Land registries in the Member States offer a wide range of services, which may vary from one country to another.
However, the core services provided by all registries are to register, examine and store land and property information, such as location and ownership, and to make this information available to the public and professional customers.
Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.
This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet Belġjan.
L-informazzjoni dwar proprjetà immobbli fil-Belġju tinsab fid-dokumentazzjoni miżmuma minn uffiċċji ta’ tliet tipi: ir-reġistru tal-artijiet imsejjaħ (kadaster/cadastre), l-uffiċċji tar-reġistrazzjoni (registratiekantoren/bureaux de l’enregistrement) u d-depożitarju tal-ipoteki (hypotheekbewaringen/conservations d’hypothèques). Dawn it-tliet sorsi ta' informazzjoni ġew miġbura flimkien fiċ-ċentru tad-dokumentazzjoni nazzjonali tal-proprjetà tal-Ministeru Federali tal-Finanzi (Algemene Administratie van de Patrimoniumdocumentatie/Administration Générale de la Documentation Patrimoniale).
Il-kompiti tar-reġistru tal-artijiet proprja u tal-uffiċċji tar-reġistrazzjoni prinċipalment, iżda mhux esklussivament, huma relatati mat-taxxa. Id-depożitarji tal-ipoteki huma responsabbli għar-reġistrar tad-drittijiet tal-proprejtà in rem: il-ħolqien u t-trasferiment inter vivos ta' drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli għandhom jiġu rreġistrati fid-depożitarju tal-ipoteki sabiex ikun inforzabbli kontra partijiet terzi li jaġixxu b'bona fidi.
Le, hemm ħlas li jrid isir sabiex jinkiseb tagħrif mid-dokumentazzjoni fir-reġistru tal-artijiet, l-uffiċċji tar-reġistrazzjoni u d-depożitarju tal-ipoteki. L-ammont ivarja skont it-tip ta’ dokumentazzjoni kkonsultata u l-informazzjoni mitluba.
B'mod ġenerali, l-informazzjoni dwar proprjetà immobbli u/jew id-detenturi tad-drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli jistgħu jinstabu jew billi tidentifika proprjetà (l-indirizz u/jew in-numru ta' identifikazzjoni fir-reġistru tal-artijiet) jew billi jidentifika d-detentur tad-drittijiet in rem (isem u/jew numru tal-identità).
Iċ-ċentru ta' dokumentazzjoni tal-proprjetà nazzjonali kkonkluda ftehimiet ma’ ċerti gruppi professjonali (bħal nutara, servejers u aġenti immobiljari) dwar il-konsultazzjoni onlajn ta' ċerta dejta fid-dokumentazzjoni tar-reġistru tal-artijiet.
Id-dokumentazzjoni miżmuma mir-reġistru tal-art, l-uffiċċji tar-reġistrazzjoni u d-depożitarju tal-ipoteki inżammu minn qabel il-fondazzjoni tal-istat Belġjan.
L-istorja mhix xi ħaġa statika: pjan biex jiġu integrati tliet sorsi tad-dejta f'post wieħed kważi wasal biex jitlesta u għandu jiġi implimentat fil-futur qrib.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-proprjetà tal-Bulgarija.
X'joffri r-reġistru Bulgaru tal-proprjetà?
Ir-reġistru Bulgaru tal-proprjetà jappartjeni u huwa ġestit mill-
Aġenzija dwar ir-Reġistru , fi ħdan il-qafas ta' dik magħrufa bħala s-'sistema personali ta' reġistru ta' informazzjoni'. L-informazzjoni hija bbażata fuq il-fajls personali tal-partijiet li jagħmlu t-transazzjoni, jiġifieri l-individwi u l-persuni ġuridiċi. It-transazzjonijiet u d-dokumenti legali biss jiddaħħlu fir-reġistru.
Mill-iżvilupp u l-introduzzjoni tas-Sistema Integrata ta' Informazzjoni għall-Kadast u r-Reġistrazzjoni ta' Proprjetà (IKAR), l-informazzjoni kollha li tiddaħħal hija disponibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-Aġenżija dwar ir-Reġistru tal-Artijiet.
Is-sistema IKAR tikkonsisti f'żewġ taqsimiet:
Is-sistema IKAR toffri kemm informazzjoni semantika kif ukoll grafika, speċjalment f'każijiet fejn huma disponibbli mapep kadastrali diġitalizzati.
Is-sit elettroniku tar-Reġistru Bulgaru tal-proprjetà jipprovdi:
Huwa joffri wkoll it-tipi ta' servizz pubbliku li ġejjin:
Is-servizzi msemmija hawn fuq jagħtuk informazzjoni dwar:
Id-dokumenti kif jiddaħħlu fir-reġistru?
Il-kopji ta' transazzjonijiet u dokumenti legali huma ppreżentati fl-uffiċċju tar-reġistru.
Kull dokument jiġi rreġistrat fir-reġistru tad-dħul tas-sistema IKAR, fejn jirċievi numru li juri d-data u l-ħin eżatt tad-dħul.
Id-dokumenti huma mbagħad ippreżentati lill-imħallfin tad-dħul għall-verifika u r-riżoluzzjoni.
Wara l-approvazzjoni minn imħallef tad-dħul, l-uffiċjali tar-reġistru jdaħħlu l-informazzjoni manwalment fuq is-sistema.
Id-dokumenti kollha huma mbagħad skannjati u ssejvjati fuq is-sistema.
Il-proċedura għar-reġistrazzjoni, il-verifika u ddħul tal-informazzjoni tieħu medja ta' jum wieħed ta' ħidma.
L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-proprjetà huwa bla ħlas?
L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-proprjetà huwa bla ħlas u miftuħ għal kulħadd. Madankollu, huma l-utenti rreġistrati biss li jistgħu jiksbu informazzjoni mis-sit elettroniku.
Għandha tiġi mħallsa tariffa għall-verifika onlajn, f'konformità mal-kriterji legali.
Tfittxija fir-reġistru Bulgaru tal-proprjetà
Inti tista' tagħmel tfittxija fir-reġistru tal-proprjetà permezz ta': numru ta' indentifikazzjoni personali (PIN) ta' persuni ġuridiċi jew fiżiċi; bl-isem tal-proprjetarju; bid-deskrizzjoni dettaljata tal-proprjetà; bin- bin numru tal-grupp tal-proprjetà; bin-numru tar-reġistrazzjoni.
L-imgħoddi tar-reġistru Bulgaru tal-proprjetà
L-ewwel sistema elettronika nħolqot fl-1990. Minn dak iż-żmien, ġew introdotti diversi sistemi elettroniċi.
Ir-riforma ewlenija tar-reġistru tal-proprjetà seħħet meta hu ġie trasferit għall-ġurisdizzjoni tal-Aġenżija dwar ir-Reġistru, li nħolqot f'Lulju 2004. L-Aġenżija dwar ir-Reġistru amministrat u tejbet is-sistemi eżistenti ta' informazzjoni ta' data sal-ħolqien tas-sistema IKAR fit-8 ta' Settembru 2008.
L-implimentazzjoni tal-IKAR seħħet f'fażijiet. Id-data antika ddaħħlet fis-sistema IKAR il-ġdida. Is-sistema saret totalment operattiva (tkopri t-territorji kollha tal-Bulgarija) fis-26 ta' Jannar 2009, u hija totalment integrata mar-reġistru tal-Aġenżija dwar il-Ġeodesija, il-Kartografija u l-Kadast.
Il-prinċipji ta' pubbliċità, trasparenza u sigurtà tal-proċeduri huma garantiti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali tar-reġistru tal-katast (tal-artijiet) tar-Repubblika Ċeka.
Ir-Reġistru tal-katast Ċek fih kemm informazzjoni fattwali u kemm legali dwar il-proprjetà. Tista’ ssib mapep tal-katast u informazzjoni dwar is-sidien tal-proprjetà fir-reġistru.
