Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Latvja

Din it-taqsima tipprovdik b’introduzzjoni għar-reġistru ta’ insolvenza tal-Latvja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

X’għandu x’joffri r-reġistru tal-insolvenza Latvjan?

Ir-reġistru tal-insolvenza Latvjan jipprovdi informazzjoni dwar:

  • amministraturi;
  • proċedimenti ta’ insolvenza kontra persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi;
  • proċedimenti ta’ protezzjoni legali;
  • proċedimenti ta’ protezzjoni legali mhux ġudizzjarji;
  • dejta statistika.

Ir-reġistru tal-insolvenzi huwa aċċessibbli għal kulħadd u r-rekords tiegħu huma affidabbli. Huwa taħt l-awtorità tar-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja.

L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenza Latvjan huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess tar-reġistru tal-insolvenza Latvjan huwa bla ħlas, iżda trid titħallas tariffa jekk membru tal-pubbliku jixtieq jirċievi informazzjoni fil-forma ta' dokument.

Biex tirċievi dikjarazzjoni jew dokument ieħor mingħand ir-Reġistru tal-Intrapriżi li jkun fih il-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali ta’ debitur (persuna fiżika) jew amministratur, ikkuntattja lir-Reġistru ta’ Intrapriżi bit-talba tiegħek għal informazzjoni jew applika b’mod elettroniku permezz tal-portal Latvija.lv.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-insolvenza Latvjan

Amministraturi

Din it-taqsima fiha informazzjoni dwar Amministraturi, jiġifieri:

  • l-isem;
  • il-kunjom;
  • indirizz tal-uffiċċju;
  • numru taċ-ċertifikat;
  • data tal-validità taċ-ċertifikat.

Informazzjoni dwar amministraturi b’ċertifikati skaduti hija disponibbli mill-arkivji taħt Vēsturiskie dati. Il-ħolqa 'Izziņa' tagħti aċċess għall-informazzjoni kollha li ġiet imniżżla fir-reġistru ta' Insolvenza Latvjan fuq kull amministratur individwali..

Tiftix

Għat-tiftix ta’ informazzjoni fir-reġistru tal-insolvenza dwar suġġett partikolari (persuna fiżika jew ġuridika), uża t-taqsima “Meklēšana”. L-informazzjoni tista’ tkun iffiltrata skont il-kriterji li ġejjin:

numru tar-reġistrazzjoni (għal persuni ġuridiċi) jew numru tal-identità (għal persuni fiżiċi);

  • isem jew titolu;
  • distrett tal-qorti;
  • il-perjodu meta l-proċediment inbeda;
  • it-tip ta’ proċediment (proċediment ta’ insolvenza, proċediment ta’ protezzjoni legali  jew proċediment ta’ protezzjoni legali mhux ġudizzjarja);
  • natura tal-proċediment (lokali, transfruntiera primarja, transfruntiera sekondarja).

Riżultati tat-tfittxija jintwerew b’link għar-“referenza tar-Reġistru tal-Intrapriżi ” (“Uzņēmumu reģistra izziņa”), fejn l-informazzjoni kollha fir-reġistru tal-insolvenza dwar suġġett partikolari tkun disponibbli, inklużi dokumenti skanjati li fihom l-avviżi tal-amministraturi dwar laqgħat tal-kredituri u l-aġenda.

Ġurnal

Biex tara r-rekords mdaħħla fir-reġistru tal-insolvenza f’data speċifika, uża l-parti Žurnāls. B’default, ir-rekords tal-lum huma murija. Uża l-kalendarju biex tara rekords irreġistrat fuq dati oħra jew uża s-sottotaqsima Mēneša žurnāls biex tiffiltra r-reġistri skont ix-xahar. Kull rekord fih link — “Ir-referenza tar-Reġistru tal-Intrapriżi ” ('Izziņa') — għal informazzjoni dettaljata dwar proċediment ta’ insolvenza partikolari.

Statistika

Din is-sezzjoni fiha diversi informazzjoni statistika relatata ma’ insolvenza u proċedimenti ta’ protezzjoni legali, segwita b’link għar-“referenza tar-Reġistru tal-Intrapriżi” (“Izziņa”), fejn l-informazzjoni kollha miżmuma fir-reġistru tal-insolvenza dwar suġġett partikolari hija disponibbli.

Storja tar-reġistru tal-insolvenza Latvjan

L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru tmur lura għall-1 ta’ Jannar 2008.

Links

Aktar tagħrif dwar ir-reġistru tal-insolvenza Latvjan u l-Aġenzija tal-amministrazzjoni tal-insolvenza statali.

L-aħħar aġġornament: 07/01/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna