Hawnhekk jingħata tagħrif dwar ir-reġistri li jirrigwardaw il-każijiet ta’ insolvenza fil-Belġju.
M’hemmx reġistri ta’ insolvenza pubbliċi fil-Belġju.
Le, m'hemmx ħlas għall-aċċess għall-bażi tad-dejta.
Tista’ tfittex għal sentenzi ta’ falliment jew ta’ kompożizzjoni legali fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Belġju.
Ir-referenzi tal-kumpaniji huma disponibbli mill-1 ta’ Jannar 1983 b’link għall-pubblikazzjonijiet li nħarġu mill-1 ta’ Ġunju 1997.
Hemm ukoll disponibbli l-pubblikazzjonijiet tal-assoċjazzjonijiet ta’ wara l-1 ta’ Lulju 2003.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.