Medjaturi

Awstrija

Din it-taqsima tal-Portal tgħinek issib medjatur fl-Awstrija.

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

Kif issib medjatur fl-Awstrija

Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja Awstrijak iżomm aġġornata lista ta’ medjaturi rreġistrati, li huma konformi mar-rekwiżiti legali u formali.

Ġie stabbilit sit elettroniku apposta, li jista’ jkollok aċċess għalih anki mis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Mis-sit elettroniku tista’ ssib dawn li ġejjin:

  • Lista ta’ medjaturi
  • Lista ta’ organizzazzjonijiet li jagħtu taħriġ lill-medjaturi, u
  • Lista’ ta’ korsijiet ta’ taħriġ.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Is-sit elettroniku huwa pubblikament disponibbli u l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex medjatur fl-Awstrija

Mis-sit elettroniku, tista’ tagħmel l-għażla tiegħek mil-listi tal-medjaturi fuq il-bażi ta’:

  • L-isem,
  • Il-kodiċi postali, u
  • Il-provinċja.

Tista’ ssib medjaturi permezz tal-kriterji ta’ tiftix li ġejjin :

  • L-isem u l-kunjom,
  • Il-kodiċi postali,
  • Il-provinċja,
  • Il-pajjiż, u
  • Il-qasam ta’ għarfien espert.

Il-kriterji tat-tiftix jistgħu jiġu anki kkombinati.

Links relatati

Medjaturi fl-Awstrija

L-aħħar aġġornament: 30/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna