Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Din il-paġna tipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-reġistru tal-insolvenza Bulgaru.

X’joffri r-reġistru Bulgaru tal-insolvenza?

Ir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza jikkonsisti fi tliet partijiet:

  1. Il-lista tar-riċevituri - aċċessibbli permezz tas-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja Bulgaru.
  2. Il-bullettin tal-bejgħ u tal-irkantijiet - li huwa kompletament aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-Ministeru Bulgaru tal-Ekonomija.
  3. Ir-reġistru tal-proċedimenti ta’ insolvenza - miżmum f’bażi tad-data ċentralizzata.

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas.

Kif nista’ nfittex fir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza?

Tista’ tfittex għal riċevitur bl-isem fuq is-sit web.

Kif tagħmel tiftixa skont il-bejgħ

Il-bullettin tal-bejgħ jista’ jinsab fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ekonomija.

L-istorja tar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza

Is-sistema ġiet stabbilita fl-2009 bħala parti mill-proġett intitolat “Trasparenza u effiċjenza ta’ proċedimenti ta’ insolvenza”, subprijorità 1.5 “Sistema ġudizzjarja trasparenti u effiċjenti” tal-Programm Operazzjonali “Kapaċità Amministrattiva” (OPAC) implimentat skont il-ftehim ta’ għotja Nru K09–15–5-C/9.10.2009. Il-proġett huwa ffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u l-baġit tal-istat tar-Repubblika tal-Bulgarija.

L-aħħar aġġornament: 13/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.