Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

X’joffri r-reġistru tal-insolvenza Franċiż?

Franza m’għandha l-ebda reġistru speċifikament iddedikat għall-insolvenza. Hija għandha diversi reġistri li fihom deċiżjonijiet dwar l-insolvenza tad-debituri. Dawn jinkludu deċiżjonijiet dwar il-ftuħ jew l-estensjoni ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, l-estensjoni tal-perjodu ta’ osservazzjoni, il-konverżjoni tal-proċedimenti, it-terminazzjoni jew l-emenda ta’ pjan ta’ ristrutturar jew l-għeluq ta’ proċedimenti, jew deċiżjonijiet li jiddikjaraw persuna falluta jew skwalifikata milli tmexxi kumpanija. L-ismijiet tal-uffiċjali ġudizzjarji jingħataw ukoll.

Ir-reġistri eżistenti huma:

  • Ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji (registre du commerce et des sociétés), għal negozjanti li huma persuni fiżiċi u għal kumpaniji kummerċjali;
  • Ir-reġistru tan-negozji (répertoire des métiers) għal professjonisti tal-artiġjanat/tal-kummerċ li huma persuni fiżiċi jew ġuridiċi;
  • Ir-reġistru tan-negozju (répertoire des entreprises) fid-dipartimenti ta’ Bas-Rhin, Haut-Rhin u Moselle, għal impriżi tal-artiġjanat li jinsabu hemmhekk;
  • Ir-reġistru tal-biedja (registre de l’agriculture) għal impriżi agrikoli.

Barra minn hekk, uħud mid-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq huma ppubblikati fil-Bullettin Uffiċjali tal-avviżi ċivili u kummerċjali (Bulletin officiel des annonces civiles et commerciales) u f’ġurnal ta’ avviżi legali.

Kif tfittex fir-reġistru tal-insolvenza Franċiż

L-informazzjoni f’ġurnali ta’ avviżi legali, il-Bullettin Uffiċjali ta’ avviżi ċivili u kummerċjali u r-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji huwa ċentralizzat mill-“Publicité Légale des Entreprises”, portal pubbliku li jagħti aċċess għall-informazzjoni legali tal-kumpaniji aċċessibbli permezz ta’: https://www.bodacc.fr/

Ir-reġistru tal-insolvenza Franċiż huwa mingħajr ħlas?

L-informazzjoni msemmija hawn fuq hija mingħajr ħlas.

X’inhu l-perjodu kopert mir-reġistri tal-insolvenza Franċiżi?

Il-portal jista’ jintuża biex taċċessa avviżi legali ppubblikati mill-1 ta’ Jannar 2010 u affarijiet ippubblikati fil-Bullettin Uffiċjali ta’ avviżi ċivili u kummerċjali mill-1 ta’ Jannar 2008.

Is-sit web tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji jinsab hawnhekk: https://www.infogreffe.fr/

Ħafna mill-informazzjoni li fih tista’ tiġi aċċessata bi ħlas.

L-aħħar aġġornament: 30/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna