Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Portugall

Din it-taqsima tagħti introduzzjoni qasira għar-reġistru tal-insolvenzi Portugiż.

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

X’joffri r-reġistru tal-insolvenzi Portugiż?

Ir-reġistru elettroniku tal-insolvenzi jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

  • Numru tal-kawża tal-insolvenza
  • Identifikazzjoni tal-qorti fejn instemgħet il-kawża tal-insolvenza
  • Identifikazzjoni tal-persuna insolventi
  • Identifikazzjoni tal-amministratur għall-insolvenza
  • Limitu taż-żmien għat-tressiq ta' pretensjonijiet
  • Data meta l-insolvenza ġiet iddikjarata.

Ir-reġistru elettroniku jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar kawżi ta' insolvenza (ara iktar 'l isfel).

Hemm xi tariffa biex jiġi kkonsultat ir-reġistru tal-insolvenzi Portugiż?

Le, konsultazzjonijiet tar-reġistru tal-insolvenzi Portugiż huma b'xejn.

Leġiżlazzjoni tar-reġistru tal-insolvenzi

Ir-reġistru tal-insolvenzi Portugiż huwa rregolat mill-Artikolu 37 tal-Código da Insolvência e da Recuperação de Empresas (il-Kodiċi tal-Insolvenza u l-Irkupru tal-Impriżi) adottat bid-Dekret-Liġi Nru 53/2004 tat-18 ta' Marzu 2004 kif emendat mil-Liġi Nru 16/2012 tal-20 ta' April 2012.

L-aħħar aġġornament: 15/11/2013

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna