Izvorna jezična inačica ove stranice bugarski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Bugarska

Din il-paġna tipprovdilek ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza.

Sadržaj omogućio
Bugarska
Službeni prijevod nije dostupan u jezičnoj verziji koju tražite.
Ovdje možete pristupiti strojnom prijevodu ovog sadržaja. Imajte na umu da je svrha tog prijevoda samo pružiti kontekst. Vlasnik ove stranice ne prihvaća nikakvu odgovornost ni obvezu u pogledu kvalitete strojno prevedenog teksta.

X'joffri r-reġistru Bulgaru tal-insolvenza?

Ir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza jikkonsisti fi tliet partijiet:

  1. Parti mir-reġistru tal-fiduċjarji hija aċċessibbli permezz tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Madankollu, il-parti disponibbli pubblikament ma tippermettix l-aċċess għal data personali, lanqas għal data li qed tistenna verifika mill-fiduċjarji.
  2. Ir-reġistru ta' bejgħ u rkanti huwa totalment disponibbli permezz tas-sit elettroniku tal-Ministeru Bulgaru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu.
  3. Ir-reġistru tal-proċedimenti ta' insolvenza attwalment mhuwiex miżmum bħala bażi ta' data ċentralizzata, minħabba n-nuqqas ta' interkonnettività bejn il-qrati.

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas.

Kif għandha sseħħ tfittxija fir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza

Fuq is-sit elettroniku, wieħed jista' jsib fiduċjarju f'xi falliment permezz ta':

  • Isem
  • Numru tal-identità unifikat
  • Indirizz
  • Speċjalità
  • Kelma fil-qasam tal-esperjenza professjonali
  • Parti ta' numru tal-ordni tal-ħatra tal-Ministru
  • Status – attiv jew mhux attiv

Kif għandha ssir tfittxija għall-bejgħ

Jista' jinstab bulletin ta' bejgħ fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu

L-imgħoddi tar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza

Is-sistema ġiet stabbilita fl-2003 wara r-realizzazzjoni tal-proġett Phare BG 0103.04 'Tisħiħ tas-sistema ta' insolvenza'. L-għan kien li tinħoloq sistema ta' informazzjoni għall-insolvenza, u li tiġi inkluża l-informazzjoni kollha f'bażi ta' data unifikata. Is-sistema taħdem f'xi qrati: il-qrati distrettwali, il-qrati tal-appell, il-Qorti Suprema ta' kassazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 25/08/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Povratne informacije

Koristite se obrascem u nastavku kako biste podijelili svoje komentare i povratne informacije o našoj novoj internetskoj stranici