Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Lussemburgu

Il-Lussemburgu m’għandux reġistri li jirrigwardaw il-każijiet ta’ insolvenza.

Il-kontenut ipprovdut minn
Lussemburgu

X'inhi s-sitwazzjoni dwar ir-reġistri tal-insolvenza fil-Lussemburgu?

Il-Lussemburgu m'għandux reġistri fuq każijiet ta' insolvenza. Il-fallimenti jiġu nnotifikati mit-tribunali u jiġu ddikjarati fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji (RCS) li jdaħħal din l-informazzjoni fil-bażi tad-dejta tiegħu.

Il-konsultazzjoni tal-lista ta' fallimenti fil-Lussemburgu issir bi ħlas?

Il-lista ta' fallimenti ddikjarati tiġi ppubblikata kull xahar f'Mémorial B  - Ġabra amministrattiva u ekonomika u tista' tiġi kkonsultata mingħajr ħlas fuq Legilux, il-portal ġuridiku tal-Lussemburgu.

Barra minn hekk, ir-RCS ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit elettroniku tiegħu, taħt it-taqsima "Konsultazzjonijiet - statistiċi tar-reġistru", modulu statistiku li jagħti tagħrif dwar is-sentenzi tal-fallimenti li ġew irreġistrati fir-RCS matul xahar partikolari. Dan it-tagħrif huwa disponibbli taħt forma ta' listi ta' reġistrazzjonijiet imwettqa. Huwa disponibbli wkoll estratt ta' din l-informazzjoni f'forma ta' fajl.

Kif issib informazzjoni dwar il-fallimenti fil-Lussemburgu?

L-ewwel metodu: Tista' ssir tiftixa fuq is-sit elettroniku tar- reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji (RCS) permezz tal- isem (jew parti mill-isem) jew tan- numru ta' reġistrazzjoni tal-persuna rreġistrata.

Il-mutur tat-tiftix tas-sit elettroniku hekk itella' l-lista tal-ismijiet li jikkorrispondu mat-tiftixa mwettqa.

Jekk wieħed jagħfas fuq l-isem ta' waħda mill-persuni rreġistrati, tingħata mingħajr ħlas l-informazzjoni bażika li ġejja:

  • in-numru RCS,
  • id-data ta' reġistrazzjoni,
  • l-isem,
  • il-forma ġuridika,
  • l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali,
  • lista ta' dokumenti rreġistrati mill-2003,
  • kif ukoll tagħrif dwar jekk il-persuna hix fi stat ta' falliment jew le.

it-tieni metodu: Tista' ssir tiftixa permezz tas-sit elettroniku tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji (RCS) taħt it-taqsima "Konsultazzjonijiet - statistiċi tar-reġistru", permezz ta' statistiċi li jagħtu tagħrif dwar is-sentenzi li jiddikjaraw il-falliment li ġew irreġistrati fir-RCS matul xahar partikolari.

It-tielet metodu: Tista' ssir tiftixa permezz tas-sit elettroniku tal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu taħt it-taqsima "Fallimenti" bbażata fuq l-isem tal-kumpanija, id-data tas-sentenza ta' falliment u permezz tal-isem tal-istralċarju.

Ħoloq relatati

Ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji

Il-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 29/07/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.