Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja

Ir-Reġistru Nazzjonali ta' Insolvenza huwa reġistru elettroniku pubblikament disponibbli li jtejjeb il-forniment ta’ informazzjoni lill-kredituri u l-qrati rilevanti dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza li jkunu għaddejjin u jipprevjeni milli jinbdew proċedimenti ta’ insolvenza paralleli.

Fis-26 ta’ Ġunju 2018, il-Ministeru tal-Ġustizzja lesta l-ewwel fażi tal-proġett bit-titolu “Interkonnessjoni tar-Reġistri ta’ Insolvenza (IRI) għall-Ewropa”, parzjalment iffinanzjat mill-programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tal-Kummissjoni Ewropea (il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-Telekomunikazzjoni: CEF-TC-2016-2: Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika), li l-Kroazja applikat għalih bħala parti minn konsorzju mal-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Rumanija.

Il-prijorità tal-FNE hija li tiffinanzja u timplimenta s-servizzi elettroniċi neċessarji għall-komunikazzjoni fi ħdan is-sistema ta’ interkonnessjoni bejn ir-reġistri ta’ falliment.

Ir-Reġistru ta’ Insolvenza ġie stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza.

Id-data fir-Reġistru ta' Insolvenza tiġi aġġornata mill-anqas kuljum u tkopri:

  • il-proċedimenti ta’ qabel il-falliment u ta’ falliment li id-deċiżjoni li jinbdew il-proċedimenti ma tkunx ġiet adottata għalihom qabel l-1 ta’ Settembru 2015
  • il-proċedimenti ta’ falliment tal-konsumatur, li d-deċiżjoni li jinbdew il-proċedimenti ma tkunx ġiet adottata għalihom qabel l-1 ta’ Jannar 2016.

Id-data kollha fir-Reġistru taqa’ fil-ġuriżdizzjoni tal-qrati li jkunu qed jisimgħu l-kawża.

Fit-tieni fażi tal-proġett tal-Interkonnessjoni tar-Reġistri ta’ Insolvenza (IRI) għall-Ewropa, ir-reġistri nazzjonali ta’ insolvenza ġew interkonnessi permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.