Netwerks u strutturi tat-taħriġ tal-UE

L-objettiv tal-ERA huwa li tippromwovi l-fehim u l-aħjar prattika tal-liġi tal-UE billi tipprovdi taħriġ għal ġuristi minn madwar l-Ewropa, kif ukoll forum għal diskussjoni u skambju.

Gruppi destinatarji

L-ERA taħdem mal-prattikanti kollha tal-liġi:

  • Imħallfin
  • Prosekuturi
  • Avukati b'uffiċċju privat
  • Nutara
  • Konsulenti legali interni u avukati fin-negozju
  • Uffiċjali tal-infurzar tal-liġi
  • Avukati fl-amministrazzjoni pubblika

Tipi ta’ attivitajiet ta’ taħriġ żviluppati

Kif tispjega l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-taħriġ ġudizzjarju ta’ Settembru 2011 , l-ERA “għandha esperjenza estensiva fejn tidħol l-organizzazzjoni ta’ seminars b’suċċess dwar il-liġi tal-Unjoni għal udjenzi multikulturali”. Hija toffri konferenzi u korsijiet fuq livelli differenti fiċ-ċentru tagħha fi Trier (ħdejn il-kapitali ġudizzjarja tal-UE fil-Lussemburgu), fi Brussell u madwar l-Ewropa:

  • Konferenzi u forums annwali sabiex jiġu rriveduti u ddibattuti l-aħħar żviluppi
  • Seminars għall-prattikanti ffukati li jesploraw fid-dettall żvilupp speċifiku
  • Korsijiet ta’ taħriġ bażiku bħala introduzzjoni għal qasam speċifiku tal-liġi tal-UE
  • Aġġornamenti fi Brussell sabiex jiġu analizzati l-iżviluppi topiċi fil-liġi tal-UE
  • Korsijiet tal-lingwa legali

L-ERA tipprovdi wkoll:

  • Korsijiet u riżorsi tat-tagħlim elettroniku
  • Preżentazzjonijiet elettroniċi bil-parteċipazzjoni tal-aqwa esperti fuq il-liġi tal-UE
  • Ġurnal legali trimestrali msejjaħ ERA Forum

Il-programmi ta’ taħriġ tal-ERA jkopru l-firxa sħiħa tal-liġi tal-UE:

  • Il-liġi pubblika Ewropea, eż. il-liġijiet istituzzjonali, id-drittijiet fundamentali, l-ażil u l-immigrazzjoni, il-liġi ambjentali, it-tassazzjoni
  • Il-liġi privata Ewropea, eż. il-protezzjoni tal-konsumatur, il-liġi soċjali u industrijali, il-liġi privata internazzjonali, il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili
  • Il-liġi dwar in-negozju Ewropew, eż. il-liġi tal-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, id-drittijiet tal-propjetà intellettwali, il-liġi tal-kumpaniji, is-servizzi finanzjarji
  • Il-liġi kriminali Ewropea, eż. il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, il-kooperazzjoni tal-pulizija

Attivitajiet tal-2015

Fl-2015 l-ERA organizzat 157 avveniment ta’ taħriġ li attendew għalihom 6903 ġurista minn 54 pajjiżi. Hija offriet ukoll 7 korsijiet tat-tagħlim elettroniku u madwar 60 preżentazzjoni elettronika.

L-isfond professjonali tal-parteċipanti kien:

  • Imħallfin: 27 %
  • Prosekuturi: 5 %
  • Avukati b'uffiċċju privat: 24 %
  • Konsulenti interni: 5 %
  • Uffiċjali tal-infurzar tal-liġi: 1 %
  • Uffiċjali tal-UE: 7 %
  • Uffiċjali tal-Ministeru: 6 %
  • Impjegati taċ-ċivil oħra: 9 %
  • Akkademiċi: 5 %
  • Rappreżentanti ta’ Fondazzjonijiet/NGOs: 4 %
  • Oħrajn: 6 %

Sħubiji internazzjonali/ftehimiet

L-ERA, membru fundatur tan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN), kienet eletta mill-ġdid fil-Kumitat ta’ Tmexxija tal-EJTN fl-2013 għall-perjodu 2014-2017. Għall-istess perjodu, l-ERA kienet eletta biex tippresjedi fuq il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Programmi tan-Netwerk u kienet membru fil-Grupp ta’ Ħidma tagħha dwar it-Teknoloġiji. Għandha wkoll relazzjonijiet tajba ma’ istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju individwali, li ma’ bosta minnhom għandha ftehim qafas għall-organizzazzjoni konġunta ta’ attivitajiet ta' taħriġ għall-imħallfin u l-prosekuturi.

L-ERA taħdem ukoll regolarment fuq il-bażi ta’ kull proġett għalih mal-Kunsill tal-Kmamar u tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati tal-Ewropa (CCBE), mal-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE), mal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Avukati tal-Kumpaniji (ECLA) kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet oħra tal-avukati fil-livell Ewropew u nazzjonali.

Bħala fondazzjoni ta’ benefiċċju pubbliku, l-ERA hija membru taċ-Ċentru Ewropej tal-Fondazzjonijiet.

Storja

L-ERA twaqqfet fl-1992 fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew. Il-patruni fundaturi kienu l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, il-Land ta’ Rhineland-Palatinate, il-Belt ta’ Trier u l-Assoċjazzjoni Ħbieb tal-ERA. Fis-snin ta’ wara, 25 mit-28 Stat Membru tal-UE, fost oħrajn, ingħaqdu mal-Fondazzjoni.

Dettalji ta’ kuntatt

L-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA)
Metzer Allee D-54295 Trier - il-Ġermanja
Tel.: +49 651 93737-0
Uffiċċju fi Brussell
Avenue d'Auderghem 36 - B-1040 Brussels - Belgium

Posta Elettronika: info@era.int

Numru ta’ persunal: 70

Status legali: L-ERA hija fondazzjoni pubblika mingħajr skop ta’ profitt.

Link relatat

Il-websajt tal-ERA

L-aħħar aġġornament: 24/01/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna