Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Istitut ta' Medjazzjoni tal-Olanda (NMI) iżomm aġġornata bażi tad-dejta aċċessibli mill-pubbliku li fiha d-dettalji tal-medjaturi kkwalifikati kollha. Din tipprovdi anki informazzjoni u assigurazzjoni tal-kwalità indipendenti rigward il-medjazzjoni u l-medjaturi nazzjonali.
Il-medjaturi rreġistrati mal-NMI huma mħarrġa u kkwalifikati biex jagħmluha ta’ medjaturi, skont ir-regoli ta’ medjazzjoni tal-NMI, u huma impenjati li jimxu mas-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-NMI.
Jista’ jkollok aċċess għar-Reġistru tal-Medjaturi tal-NMI meta trid.
Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.
Tista’ tagħmel tiftix fir-reġistru billi tuża parametri ta’ tiftix differenti. Pereżempju, tista’ tfittex medjatur li jkollu ċertu għarfien espert, jew wieħed li jaħdem f’ċertu żona.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.