Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Rumanija

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza – ir-Reġistru Rumen tal-Insolvenza, stabbilit mill-Ministeru tal-Ġustizzja – l-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

X’joffri r-reġistru ta’ insolvenza Rumen?

Proċedimenti ta’ insolvenza fir-Rumanija

Il-Bullettin tal-Proċedimenti ta’ Insolvenza (BPI) ippubblikat mill-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali jirreġistra ċitazzjonijiet, komunikazzjonijiet, kopji ta’ konvokazzjonijiet, notifiki ta’ dokumenti proċedurali maħruġa mill-qrati u mill-amministraturi/likwidaturi ġudizzjarji mwettqa fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ insolvenza skont il-Liġi Nru. 85/2006 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza.

Il-proċedimenti ta’ insolvenza ġenerali japplikaw għal:

  • Kummerċjanti :
  1. Kumpaniji kummerċjali;
  2. Kumpaniji kooperattivi;
  3. Gruppi ta’ interess ekonomiku;
  • Organizzazzjonijiet kooperattivi;
  • Soċjetajiet agrikoli;
  • Persuni legali privati oħrajn li jwettqu attivitajiet ekonomiċi.

Il-proċedimenti ta’ insolvenza semplifikati japplikaw għal:

  • Kummerċjanti;
  1. Persuni naturali awtorizzati;
  2. Intrapriżi individwali u intrapriżi familjari
  • Il-kummerċjanti u l-persuni legali kollha li jissodisfaw sensiela ta’ kundizzjonijiet speċifiċi, jiġifieri:
  1. Ma jkollhom l-ebda assi patrimonjali;
  2. Id-dokumenti tal-inkorporazzjoni jew tal-kontabbiltà ma jistgħux jinstabu;
  3. L-amministratur tagħhom ma jistax jinstab;
  4. L-uffiċċju rreġistrat tagħhom m’għadux jeżisti jew m’għadux l-istess bħal dak li kien iddikjarat fir-reġistru tal-kummerċ; huma naqsu milli jressqu d-dokumenti meħtieġa bil-liġi;
  5. Ġew xolti qabel ma ġiet ifformulata ċ-ċitazzjoni; jew
  6. Iddikjaraw intenzjoni li jidħlu f’likwidazzjoni volontarja.

Ir-reġistru kummerċjali/tal-kummerċ ċentrali huwa ġestit mill-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali, istituzzjoni pubblika b’personalità legali, li tagħmel parti mill-Ministeru tal-Ġustizzja .

Il-Bullettin tal-Proċedimenti ta’ Insolvenza

X’informazzjoni ssib fih?

Il-Bullettin tal-Proċedimenti ta’ Insolvenza fih l-atti proċedurali kollha maħruġa mill-qrati u mill-amministraturi/mil-likwidaturi ġudizzjarji wara li jingħata bidu għall-proċedimenti ta’ insolvenza, jiġifieri:

  • Ċitazzjonijiet, maħruġa minn kontropartijiet f’ċerti sitwazzjonijiet;
  • Kontestazzjonijiet;
  • It-tieni appelli u talbiet oħrajn;
  • Atti proċedurali kkomunikati u deċiżjonijiet tal-qrati;
  • Konvokazzjonijiet għal kawżi quddiem il-qrati;
  • Notifiki;
  • Atti proċedurali oħrajn stipulati mil-liġi (rapporti maħruġa mill-amministratur/mil-likwidatur ġudizzjarju, pjanijiet ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja, avviżi).

Kif inhu organizzat is-sit elettroniku tal-Bullettin tal-Proċedimenti ta’ Insolvenza?

Is-sit elettroniku tal-Bullettin tal-Proċedimenti ta’ Insolvenza jagħtik aċċess għad-dokumenti, għat-tipi ta’ informazzjoni u għas-servizzi onlajn li ġejjin:

  • informazzjoni b’xejn;
  • informazzjoni rigward l-istruttura tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali, id-Direttorat għall-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza;
  • leġiżlazzjoni, forom u atti proċedurali speċifiċi.

Il-websajt tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza (BPI) tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

  • informazzjoni rigward l-istabbiliment tal-BPI:
  • atti leġiżlattivi:
  • chart tal-organizzazzjoni tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali, l-uffiċċji tar-reġistri tal-kummerċ marbutin mat-tribunali u l-BPI;
  • dizzjunarju legali (insolvenza);
  • dejta statistika mill-BPI;
  • relazzjonijiet interistituzzjonali;
  • informazzjoni ta’ kuntatt.

It-taqsima dwar il-BPI hija mqassma fis-subsezzjonijiet li ġejjin:

  1. Servizzi tal-BPI:
  • “Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza onlajn” (bi ħlas):
  • Is-“Sommarju tal-Ħarġa tal-BPI” (informazzjoni mingħajr ħlas);
  • Il-“Persuni ppubblikati fil-BPI” (informazzjoni mingħajr ħlas).
  1. Provvista lill-BPI:
  • Formoli onlajn għall-pubblikazzjoni fil-BPI;
  • Formoli offlajn għall-BPI.
  1. Formoli ta’ pubblikazzjoni tal-BPI:
  • Formoli onlajn biex tingħata informazzjoni tal-BPI;
  • Formoli offlajn għall-BPI.
  1. dejta statistika.

L-aċċess għar-reġistru ta' insolvenza Rumen huwa mingħajr ħlas?

Il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza huwa ppubblikat f’format elettroniku. Il-verżjoni elettronika tal-Bullettin tista’ tinstab onlajn fuq:

L-aċċess għas-servizzi mogħtija mill-BPI huwa diffrenzjat:

  • l-utenti jistgħu jidħlu fil-websajt uffiċjali tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza mingħajr ħlas u mingħajr ma jirreġistraw;
  • l-aċċess għall-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali jirrikjedi li wieħed jirreġistra;
  • l-aċċess għall-“Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza onlajn” jingħata malli wieħed jirreġistra bħala utent u jħallas l-abbonament;
  • l-aċċess għas-“sommarju tal-ħarġiet tal-BPI” u l-“Persuni ppubblikati fil-BPI” huwa mingħajr ħlas u jirrikjedi biss li wieħed jirreġistra bħala utent.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru ta' insolvenza Rumen

Wieħed jista’ jfittex il-“Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza onlajn” bin-numru u d-data tal-pubblikazzjoni ta' ħarġa, l-isem tad-debitur, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa, in-numru tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ, in-numru ta’ referenza tal-kawża fil-qorti, u l-intervall tal-pubblikazzjoni ta’ ħarġa. Ladarba jsir il-ħlas tal-abbonament, huwa possibbli li wieħed ikollu aċċess għall-ħarġiet tal-BPI ppubblikati li jkollhom it-test sħiħ tal-atti proċedurali.

Wieħed jista’ jfittex is-“sommarju tal-ħarġiet tal-BPI” bin-numru u d-data tal-ħarġa. L-informazzjoni li ġejja tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas:

  • It-tip ta’dokument proċedurali ppubblikat fil-Bullettin (eż. ċitazzjonijiet, sentenza biex jingħata bidu għal proċedimenti ta’ insolvenza, notifika biex jingħata bidu għal proċedimenti ta’ insolvenza, konvokazzjoni għal laqgħa tal-kredituri, rapport dwar attività, pjan ta’ riorganizzazzjoni, sentenza biex jingħata bidu għal proċedura ta’ falliment, notifika biex jingħata bidu għal proċedimenti ta’ falliment, pjan ta’ distribuzzjoni, rapport finali, sentenza biex jingħalqu l-proċedimenti ta’ insolvenza, eċċ.);
  • Ismijiet il-persuni indirizzati mid-dokumenti tal-proċedimenti;
  • Il-kontea ta’ reġistrazzjoni tal-uffiċċju tal-persuni rispettivi;
  • Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni fiskali;
  • In-numru ta’ annotazzjoni tar-reġistrazzjoni fir-reġistru.

Wieħed jista’ jfittex il-“Persuni ppubblikati fil-BPI” bin-numru u d-data tal-pubblikazzjoni ta' ħarġa, l-isem tad-debitur, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa, in-numru tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ, in-numru ta’ referenza tal-kawża fil-qorti, u l-intervall tal-pubblikazzjoni ta’ ħarġa. L-informazzjoni li ġejja tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas:

  • L-isem;
  • Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni fiskali;
  • In-numru ta’ annotazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-persuni indirizzati mid-dokumenti tal-proċedimenti;
  • Il-kontea ta’ reġistrazzjoni tal-uffiċċju tal-persuni rispettivi;
  • In-numru tal-kawża ta’ insolvenza u isem il-qorti fejn hija rreġistrata l-kawża;
  • Il-ħarġiet tal-Bullettin fejn jidhru d-dokumenti proċedurali marbuta mal-persuni rispettivi;
  • It-tip ta’ proċedura;
  • L-ewwel terminu tas-sentenza stabbilit wara l-bidu tal-proċedura, fejn ikun xieraq.

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza Rumen

Il-Bullettin tal-Proċedimenti ta’ Insolvenza kien stabbilit fl-2006 taħt il-Liġi Nru. 86/2006 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza.

L-għan prinċipali tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza Rumen huwa l-ottimizzazzjoni kontinwa tas-sistema elettronika ta’ ċitazzjonijiet, avviżi, sejħiet u notifiki fir-rigward tad-dokumenti proċedurali ppubblikati.

Il-benefiċċji tar-Reġistru ta’ Insolvenza Rumen

Il-pubblikazzjoni tal-Bullettin tal-Proċedimenti ta’ Insolvenza ġġib benefiċċji ċari:

  • Tħaffef il-proċedura ta’ insolvenza u tissemplifika t-tqassim taċ-ċitazzjonijiet, tal-konvokazzjonijiet, tan-notifiki u tal-komunikazzjonijiet tad-dokumenti proċedurali mill-qrati tal-ġustizzja u mill-amministraturi/mil-likwidaturi ġudizzjarji, biex b’hekk tkun stabbilita proċedura elettronika għal tali kwistjonijiet.
  • Tgħaqqad u tistandardizza d-dokumenti proċedurali maħruġa mill-qrati tal-ġustizzja u mill-amministraturi/mil-likwidaturi ġudizzjarji.
  • Tagħti kontribut għall-iżvilupp ta’ bażi tad-dejta nazzjonali ta’ dokumenti proċedurali maħruġa mill-qrati tal-ġustizzja u mill-amministraturi/mil-likwidaturi ġudizzjarji (jiġifieri ċitazzjonijiet, komunikazzjonijiet, sentenzi, konvokazzjonijiet, notifiki, rapporti, pjanijiet ta’ riorganizzazzjoni).
  • Tiffaċilita reġistrazzjoni malajr fir-reġistru tal-kummerċ/f’reġistri oħrajn rigward in-notifiki meħtieġa skont il-Liġi Nru. 85/2006 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza.
  • Tagħti lill-persuni interessati aċċess għad-dokumenti proċedurali maħruġa mill-qrati tal-ġustizzja u mill-amministraturi/mil-likwidaturi ġudizzjarji.

Links relatati

Is-sit uffiċjali tal-Bullettin dwar l-Insolvenza Rumen;

Is-sit uffiċjali tar-Reġistru tal-Kummerċ Rumen;

Il-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali Rumen.

L-aħħar aġġornament: 16/01/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna