Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

L-Irlanda ta’ fuq

Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar ir-reġistru ta’ insolvenza tal-Irlanda ta’ Fuq.

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

X'joffri r-reġistru tal-insolvenza tal-Irlanda ta' Fuq?

Fl-Irlanda ta' Fuq mhemmx reġistru tal-insolvenza partikolari. Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq iżomm informazzjoni fuq persuni li ġew iddikjarati falluti f'dawn l-aħħar għaxar snin. Din l-informazzjoni tinsab fuq bażi tad-dejta onlajn, li tista' tintuża għat-tiftix mill-pubbliku bi ħlas ta' tariffa. Għal aktar informazzjoni dwar din il-faċilità ta' tiftix onlajn għall-fallimenti ara s-sit elettroniku Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq.

Is-servizz ta' insolvenza tad- Dipartiment tal-Intrapriżi, il-Kummerċ u l-Investimenti (Online DETI) jittratta kwistjonijiet ta' insolvenza.

L- għan u l-irwol tas-Servizz tal-Insolvenza huwa li:

  • Jamministra u jinvestiga l-kwistjonijiet ta' fallimenti u kumpaniji bi stralċ obbligatorju
  • Jistabbilixxi r-raġunijiet għall-insolvenza
  • Jieħu ħsieb l-iskwalifika tad-diretturi fl-insolvenzi korporattivi kollha
  • Jaffaċċja l-attività qarrieqa fil-ġestjoni tan-negozji insolventi
  • Jirregola l-professjoni tal-insolvenza
  • Iħaddem il-kont tal-insolvenza
  • Jippromulga leġiżlazzjoni u politika dwar l-insolvenza speċifika għall-Irlanda ta' Fuq

Online DETI hija ta' u ġestita mid- Dipartiment tal-Intrapriżi, l-Kummerċ u l-Investiment.

L-aċċess għal Online DETI tal-Irlanda ta' Fuq huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex fl-Online DETI tal-Irlanda ta' Fuq

Is-Servizz tal-Insolvenza attwalment iżomm aġġornati ir-reġistri li ġejjin: l-Arranġamenti Volontarji Individwali (IVAs) u l-Arranġamenti Volontarji Prijoritarji (FTVAs), Ordnijiet ta' Restrizzjonijiet fuq il-Fallimenti jew Ftehimiet(BROs / BRUs), Ordnijiet ta' Ħlas tad-Dejn (DRO's) u Ordnijiet ta' Restrizzjonijiet fuq Ħlas tad-Dejn jew Ftehimiet (DRROs / DRRUs).

Tista' tfittex għal individwu onlajn permezz tal- reġistri IVA, DRO, DRRO u DRRU .

Għal aktar informazzjoni dwar ir-Reġistri tal-Insolvenza fittex hawn.

Ħoloq relatati

Online DETINI

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq

L-aħħar aġġornament: 14/08/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna