Tradutturi/Interpreti legali

Awstrija

Din it-taqsima tal-Portal tgħinek issib traduttur u intepretu legali fl-Awstrija.

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

Fejn insib traduttur/interpretu legali fl-Awstrija?

Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja Awstrijak iżomm lista (il-Gerichtsdolmetscherliste) tal-interpreti legali li huma konformi mar-rekwiżiti legali (bħal għarfien speċjalizzat adegwat) u li ħadu l-ġurament u ġew iċċertifikati bħala tali mill-qrati.

Għal dan il-għan ġie stabbilit sit elettroniku apposta li wieħed jista' jkollu aċċess għalih mill-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Ġustizzja Awstrijak

Dan is-sit elettroniku ilu sa mill-2004 jipprovdi aċċess għal:

  • bażi tad-dejta ta' tradutturi u ta ' interpreti, organizzati skont kriterji magħżula
  • informazzjoni legali dwar is-servizzi tat-tradutturi u l-interpreti

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tat-tradutturi huwa mingħajr ħlas?

Is-sit elettroniku huwa disponibbli għall-pubbliku u l-aċċess għalih huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex traduttur legali fl-Awstrija

Wieħed jista' jfittex tradutturi u interpreti fuq is-sit elettroniku skont l-kriterji magħżula li ġejjin:

  • lingwa
  • distrett tal-qorti

Għal tiftix speċifiku magna ta' tiftix tagħtik il-possibilità li tfittex testi sħaħ fil-bażi tad-dejta. Tista' tirrestrinġi r-riżultati skont il-lingwa u d-distrett tal-qorti.

Links relatati mas-suġġett

Il-lista tat-tradutturi/interpreti legali

L-aħħar aġġornament: 30/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna