u, sfortunatament, enfasizzati minn avvenimenti reċenti madwar l-Ewropa. Kien f’dan il-kuntest li l-Kummissjoni Ewropea fdat lill-EJTN, flimkien mal-Membri u s-sħab tagħha, bl-iżvilupp ta’ programm ta’ taħriġ komprensiv għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni għall-estremiżmu vjolenti, biex tiġi implimentata bejn Settembru 2015 u Mejju 2016 u mfassla skont il-ħtiġijiet tal-partijiet interessati rilevanti u l-prattikanti madwar l-UE. Dan il-proġett jagħti lill-imħallfin, il-prosekuturi u l-professjonisti tas-settur tal-ġustizzja forum uniku għall-iskambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattiki mal-kontropartijiet tagħhom madwar l-Ewropa, biex jiddiskutu l-aħħar żviluppi u sfidi legali fil-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni ta’ każijiet li jinvolvu ġellieda terroristiċi barranin u estremisti vjolenti oħra delinkwenti, u biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ radikalizzazzjoni u l-mekkaniżmi għall-prevenzjoni tiegħu u l-identifikazzjoni.

Fl-ewwel sena tagħha ta’ azzjoni, aktar minn mitt maġistrat tal-UE attendew seminars ta' kontra t-terroriżmu.

Għodod elettroniċi

L-EJTN tinvesti fl-iżvilupp ta’ diversi għodda elettroniċi biex twessa' l-ambitu tal-opportunitajiet ta’ taħriġ ġudizzjarju kif ukoll tipprovdi r-riżorsi meħtieġa għal dawk li jimmaniġġjaw programmi ta’ taħriġ ġudizzjarju u l-kontenut.

Hemm bżonn dejjem preżenti li jinxtered it-taħriġ ġudizzjarju u l-għarfien

lejn udjenza aktar wiesgħa. Hemm ukoll il-ħtieġa li titjieb l-effiċjenza amministrattiva tal-ġestjoni ta’ programmi ġudizzjarji u l-parteċipanti tagħhom. Ugwalment importanti, dawk il-partijiet

li jippjanaw jew joffru opportunitajiet ta’ taħriġ ġudizzjarju jeħtieġu aċċess għal informazzjoni u kuntatti sabiex jaħdmu b’mod effettiv. L-għodda elettroniċi jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet kollha. L-EJTN għamlet disponibbli ħafna tipi ta’ għodda elettroniċi. Dawn jinkludu diversi pjattaformi onlajn, is-sistema onlajn ta’ applikazzjoni tal-programm, it-tagħlim elettroniku u korsijiet ta' tagħlim imħallat, podcasts u webinars u ġabra ta’ riżorsi virtwali. Eżempji:

— Pjattaforma ta’ netwerking, li tifforma parti essenzjali ta’ spazju ta’ kollaborazzjoni virtwali għal dawk li jaħdmu fuq proġetti tal-EJTN. Hija tinkludi wkoll diversi għodod essenzjali bħalma huma l-bażi tad-dejta tal-esperti u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar sejħiet tal-KE tal-pjattaforma

— L-EJTN iżżomm 4 korsijiet tat-tagħlim elettroniku, li huma liberament aċċessibbli għal kulħadd

— Podcast u webinars.

Is-Sħab tal-EJTN:

  • Il-Kummissjoni Ewropea
  • Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
  • Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
  • Il-Kunsill tal-Ewropa
  • Cepol
  • L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil
  • Eurojust
  • In-Netwerk dwar il-Ġenoċidju — Netwerk Ewropew għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra
  • Skwadri ta' Investigazzjoni Konġunti
  • In-Netwerk tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (ENCJ)
  • L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea (ACA- Europe)
  • In-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN)
  • L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Imħallfin fil-Liġi dwar ir-Refuġjati (IARLJ)
  • L-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin tal-Liġi Ewropea tal-Kompetizzjoni (AECJL)
  • L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Medjazzjoni (GEMME)
  • L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin tal-Qrati Industrijali (EALCJ)
  • Il-Forum tal-Unjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Ambjent (EUFJE)
  • In-Netwerk tal-prosekuturi Ewropej fil-qasam tal-Ambjent (ENPE).
  • In-netwerk ta’ Prosekuturi Pubbliċi jew istituzzjonijiet ekwivalenti fil-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (NADAL)
  • L-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Amministrattivi Ewropej (AEAJ)
  • Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Kooperazzjoni Ewropea dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (EUCOJUST)
  • L-Istitut Max Plank

Riżultati fundamentali tal-imgħoddi

Imwaqqaf fis-sena 2000, l-EJTN huwa organizzazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ.

  • 1999: Isiru xi laqgħat informali bejn xi kapijiet tal-istituzzjonijiet tat-taħriġ ġudizzjarju fl-UE.
  • 2000: Il-ħolqien ta’ Netwerk Ġudizzjarju Ewropew tat-Taħriġ (Il-Karta ta’ Bordeaux).
  • 2003: Sar organizzazjoni internazzjonali Belġjana mingħajr skop ta' qligħ u jakkwista status legali.
  • 2004: Jidħol għal riforma organizzattiva biex jiżgura kapaċità proprja ta’ finanzjament u jilqa’ istituzzjonijiet tat-taħriġ ġudizzjarju minn Stati Membri ġodda tal-UE.
  • 2005: Jistabbilixxi segretarjat permanenti fi Brussell.
  • 2006: Mogħti l-inkarigu mill-Kummissjoni Ewropea li jimplimenta l-ewwel Programmi ta’ Skambju annwali tal-Ġudikatura.
  • 2008: Jiċċelebra r-riżultati fundamentali f’termini ta’ għadd ta’ skambji ġudizzjarji li tlestew u bl-offerti disponibbli fil-Katalgu tat-taħriġ.
  • 2009: Rikonoxxut bħala l-parti konċernata fit-tisħiħ tal-istrateġija tal-ġustizzja elettronika tal-UE.
  • 2010: Tnedija tal-ewwel programmi ta' taħriġ tal-EJTN stess
  • 2012: Jirrappreżenta tkabbir robust kontinwu, il-marka ta' 2 400 parteċipant inqabżet fuq diversi attivitajiet ta' taħriġ tal-EJTN (esklużi dawk tal-Katalgu tal-EJTN).
  • 2013: Il-Kummissjoni Ewropea tapplawdi l-kisbiet EJTN billi tikkonferma r-rwol importanti ħafna tiegħu fit-taħriġ ġudizzjarju, jiġifieri r-Regolament (UE) 1382/2013 li jagħti lill-EJTN għotja operanti għall-perjodu 2014/2020 skont il-Programm ġdid tal-Ġustizzja tal-UE
  • 2014: L-EJTN jiffirma Memorandum ta’ Qbil (MtQ) ma' 12-il netwerk u assoċjazzjoni Ewropej għal kooperazzjoni futura fil-qasam tat-taħriġ ġudizzjarju
  • L-importanza fundamentali tal-EJTN fl-isfera ta’ taħriġ ġudizzjarju Ewropew huwa rikonoxxut mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: Rue du Commerce 123, B-1000 Brussels, Belgium

Status legali: Assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta' qligh (aisbl) skont il-liġi Belġjana

Posta Elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaejtn@ejtn.eu;

Ħolqa relatata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit web tal-EJTN

L-aħħar aġġornament: 24/01/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.