Din il-paġna tipprovdi ġabra fil-qosor tal-informazzjoni dwar l-insolvenza disponibbli fir-reġistru kummerċjali Estonjan u l-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali).
L-Estonja ma għandhiex reġistru separat dwar l-insolvenza, iżda l-informazzjoni rigward il-proċedimenti ta’ falliment u l-proċedimenti ta’ aġġustament tad-dejn tal-entitajiet ġuridiċi u tal-persuni fiżiċi hija disponibbli fil-pubblikazzjoni elettronika uffiċjali Ametlikud Teadaanded. Barra minn hekk, ir-Reġistru Kummerċjali Estonjan u r-reġistru tal-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ fihom informazzjoni dwar il-falliment ta' entitajiet ġuridiċi u l-persuni li jaħdmu għal rashom.
Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ dak li jiġi inkluż fl-Ametlikud Teadaanded mill-qrati u r-riċevent f'falliment:
Fis-sit web tal-Ametlikud Teadaanded wieħed isib lista sħiħa tal-avviżi kollha li jistgħu jiġu ppubblikati.
Dawn li ġejjin jiddaħħlu fir-Reġistru Kummerċjali Estonjan u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ abbażi ta’ sentenza tal-qorti:
Dettalji tal-projbizzjonijiet tal-kummerċ imposti fuq id-debitur jew il-persuna bil-poter li tirrappreżentah jew projbizzjonijiet fuq it-twettiq ta' attivitajiet kummerċjali imposti fuq dik il-persuna ma jiddaħħlux fir-reġistru.
Ir-Reġistru Kummerċjali Estonjan fih l-informazzjoni segwenti dwar entitajiet ġuridiċi falluti:
Aċċess għad-data tar-reġistru jista’ jsir online u fl-uffiċċji tan-nutara.
L-aċċess għal Ametlikud Teadaanded huwa bla ħlas.
L-ebda tariffa mhija imposta online għal tiftix rigward entitajiet ġuridiċi, persuni li jaħdmu għal rashom u fergħat ta' kumpaniji barranin, għal informazzjoni rigward proċedimenti tal-qorti jew għal aċċess għad-data tal-kard tar-reġistru. Madankollu, hija imposta tariffa għat-tiftix l-ieħor kollu, inklużi data storika tal-kard tar-reġistru u aċċess għal rapporti annwali, artikoli ta' assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn. Ir-rati imposti għall-użu tad-data tal-kompjuter fir-reġistru kummerċjali huma stipulati f’Regolament tal-Ministeru għall-Ġustizzja.
Hija imposta tariffa għall-konsulenza ma' data tar-reġistru u dokumenti tal-fajl f'uffiċċju tan-nutar. It-tariffi huma stabbiliti fl-Att tat-Tariffi Notarili.
Dettalji tal-projbizzjonijiet tal-kummerċ huma ppubblikati u jista' jsir aċċess għalihom online mingħajr ħlas.
Tista’ tfittex fl-Ametlikud Teadaanded għall-informazzjoni dwar l-insolvenza ta’ entità ġuridika jew persuna fiżika permezz tal-isem jew tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali/kodiċi tar-reġistru, u fuq il-paġna ġenerali tat-tiftix tista’ tfittex ukoll permezz tal-keyword. Permezz tal-funzjoni tat-tiftix wieħed jista’ faċilment isib l-avviżi ppubblikati kollha rigward il-proċedimenti ta’ insolvenza pendenti. Meta l-proċedimenti jaslu fi tmiemhom, l-avviżi jiġu arkivjati, bl-eċċezzjoni tal-avviżi li jirrigwardaw it-terminazzjoni tal-proċedimenti, li jibqgħu pubbliċi għal tliet snin.
Tista' tfittex għal entità ġuridika jew persuna li taħdem għal rasha fir-reġistru kummerċjali elettroniku permezz tal-isem tan-negozju, l-isem jew il-kodiċi tar-reġistru. L-istatus ta' entità ġuridika jew persuna li taħdem għal rasha jindika jekk dik il-persuna jew entità humiex falluti jew le.
Sa mill-ħarifa 2019, l-Ametlikud Teadaanded ġiet inkluża fl-interfaċċa tat-tiftix tar-reġistri tal-insolvenza interkonnessi tal-portal tal-Ġustizzja Elettronika, li tippermetti lill-kumpaniji, selliefa u investituri li jixtiequ jinvestu fi Stati Membri oħra li jwettqu verifiki tal-preċedenti personali direttament fir-reġistru dwar l-insolvenza ta’ pajjiż ieħor. Bis-saħħa tas-soluzzjoni multilingwi li ġiet implimentata, il-proċess li bih wieħed jikseb informazzjoni minn pajjiż għall-ieħor fir-rigward tal-insolvenza huwa aktar trasparenti u huwa aktar faċli li wieħed ikollu aċċess għall-informazzjoni nnifisha. L-informazzjoni hija disponibbli bla ħlas. Il-portal għandu funzjoni bażika tat-tiftix, li tippermetti li jsir tiftix fir-reġistri interkonnessi kollha permezz tal-isem tad-debitur, kif ukoll funzjonalità tat-tiftix avvanzata, li fiha l-kriterji tat-tiftix jvarjaw skont ir-reġistru tal-pajjiż li fih tkun qed isir it-tiftixa. Għall-Estonja, huwa possibbli li wieħed ifittex skont l-isem tad-debitur u skont il-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali/il-kodiċi tar-reġistru.
Is-servizz Estonjan dwar il-falliment ilu disponibbli mill-1 ta' Settembru 1995.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.