Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Greċja

Il-Greċja kellha reġistru elettroniku tas-solvenza mill-1 ta’ Ġunju 2021.

Il-kontenut ipprovdut minn
Greċja

X’joffri r-reġistru Grieg dwar l-insolvenza?

Skont il-leġiżlazzjoni Griega, il-proċeduri ta’ insolvenza, li fihom jintuża r-reġistru elettroniku tas-solvenza, huma:

  • falliment (ptóchefsi) (l-Artikoli 75-211 tal-Liġi 4738/2020 - Ktieb II)
  • falliment fuq skala żgħira (ptóchefsi mikroú antikeiménou) (l-Artikoli 172-188 tal-Liġi 4738/2020 - Ktieb II, Parti VI)
  • riżoluzzjoni ta’ qabel il-falliment (proptocheftikí diadikasía exygíansis) (l-Artikoli 31-64 tal-Liġi 4738/2020 - Ktieb I, Parti II, Kapitolu II)

Il-qrati lokali tal-prim’istanza (protodikeía) huma responsabbli biex jikkunsidraw każijiet u joħorġu deċiżjonijiet dwar talbiet ta’ falliment.

Il-qrati ċivili distrettwali lokali (eirinodikeía) huma responsabbli għad-dikjarazzjoni ta’ falliment f’fallimenti fuq skala żgħira.

Il-qrati lokali tal-prim’istanza huma responsabbli għall-proċeduri fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ qabel il-falliment.

Il-pubblikazzjonijiet, id-divulgazzjonijiet jew ir-reġistrazzjonijiet kollha tal-proċedimenti ta’ insolvenza jsiru fir-Reġistru Elettroniku tas-Solvenza. Jekk dan ikun previst, ir-reġistrazzjonijiet jiddaħħlu wkoll fir-Reġistru Ġenerali tal-Kummerċ (Genikó Emporikó Mitróo – GEMI).

L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenza Grieg mingħajr ħlas?

Iva, permezz tas-sit web:

https://www.gov.gr/ipiresies/periousia-kai-phorologia/diakheirise-opheilon/elektroniko-metroo-pheregguotetas-demosieuseis

Kif tfittex ir-reġistru tal-insolvenza Grieg

Billi tfittex fuq: https://keyd.gsis.gr/dsae2/iif/faces/pages/static/publicationList.xhtml

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza Grieg

Il-pubblikazzjonijiet kollha mill-1 ta’ Ġunju 2021 ’il quddiem huma disponibbli għall-pubbliku permezz tar-reġistru fuq is-sit web imsemmi hawn fuq.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.