Sib informazzjoni għal kull reġjun
X'għandu x'joffri r-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja?
Is-sit elettroniku Accountant in Bankruptcy fih gwida u materjal dwar l-insolvenza fl-Iskozja. Dan jipprovdi:
- Aċċess għal-leġiżlazzjoni
- Ħolqa għar-Reġistru dwar l-Insolvenzi, li fiha dettalji dwar:
- Fallimenti
- Restrizzjonijiet fuq il-fallimenti
- Atti protetti dwar it-trusts
- Likwidazzjonijiet u riċevituri ta' negozji fl-Iskozja (inkluż l-istralċ solventi).
- Moratorji
Ir-Reġistru dwar l-Insolvenzi tal-Iskozja ma għandux dettalji tal-amministrazzjonijiet tal-kumpaniji.
Is-sit elettroniku DAS Scotland jagħtik pariri dwar il-flus u d-dejn, materjal għal konsulenti finanzjarji approvati, informazzjoni dwar l-iskema ta' arranġament tad-dejn (skema statutorja dwar il-ġestjoni ta' pagamenti fuq perjodu raġonevoli, bi protezzjoni mill-azzjoni tal-kreditur).
Ir-Reġistru dwar l-Insolvenzi tal-Iskozja huwa l-proprjetà ta' u ġestit mill-Kontabilista fi proċedimenti ta’ falliment.
Ir-Reġistru DAS (Ir-Reġistru tal-Iskema ta' Arranġament tad-Dejn) tal-Iskozja
Ir-Reġistru DAS Register tal-Iskozja jagħti informazzjoni dwar programmi ta' pagament ta' dejn approvati u pendenti. Huwa jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-moratorji attwali. Ir-reġistru tad-DAS jappartjeni u huwa miżmum mill-Kontabilista fi proċedimenti ta’ falliment bħala parti mir-rwol tiegħu/tagħha bħala amministratur tad-DAS.
L-aċċess għar-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas?
L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenzi tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas. Hija disponibbli wkoll data kummerċjali li tista' titniżżel kuljum. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja: roienquiries@aib.gsi.gov.uk
L-aċċess għar-reġistru DAS tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas?
L-aċċess għar-reġistru DAS huwa mingħajr ħlas.
Kif tagħmel tiftixa fir-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja
Ir-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja jinsab online.
Kif tagħmel tiftix fir-reġistru DAS
Ir-reġistru DAS jinsab online.
L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza tal-Iskozja
It-tiftix fir-Reġistru tal-Insolvenzi jagħtik id-dettalji ta' kull każ "attwali" ta' falliment, kif ukoll ta' dawk li ngħalqu fl-aħħar sentejn. Fil-każ tal-atti protetti tat-trusts, ir-reġistru jagħtik id-dettalji tal-każijiet "attwali", kif ukoll ta' dawk li ngħalqu fl-aħħar sena. Bl-istess mod, it-tiftix fuq riċevituri jew stralċ jagħtik dettalji dwar każijiet "attwali" kif ukoll dwar dawk li ngħalqu s-sena li għaddiet.
It-tiftix dwar moratorji se juri l-moratorji attwali kollha. Moratorju jitneħħa wara sitt ġimgħat jew wara l-għoti ta’ falliment, protezzjoni ta’ att ta’ trust, jew approvazzjoni ta’ DPP taħt DAS.
L-istorja tar-Reġistru DAS
Is-sit elettroniku tar-Reġistru DAS ikopri informazzjoni dwar il-programmi ta' pagament ta' dejn approvati u pendenti. Huwa jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-moratorji attwali.
Ħoloq Relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.