All EU member countries have insolvency and bankruptcy registers for which you can find information. These registers are in the process of being connected and becoming searchable from a central point.
The registers record, analyse and store insolvency information and make it available to the public, albeit in different forms, depending on the country:
Information on national registers
Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.
One-stop search
Use the link below to search – in any official EU language – national insolvency registers for:
The information and documents you can find in these registers should be available for free.
Currently not all EU countries are available via this service. This should be rectified by mid-2019 which is the deadline set by the revised Insolvency Regulation to establish the EU-wide interconnection of national insolvency registers through the European e-Justice Portal. This future system of interconnection will contain in a harmonised way a predefined set of information ("mandatory information") on insolvency proceedings wherever they are opened in the EU.
This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.
Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar ir-reġistri li jirrigwardaw każijiet ta’ insolvenza fil-Belġju.
Fil-Belġju, trid issir distinzjoni bejn in-negozji, li jistgħu jkunu persuni ġuridiċi jew persuni fiżiċi, u persuni fiżiċi li mhumiex negozji (individwi).
Le, ma hemm l-ebda spejjeż għall-konsultazzjoni.
Iva, hemm tariffi għall-iffajljar ta’ ċerti dokumenti u għall-ġestjoni tal-fajls.
Ara l-link li ġejja: https://dp-a.be/fr/tarifs-dpa-regsol
L-ewwel pass huwa li toħloq kont.
Kulħadd jista’ jitlob li jikkonsulta fajl pendenti. Tfittex billi tikklikkja fuq “Itlob aċċess għal fajl miftuħ” fil-paġna ewlenija. It-talba tiegħek għal aċċess tiġi eżaminata minn:
Tirċievi email u notifika malli tingħata aċċess. Jekk tiġi rifjutat l-aċċess, ir-raġuni tingħata fin-notifika u fl-email.
Jekk ikollok aċċess għal fajl u l-fajl ikun magħluq, jista’ jkompli jkollok aċċess fl-arkivji tar-Regsol.
Jekk għad ma għandekx aċċess għal fajl li sadanittant ikun ingħalaq, it-talba tmur għand ir-reġistru tal-qorti kummerċjali (tribunal de l’entreprise / ondernemingsrechtbank) ikkonċernat, li mbagħad jista’ jagħtik aċċess billi jistiednek tikkonsulta fajl magħluq fl-arkivji.
Ir-reġistru fih l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati ma’ każijiet ta’ insolvenza, jiġifieri l-fallimenti kollha li għaddejjin u l-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja miftuħa mill-1 ta’ Mejju 2018 li ma ngħalqux.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-reġistru tal-insolvenza Bulgaru.
Ir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza jikkonsisti fi tliet partijiet:
L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas.
Tista’ tfittex għal riċevitur bl-isem fuq is-sit web.
Il-bullettin tal-bejgħ jista’ jinsab fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ekonomija.
Is-sistema ġiet stabbilita fl-2009 bħala parti mill-proġett intitolat “Trasparenza u effiċjenza ta’ proċedimenti ta’ insolvenza”, subprijorità 1.5 “Sistema ġudizzjarja trasparenti u effiċjenti” tal-Programm Operazzjonali “Kapaċità Amministrattiva” (OPAC) implimentat skont il-ftehim ta’ għotja Nru K09–15–5-C/9.10.2009. Il-proġett huwa ffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u l-baġit tal-istat tar-Repubblika tal-Bulgarija.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdilek introduzzjoni fil-qosor għar-reġistru ta’ insolvenza tar-Repubblika Ċeka.
Ir-reġistru ta' insolvenza tar-Repubblika Ċeka huwa proprjetà u huwa miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka .
L-aċċess għar-reġistru huwa mingħajr ħlas.
Bl-użu tas-sistema tat-tiftix avvanzata, jista’ jkollok aċċess għall-kontenut sħiħ tad-dokumenti fir-reġistru, f’format PDF.
Ir-reġistru fih informazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2008 ‘l quddiem.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Id-Danimarka ma għandha l-ebda reġistru ta’ insolvenza.

Din il-paġna tipprovdilek ħarsa ġenerali tar-reġistru tal-insolvenza Ġermaniż.
Ir-reġistru tal-insolvenza Ġermaniż jagħtik aċċess għad-dikjarazzjonijiet tal-insolvenza (Insolvenzbekanntmachungen) maħruġa mill-qrati kollha tal-insolvenza Ġermaniżi, skont il-§ 9 tal-Kodiċi tal-Insolvenza (Insolvenzordnung). Din l-informazzjoni torbot legalment u hija aċċessibbli għall-pubbliku.
Ir-reġistru huwa proprjetà tal-Gvern Federali/Kummissjoni Länder dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni fis-Sistema tal-Ġustizzja u ġestit minnha, rappreżentata mill-Ministeru tal-Ġustizzja tat-territorju tar-Rhine Westphalia ta’ Fuq.
Iva.
Ir-reġistru tal-insolvenza jinsab biss fil-website tar-reġistru tal-insolvenza Ġermaniż. Fejn meħtieġ, fil-website hemm l-istruzzjonijiet dwar kif tfittex. L-informazzjoni hija bil-Ġermaniż biss. Għandu jiġi nnutat li tiftixa sħiħa fid-data tal-qrati kollha Ġermaniżi tal-insolvenza hija possibbli biss fi żmien l-ewwel ġimagħtejn mill-ewwel jum tal-pubblikazzjoni. Wara dan iż-żmien ikollok tfittex il-post fejn tinsab il-qorti tal-insolvenza u mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin: l-isem tal-persuna jew ditta; l-uffiċċju reġistrat tad-debitur (Sitz) jew ir-residenza abitwali (Wohnsitz); in-numru tal-każ, jew il-qorti tar-reġistrazzjoni, it-tip ta’ reġistru u n-numru tar-reġistrazzjoni.
Il-website tar-reġistru tal-insolvenza ilha mill-1 ta’ April 2002 tipprovdi informazzjoni dwar l-insolvenzi. Informazzjoni dettaljata dwar il-perjodi koperti u l-proċedimenti li dwarhom teżisti id-data jistgħu jinstabu fil-website.
L-informazzjoni hija dwar każijiet fejn il-proċedura tal-insolvenza għadha mhijiex lesta. Id-data titħassar sa sitt xhur wara l-finalizzazzjoni tal-proċedura.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tipprovdi ġabra fil-qosor tal-informazzjoni dwar l-insolvenza disponibbli fir-reġistru kummerċjali Estonjan u l-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali).
L-Estonja ma għandhiex reġistru separat dwar l-insolvenza, iżda l-informazzjoni rigward il-proċedimenti ta’ falliment u l-proċedimenti ta’ aġġustament tad-dejn tal-entitajiet ġuridiċi u tal-persuni fiżiċi hija disponibbli fil-pubblikazzjoni elettronika uffiċjali Ametlikud Teadaanded. Barra minn hekk, ir-reġistru kummerċjali Estonjan u r-reġistru tal-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet mhux għal skop ta’ qligħ fihom informazzjoni dwar il-falliment ta’ entitajiet ġuridiċi u l-persuni li jaħdmu għal rashom.
Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ dak li jiġi inkluż fl-Ametlikud Teadaanded mill-qrati u r-riċevent f'falliment:
Fis-sit web tal-Ametlikud Teadaanded wieħed isib lista sħiħa tal-avviżi kollha li għandhom jiġu ppubblikati.
Dawn li ġejjin jiddaħħlu fir-reġistru kummerċjali Estonjan u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta’ qligħ abbażi ta’ sentenza tal-qorti:
Dettalji tal-projbizzjonijiet tal-kummerċ imposti fuq id-debitur jew il-persuna bil-poter li tirrappreżentah jew projbizzjonijiet fuq it-twettiq ta' attivitajiet kummerċjali imposti fuq dik il-persuna ma jiddaħħlux fir-reġistru.
Ir-reġistru kummerċjali Estonjan fih l-informazzjoni segwenti dwar entitajiet ġuridiċi falluti:
Aċċess għad-data tar-reġistru jista’ jsir online u fl-uffiċċji tan-nutara.
L-aċċess għal Ametlikud Teadaanded huwa bla ħlas.
L-ebda tariffa mhija imposta online għal tiftix rigward entitajiet ġuridiċi, persuni li jaħdmu għal rashom u fergħat ta' kumpaniji barranin, għal informazzjoni rigward proċedimenti tal-qorti jew għal aċċess għad-data tal-kard tar-reġistru. Madankollu, hija imposta tariffa għat-tiftix l-ieħor kollu, inklużi data storika tal-kard tar-reġistru u aċċess għal rapporti annwali, artikoli ta' assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn. Ir-rati imposti għall-użu tad-data tal-kompjuter fir-reġistru kummerċjali huma stipulati f’Regolament tal-Ministru għall-Ġustizzja.
Hija imposta tariffa għall-konsulenza ma' data tar-reġistru u dokumenti tal-fajl f'uffiċċju tan-nutar. It-tariffi huma stabbiliti fl-Att tat-Tariffi Notarili. Skont l-Att dwar in-Nutara, il-Kamra tan-Nutara għandha tiżgura aċċess bla ħlas għall-fajls pubbliċi u l-fajls kummerċjali f’uffiċċju ta’ nutar fil-kontej ta’ Harjumaa, Tartumaa, Pärnumaa u Ida-Virumaa.
Dettalji tal-projbizzjonijiet tal-kummerċ huma ppubblikati u jista’ jsir aċċess għalihom online mingħajr ħlas.
Tista’ tfittex fl-Ametlikud Teadaanded għall-informazzjoni dwar l-insolvenza ta’ entità ġuridika jew persuna fiżika permezz tal-isem jew tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali/kodiċi tar-reġistru, u fuq il-paġna ġenerali tat-tiftix tista’ tfittex ukoll permezz tal-keyword. Permezz tal-funzjoni tat-tiftix, wieħed jista’ faċilment isib l-avviżi ppubblikati kollha rigward il-proċedimenti ta’ insolvenza. Meta l-proċedimenti jaslu fi tmiemhom, l-avviżi jiġu arkivjati, bl-eċċezzjoni tal-avviżi li jirrigwardaw it-terminazzjoni tal-proċedimenti, li jibqgħu pubbliċi għal tliet snin.
Tista' tfittex għal entità ġuridika jew persuna li taħdem għal rasha fir-reġistru kummerċjali elettroniku permezz tal-isem tan-negozju, l-isem jew il-kodiċi tar-reġistru. L-istatus ta' entità ġuridika jew persuna li taħdem għal rasha jindika jekk dik il-persuna jew entità humiex falluti jew le.
Ir-reġistru kummerċjali huwa marbut mal-interfaċċa tat-tiftix tar-reġistri tal-insolvenza tal-portal tal-Ġustizzja Elettronika, li tippermetti lill-kumpaniji, selliefa u investituri li jixtiequ jinvestu fi Stati Membri oħra jwettqu verifiki tal-preċedenti personali direttament f’dawk ir-reġistri ta’ pajjiżi oħra li fihom data dwar l-insolvenza. Bis-saħħa tas-soluzzjoni multilingwi li ġiet implimentata, il-proċess li bih wieħed jikseb informazzjoni minn pajjiż għall-ieħor fir-rigward tal-insolvenza huwa aktar trasparenti u huwa aktar faċli li wieħed ikollu aċċess għall-informazzjoni nnifisha. L-informazzjoni hija disponibbli bla ħlas. Il-portal għandu funzjoni bażika tat-tiftix, li tippermetti li jsir tiftix fir-reġistri interkonnessi kollha skont l-isem tad-debitur, kif ukoll funzjonalità tat-tiftix avvanzata, li fiha l-kriterji tat-tiftix jvarjaw skont ir-reġistru tal-pajjiż li fih tkun qed isir it-tiftixa. Fil-ġejjieni (mistennija fl-2021), Ametlikud Teadaanded se tkun konnessa mal-portal tal-Ġustizzja Elettronika, li fih l-informazzjoni mandatorja kollha dwar il-pubblikazzjoni ta’ proċedimenti ta’ insolvenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Għall-Estonja, huwa possibbli li wieħed ifittex skont l-isem tad-debitur u skont il-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali/il-kodiċi tar-reġistru.
Is-servizz Estonjan dwar il-falliment ilu disponibbli mill-1 ta' Settembru 1995.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar ir-reġistru tal-insolvenza tal-Irlanda.
Is-Servizz tal-Insolvenza tal-Irlanda (ISI) huwa korp statutorju indipendenti li ġie stabbilit fl-1 ta’ Marzu 2013. L-għan tagħhom huwa terġa’ tiġi stabbilita s-solvenza ta’ persuni insolventi.
L-ISI jwettaq il-mandat tiegħu permezz ta’ għadd ta’ Oqsma ta’ Ħidma. Dawn huma:-
L-ISI jippubblika l-informazzjoni li ġejja lir-Reġistri tiegħu skont l-Att dwar l-Insolvenza Personali. (Innota li r-reġistri tal-ISI ma humiex aċċessibbli mill-browsers ta’ Internet Explorer/Edge. Nissuġġerixxu li tuża Chrome, Firefox jew Safari biex tara r-Reġistru.)
Meta jinħareġ ċertifikat ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 61 tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012 (l-“Att”), is-Servizz tal-Insolvenza tal-Irlanda jrid jirreġistra, minbarra l-informazzjoni preskritta fl-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012 (Informazzjoni Addizzjonali li għandha tkun inkluża fir-Reġistri), ir-Regolamenti tal-2012 (S.I. 356 tal-2013), l-informazzjoni li ġejja:
Skont l-Artikolu 33(4) tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012, l-ISI jrid jirreġistra fir-Reġistru tal-Avviżi ta’ Serħan mid-Dejn (DRNs):
Skont l-Artikolu 76(1) tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012, l-ISI jrid jirreġistra fir-Reġistru tal-Arranġamenti għas-Saldu tad-Dejn (DSAs):
Skont l-Artikolu 113(1) tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012, l-ISI jrid jikkonforma billi jirreġistra fir-Reġistru tal-Arranġamenti għall-Insolvenza Personali (PIAs):
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-Greċja kellha reġistru elettroniku tas-solvenza mill-1 ta’ Ġunju 2021.
Skont il-leġiżlazzjoni Griega, il-proċeduri ta’ insolvenza, li fihom jintuża r-reġistru elettroniku tas-solvenza, huma:
Il-qrati lokali tal-prim’istanza (protodikeía) huma responsabbli biex jikkunsidraw każijiet u joħorġu deċiżjonijiet dwar talbiet ta’ falliment.
Il-qrati ċivili distrettwali lokali (eirinodikeía) huma responsabbli għad-dikjarazzjoni ta’ falliment f’fallimenti fuq skala żgħira.
Il-qrati lokali tal-prim’istanza huma responsabbli għall-proċeduri fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ qabel il-falliment.
Il-pubblikazzjonijiet, id-divulgazzjonijiet jew ir-reġistrazzjonijiet kollha tal-proċedimenti ta’ insolvenza jsiru fir-Reġistru Elettroniku tas-Solvenza. Jekk dan ikun previst, ir-reġistrazzjonijiet jiddaħħlu wkoll fir-Reġistru Ġenerali tal-Kummerċ (Genikó Emporikó Mitróo – GEMI).
Iva, permezz tas-sit web:
Billi tfittex fuq: https://keyd.gsis.gr/dsae2/iif/faces/pages/static/publicationList.xhtml
Il-pubblikazzjonijiet kollha mill-1 ta’ Ġunju 2021 ’il quddiem huma disponibbli għall-pubbliku permezz tar-reġistru fuq is-sit web imsemmi hawn fuq.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-informazzjoni pubblika dwar l-insolvenzi u l-proċedimenti ta’ insolvenza hija element essenzjali tat-trasparenza u ċ-ċertezza tad-dritt. Fi Spanja, dan jiġi pprovdut permezz tar-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza (Registro Público Concursal), li huwa rregolat mill-Artikolu 198 tal-Liġi dwar l-Insolvenza. Din il-Liġi ġiet implimentata permezz tad-Digriet Irjali 892/2013 tal-15 ta’ Novembru 2013, li jistipula li r-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza huwa ġestit mill-Assoċjazzjoni tar-Reġistraturi (Colegio de Registradores), li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja.
Ir-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza għandu għan triplu:
Ir-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza jinsab fuq portal tal-internet: http://www.publicidadconcursal.es/.
L-għan tar-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza huwa li jiġbor flimkien l-informazzjoni rilevanti ġġenerata waqt il-proċedimenti ta' insolvenza, għal finijiet purament ta’ informazzjoni u ta’ divulgazzjoni pubblika.
L-aċċess għar-reġistru pubbliku tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas.
Ir-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza huwa strutturat f’erba’ taqsimiet li l-entrati fihom jiġu fl-ordni skont il-parti soġġetta għall-proċedimenti ta’ insolvenza, jew skont id-debitur, f’ordni kronoloġika:
Fit-tiftixiet, jistgħu jiddaħħlu l-ismijiet tad-debitur insolventi jew tal-amministratur tal-insolvenza: dan isiblek l-informazzjoni disponibbli dwarhom fi kwalunkwe waħda mit-taqsimiet.
Il-Liġi tal-2003 dwar l-Insolvenza ma pprevedietx reġistru li jagħti informazzjoni dwar proċedimenti ta’ insolvenza b’mod ġenerali. Il-kwistjoni kienet koperta mill-arranġamenti għall-pubblikazzjoni stabbiliti dak iż-żmien fil-liġi Spanjola dwar il-kumpaniji, li kienu bbażati fuq il-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-gazzetti ta’ kuljum bl-ogħla ċirkolazzjoni fil-provinċja ikkonċernata. Dan kien ifisser dejjem aktar li l-proċedimenti kienu jispiċċaw jeħlu, peress li l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni kellu jiġġarrab mill-patrimonju tal-insolvenza, li mhux dejjem kien ikun jiflaħ iħallashom.
L-Artikolu 198 tal-Liġi dwar l-Insolvenza kien jipprevedi reġistru pubbliku tal-kawżi ta’ insolvenza kolpevoli u l-ħatra jew l-iskwalifika tal-amministraturi tal-insolvenza. Dan ir-reġistru ġie estiż u ngħata l-isem “Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza” bid-Digriet Irjali 3/2009 tad-29 ta’ Marzu 2009 dwar miżuri urġenti fi kwistjonijiet ta’ tassazzjoni, finanzjarji u ta’ insolvenza biex jiġu indirizzati l-bidliet fis-sitwazzjoni ekonomika. Minn dak iż-żmien, id-dispożizzjoni ġiet emendata diversi drabi, u kien hemm ukoll bidliet li jaffettwaw leġiżlazzjonijiet oħrajn li jipprevedu l-pubblikazzjoni ta’ ċerti passi permezz tar-Reġistru. Ir-regoli attwali li jimplimentaw l-Artikolu 198 tal-Liġi dwar l-Insolvenza huma stabbiliti fid-Digriet Irjali 892/2013 tal-15 ta’ Novembru 2013 dwar ir-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Franza m’għandha l-ebda reġistru speċifikament iddedikat għall-insolvenza. Hija għandha diversi reġistri li fihom deċiżjonijiet dwar l-insolvenza tad-debituri. Dawn jinkludu deċiżjonijiet dwar il-ftuħ jew l-estensjoni ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, l-estensjoni tal-perjodu ta’ osservazzjoni, il-konverżjoni tal-proċedimenti, it-terminazzjoni jew l-emenda ta’ pjan ta’ ristrutturar jew l-għeluq ta’ proċedimenti, jew deċiżjonijiet li jiddikjaraw persuna falluta jew skwalifikata milli tmexxi kumpanija. L-ismijiet tal-uffiċjali ġudizzjarji jingħataw ukoll.
Ir-reġistri eżistenti huma:
Barra minn hekk, uħud mid-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq huma ppubblikati fil-Bullettin Uffiċjali tal-avviżi ċivili u kummerċjali (Bulletin officiel des annonces civiles et commerciales) u f’ġurnal ta’ avviżi legali.
L-informazzjoni f’ġurnali ta’ avviżi legali, il-Bullettin Uffiċjali ta’ avviżi ċivili u kummerċjali u r-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji huwa ċentralizzat mill-“Publicité Légale des Entreprises”, portal pubbliku li jagħti aċċess għall-informazzjoni legali tal-kumpaniji aċċessibbli permezz ta’: https://www.bodacc.fr/
L-informazzjoni msemmija hawn fuq hija mingħajr ħlas.
Il-portal jista’ jintuża biex taċċessa avviżi legali ppubblikati mill-1 ta’ Jannar 2010 u affarijiet ippubblikati fil-Bullettin Uffiċjali ta’ avviżi ċivili u kummerċjali mill-1 ta’ Jannar 2008.
Is-sit web tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji jinsab hawnhekk: https://www.infogreffe.fr/
Ħafna mill-informazzjoni li fih tista’ tiġi aċċessata bi ħlas.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Ir-Reġistru Nazzjonali ta' Insolvenza huwa reġistru elettroniku pubblikament disponibbli li jtejjeb il-forniment ta’ informazzjoni lill-kredituri u l-qrati rilevanti dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza li jkunu għaddejjin u jipprevjeni milli jinbdew proċedimenti ta’ insolvenza paralleli.
Fis-26 ta’ Ġunju 2018, il-Ministeru tal-Ġustizzja lesta l-ewwel fażi tal-proġett bit-titolu “Interkonnessjoni tar-Reġistri ta’ Insolvenza (IRI) għall-Ewropa”, parzjalment iffinanzjat mill-programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tal-Kummissjoni Ewropea (il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-Telekomunikazzjoni: CEF-TC-2016-2: Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika), li l-Kroazja applikat għalih bħala parti minn konsorzju mal-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Rumanija.
Il-prijorità tal-FNE hija li tiffinanzja u timplimenta s-servizzi elettroniċi neċessarji għall-komunikazzjoni fi ħdan is-sistema ta’ interkonnessjoni bejn ir-reġistri ta’ falliment.
Ir-Reġistru ta’ Insolvenza ġie stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza.
Id-data fir-Reġistru ta' Insolvenza tiġi aġġornata mill-anqas kuljum u tkopri:
Id-data kollha fir-Reġistru taqa’ fil-ġuriżdizzjoni tal-qrati li jkunu qed jisimgħu l-kawża.
Fit-tieni fażi tal-proġett tal-Interkonnessjoni tar-Reġistri ta’ Insolvenza (IRI) għall-Ewropa, ir-reġistri nazzjonali ta’ insolvenza ġew interkonnessi permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja Taljan qed jistabbilixxi sistema elettronika ġdida sabiex jamministra dejta relatata mal-insolvenzi.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tas-sit elettroniku tinkludi introduzzjoni qasira għar-Reġistru tal-Fallimenti u tal-Likwidazzjonijiet ta’ Ċipru (Μητρώο Πτωχευσάντων και Εκκαθαρίσεων Εταιρειών).
Is-Sezzjoni tal-Fallimenti (Κλάδος Πτωχεύσεων και Εκκαθαρίσεων) għandha r-responsabbiltà li tirċievi u tamministra l-assi ta’ persuni naturali u legali insolventi u tirrapporta lid-Dipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u tar-Riċevitur Uffiċjali (Τμήμα Εφόρου Εταιρειών και Επίσημου Παραλήπτη) tal-Ministeru tal-Kummerċ, tal-Industrija u tat-Turiżmu (Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού). Din it-taqsima żżomm fajl tal-persuni naturali falluti. Jekk kumpanija tiġi stralċjata, dan jiġi rrapportat fir-Reġistru tal-Kummerċ. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Dipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u tar-Riċevitur Uffiċjali.
Mhux applikabbli.
Mhux applikabbli.
Mhux applikabbli.
Ir-Reġisru ta’ Insolvenza jinkludi informazzjoni dwar l-insolvenzi mill-1931 sal-lum.
Dipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u tar-Riċevitur Uffiċjali (Τμήμα Εφόρου Εταιρειών και Επίσημου Παραλήπτη)
Ministeru tal-Kummerċ, tal-Industrija u tat-Turiżmu (Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-reġistru tal-insolvenza tal-Latvja.
Ir-reġistru tal-insolvenza Latvjan jipprovdi informazzjoni dwar:
Ir-reġistru tal-insolvenza huwa aċċessibbli għal kulħadd u l-entrati fir-reġistru huma affidabbli. Huwa jaqa’ taħt l-awtorità tar-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja.
Iva, l-informazzjoni fir-reġistru tal-insolvenza Latvjan tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas, iżda titħallas tariffa jekk membru tal-pubbliku jixtieq jirċievi informazzjoni fil-forma ta’ dokument.
Biex tirċievi mir-Reġistru tal-Intrapriżi dikjarazzjoni jew dokument ieħor li fih il-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali ta’ debitur (persuna fiżika) jew amministratur, ikkuntattja r-Reġistru tal-Intrapriżi mat-talba tiegħek għal informazzjoni jew applika b’mod elettroniku permezz tal-portal Latvija.lv.
Din it-taqsima fiha informazzjoni dwar l-amministraturi, jiġifieri:
Informazzjoni dwar l-amministraturi li ċ-ċertifikati tagħhom ikunu skadew hija disponibbli mir-rekords storiċi taħt Vēsturiskie dati. Il-link “Izzaņa” tagħti aċċess għall-informazzjoni kollha li ġiet irreġistrata fir-reġistru tal-insolvenza Latvjan fuq kull amministratur individwali.
Biex tfittex informazzjoni fir-reġistru tal-insolvenza dwar suġġett partikolari (persuna fiżika jew ġuridika), uża t-taqsima Meklēt. L-informazzjoni tista’ tiġi ffiltrata skont il-kriterji li ġejjin:
Ir-riżultati tat-tiftix jintwerew b’link għal “Referenza tar-Reġistru tal-Intrapriżi” (“Uzņēmumu reģistra izziņa”), fejn tkun disponibbli l-informazzjoni kollha fir-reġistru tal-insolvenza dwar suġġett partikolari, inklużi dokumenti skennjati li jkun fihom avviżi tal-amministraturi dwar laqgħat tal-kredituri, l-aġenda tal-laqgħat tal-kredituri u n-notifiki lill-kredituri.
Biex tara r-rekords imdaħħla fir-reġistru tal-insolvenza f’data speċifika, uża t-taqsima Žurnāls. Awtomatikament, ir-rekords murija huma dawk tal-ġurnata attwali. Uża l-kalendarju biex tara r-rekords irreġistrati f’dati oħra jew uża s-subtaqsima Mēneša žurnāls biex tiffiltra r-rekords skont ix-xahar. Kull reġistrazzjoni fiha link — ir-“Reġistru tal-Intrapriżi ta’ referenza” (“Uzņēmumu reģistra izziņu”) — għal informazzjoni dettaljata dwar proċeduri partikolari ta’ insolvenza.
Din it-taqsima fiha diversi informazzjoni statistika relatata mal-proċedimenti ta’ insolvenza u ta’ protezzjoni legali, segwita minn link għal “Referenza tar-Reġistru tal-Intrapriżi” (“Izziņa”), fejn hija disponibbli l-informazzjoni kollha li tinsab fir-reġistru tal-insolvenza dwar suġġett partikolari.
L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru tmur lura għall-1 ta’ Jannar 2008.
Informazzjoni addizzjonali dwar ir-reġistru tal-insolvenza Latvjan
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
M’hemmx reġistru ta’ stralċ separat fil-Litwanja. Tista’ tivverifika l-istatus tal-kumpaniji f’dan ir-rigward fuq is-sit elettroniku tar-Reġistru tal-Entijiet legali (Juridinių asmenų registras). Wieħed jista’ jara l-istatus tal-kumpaniji fir-Reġistru tal-Entijiet legali mingħajr ħlas.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-Lussemburgu m’għandux reġistri li jirrigwardaw il-każijiet ta’ insolvenza.
Il-Lussemburgu m'għandux reġistri fuq każijiet ta' insolvenza. Il-fallimenti jiġu nnotifikati mit-tribunali u jiġu ddikjarati fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji (RCS) li jdaħħal din l-informazzjoni fil-bażi tad-dejta tiegħu.
Il-lista ta' fallimenti ddikjarati tiġi ppubblikata kull xahar f'Mémorial B - Ġabra amministrattiva u ekonomika u tista' tiġi kkonsultata mingħajr ħlas fuq Legilux, il-portal ġuridiku tal-Lussemburgu.
Barra minn hekk, ir-RCS ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit elettroniku tiegħu, taħt it-taqsima "Konsultazzjonijiet - statistiċi tar-reġistru", modulu statistiku li jagħti tagħrif dwar is-sentenzi tal-fallimenti li ġew irreġistrati fir-RCS matul xahar partikolari. Dan it-tagħrif huwa disponibbli taħt forma ta' listi ta' reġistrazzjonijiet imwettqa. Huwa disponibbli wkoll estratt ta' din l-informazzjoni f'forma ta' fajl.
L-ewwel metodu: Tista' ssir tiftixa fuq is-sit elettroniku tar- reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji (RCS) permezz tal- isem (jew parti mill-isem) jew tan- numru ta' reġistrazzjoni tal-persuna rreġistrata.
Il-mutur tat-tiftix tas-sit elettroniku hekk itella' l-lista tal-ismijiet li jikkorrispondu mat-tiftixa mwettqa.
Jekk wieħed jagħfas fuq l-isem ta' waħda mill-persuni rreġistrati, tingħata mingħajr ħlas l-informazzjoni bażika li ġejja:
it-tieni metodu: Tista' ssir tiftixa permezz tas-sit elettroniku tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji (RCS) taħt it-taqsima "Konsultazzjonijiet - statistiċi tar-reġistru", permezz ta' statistiċi li jagħtu tagħrif dwar is-sentenzi li jiddikjaraw il-falliment li ġew irreġistrati fir-RCS matul xahar partikolari.
It-tielet metodu: Tista' ssir tiftixa permezz tas-sit elettroniku tal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu taħt it-taqsima "Fallimenti" bbażata fuq l-isem tal-kumpanija, id-data tas-sentenza ta' falliment u permezz tal-isem tal-istralċarju.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-reġistru ta' insolvenza tal-Ungerija.
Fl-Ungerija, il-Gvern ħatar lis-Servizz ta’ Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u ta’ Reġistrazzjoni Elettronika tal-Kumpaniji (Céginformációs és az Elektronikus Cégeljárásban Közreműködő Szolgálat) tal-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-korp responsabbli għall-istabbiliment u t-tħaddim tar-reġistru ta' insolvenza.
Dan il-korp juża l-Magyar Közlöny Lap- és Könyvkiadó Kft. [l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet uffiċjali Ungeriż] biex iwettaq kompiti ta’ pproċessar tad-data, żvilupp tal-IT, operazzjonijiet tekniċi u sigurtà tal-bażi tad-data teknika.
Ir-reġistru ta' insolvenza huwa disponibbli fis-sit https://fizeteskeptelenseg.im.gov.hu/.
Ir-reġistru ta' insolvenza fih dettalji tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kollha li jkunu nfetħu proċedimenti ta’ insolvenza kontrihom fl-Ungerija.
Il-proċedimenti ta’ insolvenza fl-Ungerija huma regolati bl-Att XLIX tal-1991 dwar proċedimenti ta’ falliment u likwidazzjoni. L-Att CLXXV tal-2011 dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili japplika għall-proċedimenti ta’ falliment u ta' likwidazzjoni kontra organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet), iżda l-aspetti l-oħra kollha huma regolati bl-Att XLIX tal-1991.
Ma hija imposta l-ebda tariffa jew spiża għall-aċċess għad-data fir-reġistru ta' insolvenza. Kwalunkwe persuna li tikkonsulta r-reġistru ta' insolvenza trid tiddikjara minn qabel li d-data li tfittex fir-reġistru ma tkunx ser tintuża għal skopijiet kummerċjali jew biex tinħoloq bażi ta’ data biex tintuża għal skopijiet bħal dawn.
F’konformità mal-Artikolu 6/N tal-Att XLIX tal-1991, ir-reġistru jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Il-kriterju tat-tfittxija jista’ jintgħażel minn menu li jinżel. Bl-użu tal-menu li jinżel, huwa possibbli li wieħed ifittex fir-reġistru ta' insolvenza billi jdaħħal wieħed minn dawn li ġejjin:
Informazzjoni dettaljata dwar it-tiftix tista’ tinstab fis-sit https://fizeteskeptelenseg.im.gov.hu/#/help.
Skont il-leġiżlazzjoni attwali, mhuwiex possibbli tiftix dirett ta’ data bil-massa jew tniżżil ta’ data mir-reġistru ta' insolvenza.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Is-Servizz tal-Insolvenza ta' Malta joffri dettalji dwar kawzi fil-Qrati Maltin dwar insolvenza ta' kumpaniji jew falliment ta' individwi kif ukoll dettalji dwar informazzjoni li jirċievi r-Reġistratur tal-Kumpaniji dwar dikjarazzjonijiet ta' insolvena mid-diretturi ta' kumpaniji fi stat ta' insolvenza.
L-aċċess għal dan ir-Reġistru huwa mingħajr ħlas u r-Reġistru huwa aċċessibbli minn din il-link:
https://ecourts.gov.mt/onlineservices/Insolvencies
Tista' tfittex fir-Reġistru tal-Insolvenza jew bl-isem tad-debitur jew bin-numru tal-Karta tal-Identita' tiegħu jew bin-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija.
Qabel ma sar dan ir-Reġistru tal-Insolvenza, l-informazzjoni dwar kumpaniji fi stat ta' insolvenza kienet tinzamm mir-Reġistratur tal-Kumpaniji filwaqt li l-informazzjoni dwar kawzi ta' insolvenza u ta' falliment kienet tinzamm mill-Qorti. L-informazzjoni mizmuma mill-Qorti kienet tiġi ppublikata fil-website fejn tiġi ppublikata informazzjoni dwar il-kawzi in ġenerali. Ir-Reġistru tal-Insolvenza sar aċċessibbli għall-pubbliku f'Jannar 2018 u fih dettalji dwar insolvenza u falliment li jmorru lura għall-1 ta' Jannar 2014.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tagħti introduzzjoni qasira dwar ir-Reġistru tal-Insolvenza Netherlandiż.
Fin-Netherlands, hemm tliet tipi ta’ insolvenza:
Il-qrati distrettwali huma responsabbli għad-deċiżjonijiet dwar dawn it-tipi kollha ta’ insolvenza u għaż-żamma tad-data rilevanti fir-reġistri tagħhom stess. Huma responsabbli wkoll għat-trasmissjoni (awtomatizzata) tan-notifiki tal-insolvenza lill-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak). Il-Kunsill għall-Ġudikatura juża dawn in-notifiki jew ir-Reġistru Ċentrali tal-Insolvenza (CIR, Central Insolvency Register)
Is-CIR fih l-informazzjoni kollha min-notifiki tal-insolvenza ppubblikati, inkluż:
Ir-Reġistru Ċentrali tal-Insolvenza fih informazzjoni mir-reġistri lokali miżmuma minn diversi qrati distrettwali dwar il-fallimenti, is-sospensjoni tal-pagamenti, u l-kanċellazzjoni tad-dejn marbuta mal-persuni fiżiċi (individwi privati).
Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.
Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-aċċess għas-CIR online.
Servizz online huwa disponibbli għall-utenti tan-negozju biex jinfurmahom aktar malajr dwar l-aħħar pubblikazzjonijiet mir-reġistru.
Tista’ biss tfittex persuni fiżiċi permezz ta’:
Tista’ tfittex persuni ġuridiċi/ismijiet tal-kumpanija permezz ta’:
Tista’ tfittex ukoll permezz tad-data, il-qorti distrettwali, it-tip ta’ pubblikazzjoni, ir-referenza tal-pubblikazzjoni jew in-numru tal-insolvenza.
Is-CIR inħoloq fl-1 ta’ Jannar 2005. Kull każ li seħħ jew ġie notifikat wara dik id-data jista’ jinstab fis-CIR.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-parti tal-portal tagħti introduzzjoni qasira għar-reġistru tal-insolvenza tal-Awstrija.
Ir-reġistru tal-insolvenza Awstrijak, imsejjaħ “Insolvenzdatei”, huwa proprjetà tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u miżmum minnu. Dan għandu informazzjoni dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u l-passi proċedurali prinċipali fil-proċess.
Ir-reġistru huwa ppubblikat taħt l-intestatura Ediktsdatei.
Iva.
Informazzjoni dettaljata hija disponibbli, bil-Ġermaniż biss, fuq is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja, taħt l-intestatura Ediktsdatei [bażi tad-data dwar avviżi legali].
Ir-reġistru tal-insolvenza Awstrijak ilu jinżamm mill-1999.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik introduzzjoni qasira tar-Reġistru Pollakk tal-Falliment.
Il-websajt tar-Reġistru Pollakk tal-Falliment [rejestr podmiotów w upadłości] hija meqjusa bħala parti mir-Reġistru Nazzjonali tal-Qorti [Krajowy Rejestr Sądowy]. Hija tinkludi l-istess tip ta’ informazzjoni fuq kumpaniji li huma normalment inklużi fir-Reġistru Nazzjonali tal-Qorti, kif ukoll dettalji dwar:
Informazzjoni dwar id-dati u l-kontenut speċifiku ta’ avviżi ta’ falliment hija disponibbli wkoll fuq ir-reġistru.
Ir-reġistru tal-falliment huwa proprjetà ta’ u miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Polonja, u l-informazzjoni li fih hija disponibbli bil-Pollakk u, parzjalment, bl-Ingliż.
Iva, l-aċċess għar-reġistru hu bla ħlas.
Mill-1 ta’ April 2009, ir-Reġistru Pollakk tal-Falliment jinkludi għodda ġdida għat-tfittxijiet li tagħmilha possibbli li wieħed ifittex għal entitajiet falluti u termini oħra.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tipprovdi introduzzjoni qasira għar-reġistru ta’ insolvenza Portugiż.
Ir-reġistru ta' insolvenza elettroniku jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Ir-reġistru elettroniku jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-każijiet ta’ insolvenza (ara hawn taħt).
Le, il-konsultazzjoni tar-reġistru ta' insolvenza hija mingħajr ħlas.
Ir-reġistru ta' insolvenza Portugiż huwa regolat bl-Artikolu 38 tal-Código da Insolvência e da Recuperação de Empresas (Kodiċi tal-Insolvenza u tal-Irkupru Korporattiv), adottat bid-Digriet Amministrattiv Nru 53/2004 tat-18 ta’ Marzu 2004, kif emendat.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza – ir-Reġistru Rumen tal-Insolvenza, stabbilit mill-Ministeru tal-Ġustizzja – l-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali
Il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza (BPI), ippubblikat elettronikament mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju, iħarrek il-partijiet, joħroġ avviżi u konvokazzjonijiet, u jipprovdi notifiki tal-atti proċedurali maħruġa mill-qrati u l-amministraturi tal-insolvenza/likwidaturi waqt il-proċedimenti tal-insolvenza skont il-Liġi Nru 85/2014 dwar il-prevenzjoni tal-insolvenza u l-proċedimenti tal-insolvenza.
“Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” hija taqsima tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti ta’ Insolvenza, ippubblikat elettronikament mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju, li l-għan tagħha huwa li tippubblika, f’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, id-deċiżjonijiet tal-kumitat tal-insolvenza u s-sentenzi tal-qorti, kif ukoll atti oħrajn li l-pubblikazzjoni tagħhom hija prevista mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 151/2015 dwar l-insolvenza ta’ persuni fiżiċi;
Proċedura ta’ insolvenza għal persuni ġuridiċi:
Il-proċedura ġenerali tal-insolvenza tapplika:
1. għall-professjonisti (dawk kollha li joperaw impriża), bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jipprattikaw il-professjonijiet liberi u dawk li hemm dispożizzjonijiet speċjali relatati mar-reġim tal-insolvenza għalihom.
Il-proċedura ssimplifikata tal-insolvenza tapplika:
1. għall-professjonisti;
2. għad-debituri li jissodisfaw għadd ta’ kriterji speċifiċi, jiġifieri:
Mill-aħħar ta’ Ġunju 2014 ’l hawn, il-proċedura tal-insolvenza għall-persuni ġuridiċi hija rregolata mil-Liġi Nru 85/2014 dwar il-prevenzjoni tal-insolvenza u il-proċedimenti tal-insolvenza, li d-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw għall-proċessi legali mibdija wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Il-proċessi legali mibdija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 85/2014 għadhom soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 85/2006 dwar il-proċedimenti tal-insolvenza.
Il-proċedura ta’ insolvenza ta’ persuni fiżiċi, irregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 151/2015 dwar l-insolvenza ta’ persuni fiżiċi, fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2018, għandha tapplika għal debitur fiżiku li l-obbligi tiegħu ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża u li:
Il-proċedura ta’ insolvenza għal persuni fiżiċi tista’ tkun:
Il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza fih l-atti proċedurali kollha maħruġa mill-qrati u mill-amministraturi tal-insolvenza/likwidaturi matul il-proċedimenti tal-insolvenza, jiġifieri:
It-Taqsima “Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza tinkludi dokumenti proċedurali previsti għall-pubblikazzjoni skont il-Liġi Nru 151/2015 dwar l-insolvenza ta’ persuni fiżiċi.
Is-sit tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza jinkludi aċċess għal dan li ġej:
Is-sit tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza (BPI) tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:
Il-formoli tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza jistgħu jiġu aċċessati mill-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali fit-taqsima ddedikata għall-Bulettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza, li hija strutturata kif ġej:
Il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza jiġi ppubblikat f’format elettroniku. Il-verżjoni elettronika tal-Bullettin tinsab online:
L-aċċess għas-servizzi pprovduti mill-BPI huwa divrenzjat:
Fil-“Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza online”, it-tiftix jista’ jsir: bl-użu tan-numru u s-sena tal-pubblikazzjoni ta’ ħarġa tal-BPI, b’isem il-persuna ppubblikata fil-BPI, bin-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, bin-numru tar-reġistrazzjoni tar-Reġistru tal-Kummerċ, bin-numru ta’ referenza tal-kawża l-qorti jew bl-intervall tal-pubblikazzjoni tal-BPI. B’abbonament bil-ħlas, l-abbonati jistgħu jaċċessaw ħarġiet antiki li jkun fihom atti proċedurali fis-sħiħ.
Wieħed jista’ jfittex it-“taqsira ta’ ħarġa tal-BPI” bin-numru u d-data tal-ħarġa tal-BPI. L-informazzjoni li ġejja tista’ tiġi aċċessata bla ħlas:
Tista’ tfittex fis-servizz “Persuni ppubblikati fil-BPI” bl-użu tan-numru u s-sena tal-pubblikazzjoni ta’ ħarġa tal-BPI, b’isem id-debitur, bin-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, bin-numru tar-reġistrazzjoni tar-Reġistru tal-Kummerċ, bin-numru ta’ referenza tal-kawża l-qorti jew bl-intervall tal-pubblikazzjoni tal-BPI. L-informazzjoni li ġejja tista’ tiġi aċċessata bla ħlas:
Tista’ tfittex fis-servizz “Persuni ppubblikati fil-BPI” fit-taqsima “Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” bil-kunjom, bl-isem, bin-numru tal-identifikazzjoni personali, bid-data tat-twelid u l-post tat-twelid tad-debitur, bin-numru u s-sena tal-pubblikazzjoni ta’ ħarġa tal-BPI, bin-numru tal-atti tal-insolvenza, bl-intervall tal-pubblikazzjoni. L-informazzjoni li ġejja hija aċċessibbli:
Tista’ tfittex fit-taqsima “Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” tal-BPI bil-kunjom, bl-isem, bin-numru tal-identifikazzjoni personali, bid-data tat-twelid u l-post tat-twelid tad-debitur, bin-numru u s-sena tal-pubblikazzjoni ta’ ħarġa tal-BPI, bin-numru tal-atti tal-insolvenza, bl-intervall tal-pubblikazzjoni. F’dik it-taqsima n-numri li d-dokumenti proċedurali jingħataw bihom huma aċċessibbli.
Il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza ġie stabbilit fl-2006, skont il-Liġi Nru 86/2006 dwar il-proċedimenti tal-insolvenza.
It-taqsima intitolata “Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” ilha inkluża fil-BPI mill-2018.
L-għan prinċipali tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza Rumen huwa l-ottimizzazzjoni kontinwa tas-sistema elettronika tat-taħrikiet, l-avviżi, il-konvokazzjonijiet u n-notifiki tal-atti proċedurali ppubblikati.
Il-pubblikazzjoni tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza għandha benefiċċji ċari:
Is-sit web uffiċjali tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza tar-Rumanija
Is-sit uffiċjali tar-Reġistru tal-Kummerċ tar-Rumanija
Il-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali Rumen
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdilek introduzzjoni dwar ir-reġistru ta’ insolvenza tas-Slovenja. L-informazzjoni dwar ir-reviżjoni u l-pubblikazzjoni tal-proċedimenti ta’ insolvenza fis-Slovenja huma aċċessibbli onlajn.
Il-bażi tad-dejta e-INSOLV tagħti informazzjoni dwar ir-reviżjoni ta’ proċedimenti ta’ insolvenza. Tipprovdi wkoll id-dejta li ġejja dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza:
Il-bażi tad-dejta e-Publications tagħti aċċess għal:
Barra minn dan, jistgħu jinkisbu lista tal-amministraturi kollha(seznam vseh upraviteljev) u tal-proċedimenti ta’ insolvenza (seznam upraviteljev) li dawn ikunu qed jittrattaw mill-bażi tad-dejta e-Publications. Il-listi jiġu aġġornati kuljum.
Iż-żewġ bażijiet tad-dejta huma proprjetà ta'AJPES u ġestiti minnha, l-Aġenżija tar-Repubblika Slovena għar-Rekords Pubbliċi Ġuridiċi u Servizzi Relatati (Agencija Republike Slovenije za javnopravne evidence in storitve).
Iva, l-aċċess huwa bla ħlas. Sabiex ikollok aċċess għaliha, madankollu, trid tirreġistra bħala utent fil-websajt tal-AJPES u tikseb username u password.
Iż-żewġ bażijiet tad-dejta, inkluż is-sistemi ta’ tiftix, huma biss fil-lingwa Slovena. Hija possibbli tiftixa dwar dejta u dokumenti dwar il-proċedimenti ta' insolvenza li jikkonċernaw persuni ġuridiċi u negozjanti bl-użu tal-kriterji kollha ta' tiftix disponibbli, filwaqt li fil-każ ta' tiftix għal dejta u dokumenti dwar il-konsumaturi (persuni fiżiċi li mhumiex negozjanti) jistgħu jintużaw biss ċerti gruppi ta' dejta, sabiex tiġi mħarsa l-informazzjoni personali.
Il-bażi tad-dejtae-Publications tħallik tagħmel tiftixa għad-dokumenti ppubblikati lkonnessi ma’ proċedimenti ta’ insolvenza. Id-dokumenti ppubblikati jistgħu jiġu mfittxija skont:
Fl-e-INSOLV huwa possibli li ssir tiftixa għad-dejta dwar proċedimenti ta' insolvenza permezz ta':
Id-dejta fir-reġistru ilha disponibbli mill-1 ta’ Ottubru 2008. Qabel din id-data, ċerta informazzjoni, bħall-avviżi pubbliċi fil-bidu tal-proċedimenti ta' insolvenza, kienet tiġi ppubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja (Uradni list Republike Slovenije; UL RS).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tagħtik ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-Reġistru ta’ Insolvenza tas-Slovakkja.
Ir-Reġistru ta’ Insolvenza (Register úpadcov) huwa sistema ta’ informazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka, li huwa amministrat u mħaddem mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Is-sistema ta’ informazzjoni tar-Reġistru ta’ Insolvenza tinkludi informazzjoni dwar proċedimenti ta’ insolvenza, proċedimenti ta’ ristrutturar u proċedimenti ta’ ħelsien mid-dejn skont l-Artikolu 10a(2) tal-Att Nru 7/2005 dwar il-falliment u r-ristrutturar u li jemenda xi atti oħra, kif emendat.
Id-data li ġejja hija disponibbli fir-Reġistru ta' Insolvenza:
Iva, l-aċċess u t-tiftix fir-Reġistru ta' Insolvenza huma mingħajr ħlas.
Il-paġna ewlenija tar-Reġistru ta' Insolvenza tinkludi żbarra tat-tfittxija, fejn tista’ ddaħħal it-test tat-tfittxija direttament jew, jekk ikun xieraq, li tispeċifika jekk it-tfittxija għandhiex tkun ristretta għall-kategoriji bħal Proċedimenti, Amministraturi, Assi jew Servizzi.
Storja tar-Reġistru ta' Insolvenza tar-Repubblika Slovakka
Is-sistema bdiet taħdem b’mod sħiħ fis-7 ta’ Diċembru 2015.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Hemm żewġ reġistri pubbliċi ta’ insolvenza fil-Finlandja: ir-reġistru tal-fallimenti u tar-ristrutturazzjonijiet u r-reġistru tal-aġġustamenti tad-dejn. Wieħed jista’ jfittex f’dawn ir-reġistri mingħajr ħlas permezz tas-servizz ta’ informazzjoni pprovdut miċ-Ċentru tar-Reġistru Legali Finlandiż.
Ir-reġistru ta' insolvenza huwa servizz ta’ informazzjoni taċ-Ċentru tar-Reġistru Legali Finlandiż.
Ir-reġistru jinkludi informazzjoni dwar insolvenzi miksuba mir-reġistru tal-fallimenti u tar-ristrutturazzjonijiet u mir-reġistru tal-aġġustamenti tad-dejn fuq djun imġarrba waqt l-attivitajiet kummerċjali ta’ individwu. Ir-reġistru jinkludi informazzjoni dwar rikorsi u deċiżjonijiet fir-rigward ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet u, pereżempju, il-ħin u l-post tal-laqgħa tal-kredituri, l-iskadenza għas-sottomissjoni tat-talbiet u d-dettalji tar-riċevitur.
L-informazzjoni dwar l-aġġustament tad-dejn għal dejn imġarrab għal skopijiet personali għandha tintalab direttament miċ-Ċentru tar-Reġistru Legali, li jipprovdi l-informazzjoni mingħajr ħlas.
Iva, l-aċċess għar-reġistru huwa mingħajr ħlas.
Tista’ tfittex fir-reġistru ta' insolvenza billi tuża l-isem, in-numru tal-identità jew l-ID tan-negozju tad-debitur, fi żmien ċertu perjodu, u l-isem tar-riċevitur jew tal-likwidatur.
Meta tintalab informazzjoni miċ-Ċentru tar-Reġistru Legali dwar dejn imġarrab għal skopijiet personali, iridu jiġu pprovduti dawn li ġejjin:
Ir-reġistri għandhom informazzjoni mill-1995 ’il quddiem.
Bil-Finlandiż
Ċentru tar-Reġistru Legali (Oikeusrekisterikeskus): reġistri
Reġistru ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet (konkurssi- ja yrityssaneerausrekisteri)
Reġistru ta’ aġġustamenti tad-dejn (velkajärjestelyrekisteri)
Ingliż
Ċentru tar-Reġistru Legali: Reġistri
Reġistru ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet
Reġistru ta’ aġġustamenti tad-dejn
Bl-Iżvediż
Ċentru tar-Reġistru Legali (Rättsregistercentralen): reġistri
Reġistru ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet (Konkurs- och företagssaneringsregistret)
Reġistru ta’ aġġustamenti tad-dejn (Skuldsaneringsregistret)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar ir-reġistru ta’ insolvenza Żvediż.
L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż iżomm bosta reġistri li jipprovdu informazzjoni dwar kumpaniji rreġistrati. L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż ma jżommx reġistru uniku u koerenti ta’ persuni naturali u legali li ġew dikjarati insolventi. Hemm reġistru, miżmum mill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż, ta’ persuni naturali u patrimonji li ġew dikjarati insolventi, Madankollu, l-informazzjoni dwar il-kumpaniji li ġew dikjarati insolventi hija rreġistrata f’bosta reġistri tal-kummerċ ġestiti mill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż. L-aċċess għall-informazzjoni dwar persuni naturali, patrimonji u kumpaniji mir-reġistri ġestiti mill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż huwa disponibbli minn faċilità ta’ tiftix fuq l-Internet.
Minn hawn ’il quddiem, l-informazzjoni dwar l-insolvenza tal-kumpaniji, tal-persuni naturali u tal-patrimonji li tinsab fir-reġistru differenti tal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż tissejjaħ bħala r-Reġistru ta’ Insolvenza tal-Iżvezja (u tinkludi kemm l-informazzjoni aċċessibbli mill-faċilità ta' tiftix fuq l-Internet kif ukoll kuntatt dirett mal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż).
Ir-Reġistru fih informazzjoni dwar kumpaniji, persuni naturali u patrimonji fi stadji differenti ta’ insolvenza. Ir-Reġistru ġeneralment fih dawn it-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:
L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż huwa l-proprjetarju tar-Reġistru u jżommu aġġornat.
L-informazzjoni sottomessa mill-qrati biss tiġi ppubblikata fir-Reġistru. L-informazzjoni tiġi mdaħħla dakinhar li l-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż jirċeviha mill-qorti. Meta persuna naturali tiġi dikjarata insolventi, l-informazzjoni hija inkluża fir-reġistri tal-kummerċ li tista’ tkun irreġistrata fihom il-persuna naturali.
L-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru tal-Kummerċ Żvediż hija disponibbli mingħajr ħlas billi tikkuntattja lill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż bit-telefon. Għal talbiet biex tirċievi informazzjoni bil-miktub, jintalab dritt fil-parti l-kbira tal-każijiet.
L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-insolvenza tal-kumpaniji billi tuża l-faċilità ta’ tiftixa fuq l-Internet huwa mingħajr ħlas. Informazzjoni addizzjonali hija disponibbli biss lill-utenti rreġistrati li jħallsu.
Biex wieħed jirċievi informazzjoni li tinsab fir-reġistru, jista’ jikkuntattja lill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż bil-posta, bil-posta elettronika jew bit-telefon. Il-faċilità ta’ tiftixa fuq l-Internet tippermetti tiftixa fir-Reġistru permezz ta’ isem il-kumpanija, numru ta’ reġistrazzjoni jew numru ta’ kodiċi personali.
L-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru tinżamm għal perjodu ta’ ħames snin
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tipprovdik b’informazzjoni dwar ir-reġistru tal-insolvenza individwali għall-Ingilterra u Wales.
Is-Servizz ta' Insolvenza tal-Ingilterra u Wales huwa obbligat mil-liġi li jżomm ir-reġistri tal-insolvenza individwali, ir-restrizzjonijiet tal-fallimenti u r-restrizzjonijiet tal-ħelsien mid-dejn. Ir-"Reġistru ta' Insolvenza Individwali" huwa amalgamazzjoni ta' dawn ir-reġistri u fih dettalji dwar:
Iva, l-aċċess għar-reġistru huwa mingħajr ħlas.
Ir-reġistru jinsab fis-sit tas-Servizz tal-Insolvenza, u tista' ssibu taħt "Find someone". Billi tikklikkja l-ħolqa għar-Reġistru ta' Insolvenza Individwali, tista’ tfittex fir-reġistru b’isem l-individwu jew l-isem kummerċjali.
Is-Servizz tal-Insolvenza huwa aġenzija eżekuttiva tad-Dipartiment għan-Negozju, l-Innovazzjoni u l-Ħiliet u permezz tar-riċevitur uffiċjali huwa:
Barra minn hekk is-Servizz:
Id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà testwali fuq is-sit elettroniku tgħid:
“Filwaqt li sar kull sforz sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni provduta hija preċiża, xi kultant jistgħu jsiru żbalji. Jekk tidentifika informazzjoni li tidher inkorretta jew tidher li tħalliet barra, jekk jogħġbok għarrafna billi tuża l-ħoloq li jinsabu f’dan is-sit, biex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nikkoreġu l-bażi ta' dejta kif meħtieġ.
Is-Servizz tal-Insolvenza ma jistax jaċċetta responsabbiltà għal żbalji jew omissjonijiet b’riżultat ta’ negliġenza jew xi ħaġa oħra. Innota li s-Servizz tal-Insolvenza u r-riċevituri uffiċjali ma jistgħux jipprovdu pariri legali jew finanzjarji. Għandek tfittex dan mingħand l-Uffiċċju għall-Pariri għaċ-Ċittadini, avukat, kontabilista kwalifikat, prattikant awtorizzat tal-insolvenza, konsulent finanzjarju magħruf jew ċentru tal-pariri.
Ir-Reġistru tal-Insolvenza Individwali huwa reġistru disponibbli pubblikament u s-Servizz tal-Insolvenza ma jaċċettax, jew ma jagħmel ebda rappreżentazzjoni dwar, kwalunkwe użu li jsir mid-dejta fuq ir-reġistru minn partijiet terzi”.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar ir-reġistru ta’ insolvenza tal-Irlanda ta’ Fuq.
Fl-Irlanda ta' Fuq mhemmx reġistru tal-insolvenza partikolari. Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq iżomm informazzjoni fuq persuni li ġew iddikjarati falluti f'dawn l-aħħar għaxar snin. Din l-informazzjoni tinsab fuq bażi tad-dejta onlajn, li tista' tintuża għat-tiftix mill-pubbliku bi ħlas ta' tariffa. Għal aktar informazzjoni dwar din il-faċilità ta' tiftix onlajn għall-fallimenti ara s-sit elettroniku Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq.
Is-servizz ta' insolvenza tad- Dipartiment tal-Intrapriżi, il-Kummerċ u l-Investimenti (Online DETI) jittratta kwistjonijiet ta' insolvenza.
L- għan u l-irwol tas-Servizz tal-Insolvenza huwa li:
Online DETI hija ta' u ġestita mid- Dipartiment tal-Intrapriżi, l-Kummerċ u l-Investiment.
Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.
Is-Servizz tal-Insolvenza attwalment iżomm aġġornati ir-reġistri li ġejjin: l-Arranġamenti Volontarji Individwali (IVAs) u l-Arranġamenti Volontarji Prijoritarji (FTVAs), Ordnijiet ta' Restrizzjonijiet fuq il-Fallimenti jew Ftehimiet(BROs / BRUs), Ordnijiet ta' Ħlas tad-Dejn (DRO's) u Ordnijiet ta' Restrizzjonijiet fuq Ħlas tad-Dejn jew Ftehimiet (DRROs / DRRUs).
Tista' tfittex għal individwu onlajn permezz tal- reġistri IVA, DRO, DRRO u DRRU .
Għal aktar informazzjoni dwar ir-Reġistri tal-Insolvenza fittex hawn.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar ir-reġistru tal-insolvenza tal-Iskozja.
Is-sit elettroniku Accountant in Bankruptcy fih gwida u materjal dwar l-insolvenza fl-Iskozja. Dan jipprovdi:
Ir-Reġistru dwar l-Insolvenzi tal-Iskozja ma għandux dettalji tal-amministrazzjonijiet tal-kumpaniji.
Is-sit elettroniku DAS Scotland jagħtik pariri dwar il-flus u d-dejn, materjal għal konsulenti finanzjarji approvati, informazzjoni dwar l-iskema ta' arranġament tad-dejn (skema statutorja dwar il-ġestjoni ta' pagamenti fuq perjodu raġonevoli, bi protezzjoni mill-azzjoni tal-kreditur).
Ir-Reġistru dwar l-Insolvenzi tal-Iskozja huwa l-proprjetà ta' u ġestit mill-Kontabilista fi proċedimenti ta’ falliment.
Ir-Reġistru DAS Register tal-Iskozja jagħti informazzjoni dwar programmi ta' pagament ta' dejn approvati u pendenti. Huwa jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-moratorji attwali. Ir-reġistru tad-DAS jappartjeni u huwa miżmum mill-Kontabilista fi proċedimenti ta’ falliment bħala parti mir-rwol tiegħu/tagħha bħala amministratur tad-DAS.
L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenzi tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas. Hija disponibbli wkoll data kummerċjali li tista' titniżżel kuljum. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja: roienquiries@aib.gsi.gov.uk
L-aċċess għar-reġistru DAS huwa mingħajr ħlas.
Ir-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja jinsab online.
Ir-reġistru DAS jinsab online.
It-tiftix fir-Reġistru tal-Insolvenzi jagħtik id-dettalji ta' kull każ "attwali" ta' falliment, kif ukoll ta' dawk li ngħalqu fl-aħħar sentejn. Fil-każ tal-atti protetti tat-trusts, ir-reġistru jagħtik id-dettalji tal-każijiet "attwali", kif ukoll ta' dawk li ngħalqu fl-aħħar sena. Bl-istess mod, it-tiftix fuq riċevituri jew stralċ jagħtik dettalji dwar każijiet "attwali" kif ukoll dwar dawk li ngħalqu s-sena li għaddiet.
It-tiftix dwar moratorji se juri l-moratorji attwali kollha. Moratorju jitneħħa wara sitt ġimgħat jew wara l-għoti ta’ falliment, protezzjoni ta’ att ta’ trust, jew approvazzjoni ta’ DPP taħt DAS.
Is-sit elettroniku tar-Reġistru DAS ikopri informazzjoni dwar il-programmi ta' pagament ta' dejn approvati u pendenti. Huwa jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-moratorji attwali.