Tradutturi/Interpreti legali

Malta

Malta issa għandha bażi tad-dejta tat-tradutturi u tal-interpreti legali.

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

Fil-kawżi kriminali, lista ta’ interpreti/tradutturi hija disponibbli għall-membri tal-ġudikatura u għall-istaff tal-qrati. Din il-lista tinsab fi u tinżamm aġġornata mir-Reġistru tal-Qorti Kriminali. Riċentement din il-lista ġiet miżjuda mas-Servizzi tal-Qorti disponibbli onlajn u dan bi preparazzjoni għad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar id-Dritt ta’ Interpretazzjoni u Traduzzjoni Legali fi Proċeduri Kriminali-http://www.justiceservices.gov.mt/courtservices/CourtExperts.  Meta jkun meħtieġ is-servizz ta’ interpretu jew tradittur waqt proċeduri kriminali, dan jinħatar minn maġistrat.  Il-lista msemmija ma tipprekludix lil maġistrat milli jinjora għalkollox din il-lista u jaħtar kwalunkwe persuna oħra li jqis li tkun xierqa biex twettaq kompiti ta’ interpretazzjoni jew traduzzjoni. Sussegwentement, l-isem ta’ din il-persuna hekk maħtura jiġi miżjud mal-lista. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikteb lil: “Ir-Reġistratur tal-Qorti Kriminali, Qrati tal-Ġustizzja, Valletta, Malta”.

Fil-kawżi ċivili, il-partijiet jistgħu jaħtru traduttur jew interpretu li jagħżlu huma, u l-ispiża ta’ dan tbatiha l-parti li teħtieġ dawk is-servizzi. L-amministrazzjoni tal-qorti ma tkunx involuta f’dan il-proċess. Madankollu, il-qrati ċivili jistgħu jagħmlu użu mil-lista disponibbli għall-qrati kriminali, liema lista hi disponibbli onlajn għall-pubbliku kif jingħad hawn fuq.

Il-lista ta’ tradutturi u ta’ interpreti ta’ Malta hija inkluża wkoll fis-sistema IT ta’ Ġestjoni tal-Kawżi Legali tal-Qrati (LECAM - Legal Case Management), liema sistema ġeneralment tintuża biss mill-istaff tal-qrati u mill-membri tal-professjoni legali. Madankollu, il-pubbliku ġenerali jista’ jkollu aċċess għas-sistema tal-LECAM rigward il-kawżi ċivili mill-kompjuters li jinżammu fir-reġistri tal-qrati.

Żidiet mal-lista tal-esperti jsiru mill-uffiċjali tal-qrati li ġew awtorizzati jżommu aġġornata din il-bażi tad-dejta. L-annotazzjonijiet għall-esperti individwali jkollhom links għall-kawża tal-qorti fejn inħatru biex joffru s-servizzi professjonali tagħhom.

L-aħħar aġġornament: 21/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.