Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Irlanda

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar ir-reġistru tal-insolvenza tal-Irlanda.

Il-kontenut ipprovdut minn
Irlanda

Is-Servizz tal-Insolvenza tal-Irlanda (ISI) huwa korp statutorju indipendenti li ġie stabbilit fl-1 ta’ Marzu 2013.  L-għan tagħhom huwa terġa’ tiġi stabbilita s-solvenza ta’ persuni insolventi.

L-ISI jwettaq il-mandat tiegħu permezz ta’ għadd ta’ Oqsma ta’ Ħidma. Dawn huma:-

  • Ġestjoni ta’ Każijiet,
  • Falliment,
  • Regolamentazzjoni u Politika
  • Affarijiet Legali,
  • Affarijiet Korporattivi.

L-ISI jippubblika l-informazzjoni li ġejja lir-Reġistri tiegħu skont l-Att dwar l-Insolvenza Personali. (Innota li r-reġistri tal-ISI ma humiex aċċessibbli mill-browsers ta’ Internet Explorer/Edge.  Nissuġġerixxu li tuża Chrome, Firefox jew Safari biex tara r-Reġistru.)

Iċ-Ċertifikati ta’ Protezzjoni

Meta jinħareġ ċertifikat ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 61 tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012 (l-“Att”), is-Servizz tal-Insolvenza tal-Irlanda jrid jirreġistra, minbarra l-informazzjoni preskritta fl-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012 (Informazzjoni Addizzjonali li għandha tkun inkluża fir-Reġistri), ir-Regolamenti tal-2012 (S.I. 356 tal-2013), l-informazzjoni li ġejja:

  • l-isem u l-indirizz tad-debitur u d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni;
  • fejn applikabbli, l-estensjoni skont l-Artikolu 61 tal-Att taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni;
  • fejn applikabbli, il-ħruġ ta’ digriet mill-qorti skont l-Artikolu 63 tal-Att, u l-kreditur li fir-rigward tiegħu jkun inħareġ id-digriet; u
  • id-data meta ma jibqax fis-seħħ iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni, skont il-Kapitolu 3 tal-Att.
  • Ir-Reġistru taċ-Ċertifikati ta’ Protezzjoni

Ir-Reġistru tal-Avviżi ta’ Serħan mid-Dejn

Skont l-Artikolu 33(4) tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012, l-ISI jrid jirreġistra fir-Reġistru tal-Avviżi ta’ Serħan mid-Dejn (DRNs):

  • il-fatt li nħareġ Avviż ta’ Serħan mid-Dejn,
  • id-data meta nħareġ l-Avviż ta’ Serħan mid-Dejn,
  • l-isem u l-indirizz tad-debitur speċifikat ikkonċernat, u
  • dettalji oħra li jistgħu jiġu preskritti skont l-Artikolu 133(3)(b).
  • Ir-Reġistru tal-Avviżi ta’ Serħan mid-Dejn

Ir-Reġistru tal-Arranġamenti għas-Saldu tad-Dejn

Skont l-Artikolu 76(1) tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012, l-ISI jrid jirreġistra fir-Reġistru tal-Arranġamenti għas-Saldu tad-Dejn (DSAs):

  • id-dettalji b’riżultat tal-vot meħud fil-laqgħa tal-kredituri;
  • il-fatt li nħareġ Arranġament għas-Saldu tad-Dejn,
  • fejn applikabbli, meta jkun hemm xi varjazzjoni fl-Arranġament għas-Saldu tad-Dejn
  • fejn applikabbli, fejn l-ISI jirċievi notifika ta’ inadempjenza fuq l-arranġament;
  • it-twettiq b’suċċess tal-arranġament.
  • Ir-Reġistru tal-Arranġamenti għas-Saldu tad-Dejn

Ir-Reġistru tal-Arranġamenti għall-Insolvenza Personali

Skont l-Artikolu 113(1) tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012, l-ISI jrid jikkonforma billi jirreġistra fir-Reġistru tal-Arranġamenti għall-Insolvenza Personali (PIAs):

  • il-fatt li nħareġ Arranġament għall-Insolvenza Personali;
  • id-dettalji b’riżultat tal-vot meħud fil-laqgħa tal-kredituri;
  • fejn applikabbli, meta jkun hemm xi varjazzjoni fl-Arranġament għall-Insolvenza Personali;
  • fejn applikabbli, fejn l-ISI jirċievi notifika ta’ inadempjenza fuq l-arranġament;
  • it-twettiq b’suċċess tal-arranġament.
  • Ir-Reġistru tal-Arranġamenti għall-Insolvenza Personali
L-aħħar aġġornament: 18/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.