Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Ġermanja

Din il-paġna tagħtik deskrizzjoni ġenerali fil-qosor tar-reġistru ta’ insolvenza Ġermaniż.

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Reġistru ta’ Insolvenza Ġermaniż

Ir- Reġistru Ġermaniż tal-Insolvenza jagħti aċċess għall-proklami kollha dwar l-insolvenza mill-qrati Ġermaniżi kollha li jisimgħu l-każijiet ta’ insolvenza, f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Istatut tal-Insolvenza. Din l-informazzjoni għandha saħħa legali u l-pubbliku għandu aċċess għaliha.

Ir-reġistru huwa l-proprjetà ta’, u jinżamm aġġornat mill-Kummissjoni tal-Bund-Länder (Bund-Länder-Kommission) għall-ipproċessar tad-dejta u għar-razzjonalizzazzjoni tal-ġustizzja, irrappreżentata mill-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Land North Rhine Westphalia.

L-aċċess għar-reġistru ta' insolvenza Ġermaniż huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għar-reġistru ta’ insolvenza Ġermaniż huwa mingħajr ħlas.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru ta' insolvenza Ġermaniż

L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenza jinkiseb biss mill-websajt tar-Reġistru Ġermaniż tal-Insolvenza. Meta meħtieġ, fuq il-websajt hemm struzzjonijiet dwar kif wieħed jista' jfittex fir-Reġistru. L-informazzjoni teżisti biss bil-Ġermaniż.

Jekk jogħġbok kun mgħarraf li tiftix bla limitu fid-dejta tal-qrati kollha Ġermaniżi li jisimgħu każijiet ta’ insolvenza jista’ jsir biss fl-ewwel ġimgħatejn wara l-ewwel jum mill-pubblikazzjoni. Wara li jgħaddi dan il-perjodu, it-tiftix jeħtieġ li jsir skont il-lokalità fejn il-qorti jkollha s-sede tagħha u mill-inqas b'wieħed mill-kriterji li ġejjin: kunjom, isem tal-kumpanija, post fejn ikun stabbilit jew fejn ikun residenti d-debitur, il-qorti tal-insolvenza jew in-numru ta' referenza tal-uffiċċju ta' reġistrazzjoni, it-tip ta' reġistru, in-numru ta' reġistrazzjoni.

L-elementi storiċi tar-reġistru tal-insolvenza fil-Ġermanja

Il-websajt tar-reġistru tal-insolvenza ta informazzjoni dwar l-insolvenzi sa mill-1 ta' April 2002. Fuq il-websajt hemm informazzjoni dettaljata dwar il-perjodi koperti u l-proċeduri li fir-rigward tagħhom hemm dejta disponibbli.

L-informazzjoni tirreferi għal każijiet li fir-rigward tagħhom il-proċedura ta’ insolvenza għadha ma ntemmitx. Id-dejta titħassar mhux itkar tard minn sitt xhur wara li l-proċedura tiġi ffinalizzata.

Links relatati

Reġistru ta' insolvenza Ġermaniż

L-aħħar aġġornament: 16/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna