Din it-taqsima tagħtik introduzzjoni qasira tar-Reġistru Pollakk tal-Falliment.
Il-websajt tar-Reġistru Pollakk tal-Falliment [rejestr podmiotów w upadłości] hija meqjusa bħala parti mir-Reġistru Nazzjonali tal-Qorti [Krajowy Rejestr Sądowy]. Hija tinkludi l-istess tip ta’ informazzjoni fuq kumpaniji li huma normalment inklużi fir-Reġistru Nazzjonali tal-Qorti, kif ukoll dettalji dwar:
Informazzjoni dwar id-dati u l-kontenut speċifiku ta’ avviżi ta’ falliment hija disponibbli wkoll fuq ir-reġistru.
Ir-reġistru tal-falliment huwa proprjetà ta’ u miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Polonja, u l-informazzjoni li fih hija disponibbli bil-Pollakk u, parzjalment, bl-Ingliż.
Iva, l-aċċess għar-reġistru hu bla ħlas.
Mill-1 ta’ April 2009, ir-Reġistru Pollakk tal-Falliment jinkludi għodda ġdida għat-tfittxijiet li tagħmilha possibbli li wieħed ifittex għal entitajiet falluti u termini oħra.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.