Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Medjaturi

Spanja

Din it-taqsima tal-Portal tgħinek issib medjatur fi Spanja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Spanja

Kif issib medjatur fi Spanja

Il-Liġi 5/2012 dwar il-medjazzjoni fl-oqsma ċivili u kummerċjali, tistabbilixxi li l-medjatur għandu jkollu titolu uffiċjali universitarju jew ta' taħriġ professjonali avvanzat u taħriġ speċifiku biex jeżerċita l-medjazzjoni, li jinkiseb permezz tal-attendenza f'kors jew korsijiet speċifiċi mogħtija minn istituzzjonijiet debitament akkreditati, li jkunu validi għall-eżerċizzju tal-attività ta' medjazzjoni fi kwalunkwe parti tat-territorju nazzjonali.

Xi Komunitajiet Awtonomi, jirreferu għat-taħriġ meħtieġ biex wieħed jeżerċita l-medjazzjoni familjari fil-liġijiet u r-Regolamenti tagħhom. B’mod ġenerali, il-medjatur huwa meħtieġ li jkollu titolu Universitarja, tal-anqas bi grad medju, u barra minn hekk ikun ħa taħriġ speċifiku fil-medjazzjoni b’korsijiet li jkunu fil-biċċa l-kbira tagħhom prattiċi li jdumu bejn 100 u 300 siegħa.

It-taħriġ speċifiku fil-medjazzjoni normalment jiġi offrut minn Istituti Universitarji u Assoċjazzjonijiet Professjonali, bħal tal-Psikologi jew tal-Avukati.

M’hemm ebda Reġistru uniku tal-medjaturi u l-medjaturi speċjalizzati jistgħu jinstabu b’diversi modi:

  • Fil-qasam kriminali, il-partijiet iridu jistaqsu lill-Qorti biex taħtrilhom medjatur
  • Fil-qasam industrijali, il-medjatur xi drabi jista’ jintgħażel mil-lista ta’ medjaturi tal-organu korrispondenti
  • Fil-qasam tal-familja, il-medjatur jinħatar mill-entità li taħdem mal-Qorti, għalkemm huwa possibbli wkoll li l-partijiet jużaw medjatur kwalifikat.
  • Wieħed jista’ jikkuntattja medjatur tal-familja permezz tad-diversi Assoċjazzjonijiet Professjonali li jżommu Reġistru jew Lista, bħall-Kamra tal-Avukati, u l-Assoċjazzjoni tal-Psikologi, tal-Ħaddiema Soċjali u tal-Għalliema.

Sal-lum kienu l-Komunitajiet Awtonomi li fdaw iż-żamma tal-listi lill-Assoċjazzjonijiet.

L-aċċess għall-bażijiet ta' dejta tal-medjaturi huwa bla ħlas?

M’hemmx reġistru nazzjonali, u f'kull każ, l-aċċess għal-listi tal-Assoċjazzjonijiet huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex medjatur fi Spanja

Iċ-ċittadin jista’ jikkuntattja lill-Assoċjazzjoni Professjonali rilevanti għal informazzjoni dwar il-medjaturi rreġistrati.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna