Sib informazzjoni għal kull reġjun
Kif issib medjatur fl-Iskozja
In-Netwerk tal-Medjazzjoni fl-Iskozja (Scottish Mediation Network, SMN) jamministra r- Reġistru tal-Medjazzjoni fl-Iskozja (Scottish Mediation Register, SMR) li jipprovdi reġistru indipendenti ta' medjaturi u servizzi ta' medjazzjoni li jilħqu l-"istandards professjonali" minimi għall-medjazzjoni fl-Iskozja. Dawn l-istandards jiġu stabbiliti minn kumitat indipendenti għall-Istandards Professjonali u jeħtieġu livell minimu ta' taħriġ, esperjenza u żvilupp professjonali kontinwu (CPD).
Il-paġna "Sib Mejdatur" tas-sit elettroniku tal-SMN toffri aċċess b'xejn għal informazzjoni dwar nies li jipprattikaw kull tip ta' medjazzjoni. Id-dejta fuq il-paġna tiġi aġġornata mill-medjaturi tal-inqas darba fis-sena u tinkludi informazzjoni fuq it-taħriġ, is-CPD u l-oqsma ta' esperjenza tagħhom.
Wieħed mill-għanijiet tar-Reġistru tal-Medjazzjoni Skoċċiż huwa sabiex iserraħ ras in-nies mill-kwalità professjonali tal-medjaturi li huma jagħżlu billi jiċċertifika li jilħqu l-istandards minimi. Il-medjaturi li jidhru fuq l-SMR jistgħu jsejħu lilhom ifushom "Medjatur Reġistrat tal-Medjazzjonu Skoċċiża" u jużaw il-logo SMR ħdejn isimhom.
L-uffiċċju tal-SMN jamministra wkoll l-iScottish Mediation Helpline li jagħti parir u informazzjoni lin-nies dwar il-medjazzjoni u kif jirrikorru għalih. Permezz tal-Helpline, l-SMN jista' jorganizza medjazzjonijiet permezz ta' bird ta' medjaturi fuq l-SMR jew jirreferi lin-nies għas-servizz adattat ta' medjazzjoni.
L-SMN jappoġġa wkoll u jippromwovi l-proċess ta' medjazzjoni għall-ilmenti min-NHS (National Health Service) fl-Iskozja – u dan ix-xogħol jiġi ffinanzjat mill-Gvern Skoċċiż. Aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni u kif wieħed jirrikorri għalih tinsab fuq is-sit elettroniku tal-SMN.
Il-Gvern Skoċċiż ippubblika wkoll fuljett – "Resolving Disputes without Going to Court" – li jagħtik parir dwar il-medjazzjoni u mezzi oħra ta' ADR. Dan il-fuljett jista' jitniżżel mis-sit elettroniku tal-Gvern Skoċċiż.
L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?
Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas.
Biex tfittex medjatur tista' tagħmel dan li ġej:
Taċċessa s-sit elettroniku billi tikklikkja fuq il-ħolqa għar-Reġistru tal-Medjazzjoni Skoċċiż jew tittajpja l-URL http://www.scottishmediation.org.uk/find-a-mediator fil-brawżer tal-Internet tiegħek u ssegwi l-istruzzjonijiet biex issib l-aħjar medjatur għalik u għaċ-ċirkostanzi tiegħek.
Ikkuntattja lin-Netwerk tal-Medjazzjoni Skoċċiz permezz tas-sit elettroniku tagħhom, billi tiktibilhom f'dan l-indirizz, 18 York Place, Edinburgh EH1 3EP, UK jew iċċemplilhom fuq +44 (0) 131 556 1221.
Ħoloq relatati
Netwerk tal-Medjazzjoni Skoċċiz, Reġistru tal-Medjazzjoni Skoċċiż, il-pubblikazzjoni tal-Gvern Skoċċiż
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.