Il-Lussemburgu m’għandux reġistri li jirrigwardaw il-każijiet ta’ insolvenza.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-Lussemburgu m'għandux reġistri fuq każijiet ta' insolvenza. Il-fallimenti jiġu nnotifikati mit-tribunali u jiġu ddikjarati fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji (RCS) li jdaħħal din l-informazzjoni fil-bażi tad-dejta tiegħu.
Il-lista ta' fallimenti ddikjarati tiġi ppubblikata kull xahar f'Mémorial B - Ġabra amministrattiva u ekonomika u tista' tiġi kkonsultata mingħajr ħlas fuq Legilux, il-portal ġuridiku tal-Lussemburgu.
Barra minn hekk, ir-RCS ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit elettroniku tiegħu, taħt it-taqsima "Konsultazzjonijiet - statistiċi tar-reġistru", modulu statistiku li jagħti tagħrif dwar is-sentenzi tal-fallimenti li ġew irreġistrati fir-RCS matul xahar partikolari. Dan it-tagħrif huwa disponibbli taħt forma ta' listi ta' reġistrazzjonijiet imwettqa. Huwa disponibbli wkoll estratt ta' din l-informazzjoni f'forma ta' fajl.
L-ewwel metodu: Tista' ssir tiftixa fuq is-sit elettroniku tar- reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji (RCS) permezz tal- isem (jew parti mill-isem) jew tan- numru ta' reġistrazzjoni tal-persuna rreġistrata.
Il-mutur tat-tiftix tas-sit elettroniku hekk itella' l-lista tal-ismijiet li jikkorrispondu mat-tiftixa mwettqa.
Jekk wieħed jagħfas fuq l-isem ta' waħda mill-persuni rreġistrati, tingħata mingħajr ħlas l-informazzjoni bażika li ġejja:
it-tieni metodu: Tista' ssir tiftixa permezz tas-sit elettroniku tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji (RCS) taħt it-taqsima "Konsultazzjonijiet - statistiċi tar-reġistru", permezz ta' statistiċi li jagħtu tagħrif dwar is-sentenzi li jiddikjaraw il-falliment li ġew irreġistrati fir-RCS matul xahar partikolari.
It-tielet metodu: Tista' ssir tiftixa permezz tas-sit elettroniku tal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu taħt it-taqsima "Fallimenti" bbażata fuq l-isem tal-kumpanija, id-data tas-sentenza ta' falliment u permezz tal-isem tal-istralċarju.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.