Tradutturi/Interpreti legali

Ungerija

L-Ungerija m’għandhiex bażi tad-dejta ċentrali elettronika ta’ tradutturi legali u interpreti tal-qorti.

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

Kif nista' insib traduttur jew interpretu legali Ungeriż?

Traduzzjoni jew interpretazzjoni speċjalizzata tista' tirrigwarda forma ta' impjieg jew xogħol imħallas ieħor biss minn tradutturi jew interpreti kwalifikati u speċjalizzati.

Bl-eċċezzjonijiet imsemmija iktar 'l isfel, it-traduzzjonijiet iċċertifikati u ċ-ċertifikazzjoni ta' traduzzjonijiet u ta' kopji ta' dokumenti f'lingwa barranija jistgħu jsiru mill-Uffiċċju Ungeriż għat-Traduzzjoni u Attestazzjoni (Országos Fordító és Fordításhitelesítő Iroda Zrt - OFFI).

Skont l-Att Notarili Nru XLI tal-1991, in-nutara li huma intitolati jfasslu dokumenti f'lingwa barranija jistgħu jipproduċu traduzzjonijiet iċċertifikati f'dik il-lingwa ta' dokumenti f'każijiet li jaqgħu fl-ambitu notarili jew jiċċertifikaw traduzzjonijiet tat-tali dokumenti. In-nutara jiċċertifikaw traduzzjoni ta' dokument oriġinali billi jżidu klawsola ta' attestazzjoni fit-tmiem tat-traduzzjoni.

Il-missjonijiet diplomatiċi, inklużi dipartimenti konsulari, jistgħu jittraduċu, jikkopjaw dokument f'lingwa barranija u jwettqu attivitajiet ta' ċertifikazzjoni kif previst mil-liġi u mit-trattati internazzjonali.

It-tradutturi u r-reviżuri kkwalifikati u speċjalizzati jistgħu jagħmlu traduzzjonijiet iċċertifikati ta' estratti mir-reġistru tal-kumpaniji u jawtentikaw traduzzjonijiet fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE (skont kif magħżula mill-kumpanija) ta' dokumenti tal-kumpaniji u dejta maħsuba biex tiddaħħal fir-reġistru tal-kumpaniji.

Servizzi ta' interpretazzjoni fil-qrati, l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi bbażati f'Budapest huma pprovduti mill-OFFI. L-OFFI jrid jipprovdi interpretazzjoni għall-qrati, l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi barra minn Budapest li ma jistgħux jiżguraw il-provvista ta' servizzi ta' interpretazzjoni permezz tal-ħatra ta' interpretu kwalifikat jew persuna adattata oħra.

Ħolqa u dettalji ta' kuntatt

Uffiċċju Ungeriż għat-Traduzzjoni u Attestazzjoni (OFFI)

Indirizz: Bajza utca 52, 1062 Budapest.

L-aħħar aġġornament: 06/04/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna