Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-reġistru ta' insolvenza tal-Ungerija.
Fl-Ungerija, il-Gvern ħatar lis-Servizz ta’ Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u ta’ Reġistrazzjoni Elettronika tal-Kumpaniji (Céginformációs és az Elektronikus Cégeljárásban Közreműködő Szolgálat) tal-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-korp responsabbli għall-istabbiliment u t-tħaddim tar-reġistru ta' insolvenza.
Dan il-korp juża l-Magyar Közlöny Lap- és Könyvkiadó Kft. [l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet uffiċjali Ungeriż] biex iwettaq kompiti ta’ pproċessar tad-data, żvilupp tal-IT, operazzjonijiet tekniċi u sigurtà tal-bażi tad-data teknika.
Ir-reġistru ta' insolvenza huwa disponibbli fis-sit https://fizeteskeptelenseg.im.gov.hu/.
Ir-reġistru ta' insolvenza fih dettalji tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kollha li jkunu nfetħu proċedimenti ta’ insolvenza kontrihom fl-Ungerija.
Il-proċedimenti ta’ insolvenza fl-Ungerija huma regolati bl-Att XLIX tal-1991 dwar proċedimenti ta’ falliment u likwidazzjoni. L-Att CLXXV tal-2011 dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili japplika għall-proċedimenti ta’ falliment u ta' likwidazzjoni kontra organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet), iżda l-aspetti l-oħra kollha huma regolati bl-Att XLIX tal-1991.
Ma hija imposta l-ebda tariffa jew spiża għall-aċċess għad-data fir-reġistru ta' insolvenza. Kwalunkwe persuna li tikkonsulta r-reġistru ta' insolvenza trid tiddikjara minn qabel li d-data li tfittex fir-reġistru ma tkunx ser tintuża għal skopijiet kummerċjali jew biex tinħoloq bażi ta’ data biex tintuża għal skopijiet bħal dawn.
F’konformità mal-Artikolu 6/N tal-Att XLIX tal-1991, ir-reġistru jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Il-kriterju tat-tfittxija jista’ jintgħażel minn menu li jinżel. Bl-użu tal-menu li jinżel, huwa possibbli li wieħed ifittex fir-reġistru ta' insolvenza billi jdaħħal wieħed minn dawn li ġejjin:
Informazzjoni dettaljata dwar it-tiftix tista’ tinstab fis-sit https://fizeteskeptelenseg.im.gov.hu/#/help.
Skont il-leġiżlazzjoni attwali, mhuwiex possibbli tiftix dirett ta’ data bil-massa jew tniżżil ta’ data mir-reġistru ta' insolvenza.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.