Ir-reġistru huwa proprjetà u huwa miżmum mill-Uffiċċju Ċek għas-Surveying, Tfassil ta’ Mapep u tal-Katast, li huwa istituzzjoni nazzjonali indipendenti.
L-ibbrawżjar u t-tiftix tal-mapep u l-informazzjoni bażika dwar il-propjetà fuq l-internet, inklużi l-ismijiet u l-indirizzi tal-proprjetarji, huwa bla ħlas.
Għal lista uffiċjali, jew f'verżjoni elettronika b'aċċess mill-bogħod jew fuq karta, li jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar ir-relazzjonijiet ġuridiċi li jikkonċernaw il-proprjetà jitħallas dritt; id-drittijiet ta' ħlas ivarjaw skont il-kamp ta' applikazzjoni tal-elenkar, imma normalment ikun ta' CZK 100.
Ir-reġistru tal-katast Ċek jipprovdilek sistema tat-tiftix avvanzata għal tiftix bl-internet.
Is-sistema ta’ informazzjoni elettronika ilha tintuża mill-2001.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tfornik b’ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tad-Danimarka.
Ir-Reġistru tal-Artijiet Daniż huwa disponibbli onlajn (bid-Daniż biss). Jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit elettroniku tar-reġistru għal aktar dettalji dwar l-aċċess, il-ħlas u t-tiftix.
Ir-reġistru tal-artijiet Daniż jista’ jiġi kkuntattjat permezz tal-posta elettronika fuq: tinglysning@domstol.dk
Jekk jogħġbok ara s-sit elettroniku tar-reġistru.
Jekk jogħġbok ara s-sit elettroniku tar-reġistru.
Jekk jogħġbok ara s-sit elettroniku tar-reġistru.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Ġermanja.
Ir-Reġistru tal-Artijiet Ġermaniż jipprovdi informazzjoni dwar relazzjonijiet ġuridiċi tal-liġi ċivili li jikkonċernaw il-proprjetà immobbli. Fih tinstab ukoll id-dejta dwar is-sidien u d-drittijiet tal-proprjetà tal-partijiet terzi fir-rigward tal-art. Ir-Reġistru tal-Artijiet jinżamm primarjament fil-format elettroniku.
Dan ir-Reġistru jistgħu jaċċessawh biss persuni li juru raġunijiet ta’ interess leġittmu għalfejn iridu jikkonsultawh (eż. b'mod partikolari għal raġunijiet legali jew ekonomiċi). Biex jagħmlu dan, l-ewwel iridu jikkuntattjaw l-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet fid-distrett fejn il-biċċa art tkun tinsab. Dawn il-persuni jistgħu wkoll japplikaw għal kopji stampati mir-Reġistru tal-Artijiet.
Barra minn hekk, grupp ristrett ta' utenti jista' jikkonsulta d-dejta tar-Reġistru tal-Artijiet permezz ta' portal elettroniku tal-Istat Federali partikolari. Dawn l-utenti jinkludu l-qrati Ġermaniżi, l-awtoritajiet pubbliċi, in-nutara, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-impriżi ta’ distribuzzjoni. L-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Federali huma responsabbli għar-regolazzjoni ta’ dawn it-talbiet ta’ aċċess.
Il-konsultazzjoni tar-Reġistru tal-Artijiet Ġermaniż fl-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet hija mingħajr ħlas. Silta sempliċi mir-reġistru tiswa EUR 10, kopja ċċertifikata tiswa EUR 20. L-aċċess jew il-konsultazzjoni tar-Reġistru tal-Artijiet b’mod elettroniku jsiru wkoll bi ħlas.
Fir-Reġistru tal-Artijiet Ġermaniż wieħed jista’ jfittex permezz ta’ dawn il-kriterji li ġejjin:
Bl-għajnuna tar-Reġistru tal-Artijiet, wieħed normalment jista’ jsib l-istorja tas-sjieda tal-proprjetà mobbli sa mill-bidu tas-Seklu 20.
Min-nofs id-disgħinijiet ’l hawn, il-verżjoni tal-karta tar-Reġistru tal-Art Ġermaniż ġiet sostitwita minn verżjoni elettronika. Din il-migrazzjoni tlestiet fil-parti l-kbira tagħha.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tal-Estonja.
Ir- Reġistru tal-Artijiet Estonjan huwa rekord ta' interessi fi proprjetà u ta' drittijiet ristretti, li jipprovdi lil partijiet terzi b'informazzjoni dwar proprjetà immobbli rreġistrata.
Ir-reġistru tal-artijiet jiffoka fuq ċirkostanzi kemm legali u fattwali. Il-proprjetà kollha tiddaħħal fir-reġistru tal-artijiet, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi. Kull proprjetà individwali għandha reġistrazzjoni indipendenti u tingħata numru uniku (numru tal-proprjetà rreġistrata).
Ir-reġistru għandu erba' partijiet.
Parti 1 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:
Parti 2 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:
Parti 3 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:
Parti 4 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:
Id-diversi taqsimiet tar-reġistru tal-artijiet huma aċċessibbli għall-pubbliku u jistgħu jiġu aċċessati minn kulħadd. Fejn hemm dritt leġittmu, il-fajl dwar propjetà reġistrata partikolari jista' jiġi kkonsultat. Is-sidien tal-propjetà, in-nutara, bailiffs, il-qrati u l-awtoritajiet ta' superviżjoni ma għandhomx għalfejn juri l-eżistenza ta' interess leġittmu.
Id-diversi taqsimiet tar-reġistru tal-artijiet u l-fajls tal-propjetajiet reġistrati jistgħu jiġu konsultati fil-bini tad-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet, f'
uffiċċju ta' nutar jew mill-
magna ta' tiftix. Ir-reġistru tal-artijiet fid-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet jista' jiġi kkonsultat mingħajr ħlas. Is-sidien jistgħu jikkonsultaw ukoll dawk il-partijiet tar-reġistru li jikkonċernahom u l-fajls tal-propjetajiet tagħhom, mingħajr ħlas, minn fuq il-
Portal tal-Istat. Trid titħallas tariffa għall-konsultazzjoni tar-reġistru tal-artijiet f'uffiċċju ta' nutar jew permezz tal-magna ta' tiftix.
L-informazzjoni fir-reġistru tal-artijiet tista' tiġi aċċessata mill-magna ta' tiftix onlajn provvduta miċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi tal-Informazzjoni. L-użu tal-magna tat-tiftix huwa bla ħlas. Ir-riżultat tat-tiftixa juri l-informazzjoni kollha mdaħħla fil-Parti 1 tar-reġistru tal-artijiet (referenza tar-reġistru tal-artijiet, skop speċifiku, erja u indirizz). Trid titħallas tariffa għall-aċċess għal informazzjoni aktar speċifika fir-reġistru tal-artijiet.
L-oġġett tat-tiftixa huwa wieħed minn din it-tip ta' informazzjoni f'parti tar-reġistru tal-artijiet miftuħ għal kull propjetà reġistrata:
dejta diġitali fil-Parti 1 (Kompożizzjoni tal-propjetà)
dejta diġitali fil-Parti 2 (Is-Sid);
dejta diġitali fil-Partijiet 3 (Piżjijiet u restrizzjonijiet) u 4 (Ipoteki).
It-tariffa għat-tiftixa tinkludi l-aċċess għall-fajls miftuħa tal-propjetà u l-ħruġ tad-dokumentazzjoni li tkun fihom.
Informazzjoni dettaljata dawr il-partijiet tar-reġistru tinsab flimkien mat-tariffi għas-servizzi mniżżla hawnhekk. Mhemmx VAT fuq dawn it-tariffi.
Tista' tfittex fil-bażi tad-dejta permezz tal-kriterji tat-tiftix segwenti:
Huwa possibbli wkoll li wieħed ifittex għal informazzjoni dwar sidien mhux validi u persuni awtorizzati.
Il-verżjoni elettronika tar-reġistru tal-artijiet fiha informazzjoni li tmur lura għall-1994. Il-bidla għall-verżjoni elettronika bdiet fis-sajf tal-2010.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni qasira tar-reġistru tal-artijiet tal-Irlanda.
Ir-Reġistru tal-Artijiet Irlandiż jigi operat u aġġornat mill-
Awtorita' tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà tal-Irlanda, il-korp statutorju responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-artijiet fl-Irlanda.
Tista’ ssib dettalji kemm legali u fattwali fir-reġistru tal-artijiet Irlandiż.
Kull titolu ta’ reġistrazzjoni huwa maqsum fi tliet partijiet.
Ir-reġistru tal-artijiet Irlandiż huwa reġistru ‘miftuħ’. Għalhekk m’hemm l-ebda restrizzjoni fl-użu tas-servizz u l-Awtorità tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà (PRA) ma timponi l-ebda ħlasijiet għal tariffi ta’ abbonament.
Madankollu jintalab ħlas għall-użu attwali tas-servizz – bir-rati stabbiliti fl-ordni tad-drittijiet statutorji kurrenti. Id-drittijiet jistgħu jitħallsu jew b’mod elettroniku jew manwali.
Is-servizz ta’ abbonament għar-Reġistru tal-Artijiet Irlandiż jirrikjedi:
Bħalissa, tista’ tabbona mar-Reġistru tal-Artijiet Irlandiż direttament mill-Awtorità tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà, jew permezz ta’ għadd ta’ fornituri li jipprovdu servizz intermedjarju għas-settur privat.
Bħalissa hemm iktar minn 14,000 abbonati mar- Reġistru tal-Artijiet Irlandiż, u iktar minn tliet miljun transazzjoni fis-sena jitwettqu permezz tas-servizz onlajn.
Tista’ tfittex fir-reġistru tal-artijiet Irlandiż b’ħafna modi differenti, li jinkludu:
Is-sistema preżenti tar-reġistrazzjoni tal-artijiet li qed topera fl-Irlanda ġiet imwaqqfa fl-1892. Is-sistema, li hija bbażata fuq reġistru ‘miftuħ’ sostnut b’garanzija tal-Istat, tfasslet biex gradwalment tissostitwixxi sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ atti li kienet ilha tintuża mill-1707.
Servizz ta' Informazzjoni dwar l-Artijiet tal-Ewropa,
Portal għas-siti elettroniċi tal-Gvern Irlandiż,
Awtorità tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà tal-Irlanda,
Servizzi onlajn mir-reġistru tal-artijiet Irlandiż
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-Greċja għandha reġistru elettroniku tal-artijiet magħruf bħala l-Katast (κτηματολόγιο) f'żoni fejn ir-reġistrazzjoni tal-artijiet hija lesta. Ir-reġistri lokali tal-ipoteki (υποθηκοφυλακεία) qegħdin joperaw ukoll b'mod provviżorju bħala reġistri tal-artijiet (κτηματολογικά γραφεία).
Skont il-Liġi 2664/1998 dwar il-Katast Grieg, id-dejta dwar ir-reġistru tal-artijiet tista' tiġi maħżuna u aġġornata biss elettronikament f'dawk iż-żoni fejn il-Katast ilu jaħdem mill-2003, u b'hekk jissostitwixxi is-sistema antika ta' trasferimenti u ipoteki fuq il-propjetà. Il-bażi tad-dejta tar-reġistru tal-artijiet hija maħżuna ċentralment għall-pajjiż kollu mill-kumpannija Ktimatologio (Κτηματολόγιο Α.Ε.) u hija aġġornata mir-reġistri lokali tal-artijiet skont it-tranżazzjonijiet tagħhom.
F'kull distrett tal-qrati ċivili joperaw wieħed jew aktar reġistri (ειρηνοδικείο) u joffru s-servizzi li ġejjin kif trid il-liġi:
Hemm 17 il-reġistru tal-ipoteki bi ħlas u 378 mingħajr ħlas.
Ir-reġistri tal-ipoteki bi ħlas (έμμισθα υποθηκοφυλακεία) jaħdmu taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem. Fil-gżejjer ta' Rodi u Kos, ir-reġistri tal-artijiet ta' Rodi u Kos-Leros, fejn is-sistema ta' trasferiment tal-propjetà hija bbażata fuq l-art, jipprovdu servizzi għall-Ministeru tal-Ġustizzja.
Ir-reġistri tal-ipoteki mingħajr ħlas (άμισθα υποθηκοφυλακεία) huma jew:
Id-dettalji ta' kuntatt għall-imsemmija reġistri tal-ipoteki jistgħu jinsabu fuq is-sit elettroniku tal Ministeru Grieg tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.
Barra minn hekk, hemm qafas istituzzjonali fil-Greċja għall-istudju, l-iżvilupp u l-operat tal-Katast Grieg (Εθνικό Κτηματολόγιο) għall-propjetà. Dan il-kompitu ngħata lill-kumpannija privata Ktimatologio.
Il-Katast Grieg huwa sistema unita, iggarantita mill-Istat, biex tirreġistra informazzjoni ġuridika, teknika u ta' xorta oħra dwar il-propjetà u d-drittijiet assoċjati magħha.
B'mod partikolari, il-Katast Grieg:
Ir-reġistrazzjoni tal-artijiet hija lesta fi 333 żona ġewwa l-pajjiż. 96 reġistru tal-ipoteki lokali (bi ħlas u mingħajr) qegħdin joperaw b'mod provviżorju bħala reġistri tal-artijiet.
Informazzjoni bażika dwar il- Katast Grieg tista' tinsab fuq is-sit elettroniku tiegħu.
F'żoni fejn ir-reġsitri tal-artijiet qegħdin joperaw b'mod provviżorju, jistgħu jintużaw mingħajr ħlas kompjuters fl-uffiċċju kkonċernati biex issir riċerka elettronika tad-dejta.
Skont l-NSRF, il-kumpanija Ktimatologio ġiet inkarigata tiżviluppa proġett għat-trażmissjoni diġitali tad-dokumenti għar-reġistri tal-ipoteki, sabiex titlesta r-reġistrazzjoni tal-artijiet fil-bqija tal-pajjiż. Il-proġett jinkludi l-ħolqien ta' infrastruttura għal: (a) sottomissjoni elettronika ta' atti għad-dħul fir-rekords tar-reġistri tal-artijiet; u (b) sottomissjoni elettronika u pproċessar tar-rikjesti għaċ-ċertifikati minn dawk ir-rekords.
L-abbozz tal-liġi imħejji mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima jinkludi dispożizzjonijiet għal dan il-għan.
Sistema ta' reġistrazzjoni tal-artijiet ġiet stipulata għall-ewwel darba permezz tal-Liġi 41/1836. L-awtoritajiet msemmija hawn qabel żammew rekords dwar l-artijiet minn mindu bdiet ir-reġistrazzjoni tal-artijiet.
F'żoni fejn qed titlesta r-reġistrazzjoni tal-artijiet, ir-reġistri tal-ipoteki lokali ilhom jaħdmu bħala reġistri tal-artijiet provviżorji minn meta l-Organizazzjoni tal-Kartografija u l-Katast tal-Greċja (Οργανισμός Κτηματολογίου και Χαρτογραφήσεων Ελλάδος – ΟΚΧΕ) iddeċidiet li toħloq il-Katast. Minn dak iż-żmien, it-tranżazzjonijiet fir-rekords tar-reġistru tal-artijiet jiġu rreġistrati biss b'mezzi elettroniċi.
Is-sistema elettronika tar-reġistrazzjoni tal-artijiet tippermetti riċerki permezz ta': (a) dejta personali; (b) kodiċi tal-Katast Grieg; u/jew (c) l-indirizz tal-propjetà.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Ir-Reġistru tal-Artijiet huwa reġistru li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, bl-affarijiet tiegħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Dirección General de los Registros y del Notariado [direttorat ġenerali tar-reġistri u n-nutara]. Ir-Reġistru jintuża biex tiġi rreġistrata u ppubblikata s-sjieda tal-art u d-drittijiet marbuta mal-art u kwalunkwe deċiżjonijiet tal-qorti jew amministrattivi li jistgħu jaffettwawhom.
Is-sigurtà legali u ekonomika. U f’ħafna mill-każijiet din is-sigurtà ma tistax tinċaħad.
Uħud mill-aspetti l-iktar tipiċi tas-sistema tar-Reġistru tal-Artijiet Spanjol huma deskritti hawn taħt.
L-iskop tar-Reġistru tal-Artijiet huw li tiġi rreġistrata s-sjieda u drittijiet oħrajn in rem fir-rigward tal-proprjetà immobbli.
1.1. Id-drittijiet in rem li jistgħu jiġu rreġistrati
Id-drittijiet in rem li jistgħu jiġu rreġistrati huma: sjieda, usufrutt, drittijiet ta’ użu u ta’ abitazzjoni, piżijiet, kirjiet, ipoteki id-dritt tal-fidi and other rights in rem.
Ir-Reġistru tal-Artijiet Spanjol mhux lista magħluqa ta' drittijiet in rem, iżda huwa sistema ta’ "numerus apertus" fejn jistgħu jinħolqu drittijiet in rem. Madankollu, fil-prattika huwa diffiċli li jinħolqu tipi ġodda ta' drittijiet peress li jkun jeħtieġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti strutturali tad-drittijiet in rem, bħal li jkunu immedjati u assoluti.
1.2. Drittijiet oħrajn li jistgħu jiġu rreġistrati
Jistgħu jiddaħħlu drittijiet oħrajn fir-Reġistru tal-Artijiet, minkejja li n-natura vera tagħhom mhux dejjem tkun ċara. Dawn li ġejjin jistgħu jiġu rreġistrati b’dan il-mod: atti ta’ proprjetà konġunta, kirjiet, sullokazzjoni, trasferimenti u surrogi ta’ kirjiet li jirrigwardaw proprjetà immobbli, irkupru ta’ proprjetà mikrija, konċessjonijiet amministrattivi u piżijiet ipotekarji fuqhom, atti relatati max-xiri obbligatorju jew ma’ proċeduri amministrattivi, projbizzjonijiet fuq l-aċċess permess mil-liġi, jew raġunijiet għat-terminazzjoni ta' drittijiet irreġistrati, fost oħrajn.
U fil-qasam tal-ippjanifikar urban: miżuri implimentattivi tal-ippjanar finali li jolqtu l-binjiet eżistenti, bejgħ lill-awtoritajiet muniċipali, trasferiment ta’ drittijiet ta’ użu fuq art urbana, kundizzjonijiet għall-permessi tal-ippjanar, proċeduri mibdija fil-qasam tal-ippjanifikar urban u appelli ppreżentati u d-deċiżjonijiet tal-qorti, fost oħrajn.
1.3. Miżuri oħrajn
Deċiżjonijiet tal-qorti li jaffetwaw il-kapaċità ta’ persuna fiżika jew ġuridika u d-deċiżjonijiet meħuda wara li jintlaħaq ftehim bejn il-kredituri jistgħu wkoll jiġu rreġistrati kull meta jkunu jirrigwardaw is-sjieda ta' proprjetà immobbli jew id-drittijiet in rem marbuta magħhom.
Barra minn hekk, permezz tar-reġistrazzjoni provviżorja, fir-Reġistru jistgħu jitniżżlu sitwazzjonijiet provviżorji li jaffetwaw id-drittijiet in rem marbuta mal-proprjetà immobbli. Pereżempju, proċeduri li jirrigwardaw drittijiet li jistgħu jiġu rreġistrati, konfiska, deċiżjonijiet li ma jkunux għadhom saru finali, ordnijiet tal-qorti li permezz tagħhom jiġi pprojbit l-aċċess għall-proprjetà, liġi tal-wirt u miżuri simili.
Żgur li s-sistema tar-Reġistru Spanjol hija wara mill-iktar sistemi fis-żgur fid-dinja.
Hija Reġistru ta’ drittijiet. Id-drittijiet li jitniżżlu fir-Reġistru jiġu protetti mill-qrati, li jfisser li ħadd ma jista’ jiċċaħħad minnhom sakemm ma jkunx hemm sentenza fi proċeduri legali li jinvolvu s-sid reġistrat li tiddeċiedi l-kuntrarju.
Barra minn hekk, is-sistema legali tistipula sensiela ta' preżunzjonijiet legali fir-rigward tad-drittijiet irreġistrati, li huma msejsa fuq il-prinċipju tal-awtorità tar-Reġistru.
F’każ ta’ kunflitt bejn is-sitwazzjoni attwali u dik imniżżla fir-Reġistru, id-dikjarazzjonijiet fir-Reġistru jitqiesu li huma affidabbli minħabba l-prinċipju tal-pubblikazzjoni.
Il-prinċipju tal-pubblikazzjoni huma magħmul minn żewġ elementi prinċipali :
L-element proċedurali – is-sidien irreġistrati jistgħu jiddefendu d-drittijiet irreġistrati tagħhom fil-qrati fejn ikunu qed jiġu kkontestati permezz ta’ ċertifikat mir-Reġistratur li jiddikjara l-validità bla kontradizzjoni tal-kwisjoni rilevanti. Għalhekk, l-oneru tal-prova jkun fuq il-persuna li tkun qed tikkontesta d-dritt irreġistrat.
L-element sostantiv – li għandu żewġ lati distinti:
Skont il-prinċipju ġenerali huwa meħtieġ li ssir ċertifikazzjoni pubblika biex isiru iskrizzjonijiet fir-Reġistru tal-Artijiet. Id-dokumenti jistgħu jingħataw validità minn Nutara, qrati jew awtoritajiet amministrattivi. Id-dokumenti privati jiġu aċċettati biss f’każijiet eċċezzjonali, pereżempju bħall-applikazzjoni biex jiġi rreġistrat wirt minn werriet wieħed, biex jiġu korretti xi difetti jew biex jiġi rreġistrat b’mod provviżorju self biex jinbnew jew jissewwew xi assi fissi.
Il-proċedura trid tintalab. Hlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, dan ifisser li trid tinbeda mill-persuna li tkun tixtieq li ssir l-iskrizzjoni.
Il-preżentazzjoni tad-dokument issir fir-Reġistru u ssir iskrizzjoni tal-preżentazzjoni fil-ġurnal, li tkun valida għal sittin jum tax-xogħol.
Id-dokument jista’ jiġi ppreżentat b’wieħed minn ħames modi: elettronikament, personalment, bil-posta, fil-faks jew permezz ta’ Reġistru tal-Artijiet ieħor. Fil-każ tal-aħħar żewġ modi, id-dokument irid ikun ippreżentat personalment fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol.
Ir-Reġistratur jieħu r-responsabbiltà li jikklassifika d-dokument fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol.
Jekk jiddeċiedi li jirreġistrah, issir l-iskrizzjoni. Imbagħad, id-dokument jintradd lura lill-persuna li tkun ippreżentatu, flimkien ma' nota ta' qiegħ il-paġna, iffirmata mir-Reġistratur b'dikjarazzjoni li l-istess dokument ġie pproċessat.
Jekk ir-Reġistratur jinnota li jkun hemm difett fid-dokument huwa jiddeċiedi li ma jirreġistrahx. Id-deċiżjoni tar-Reġistratur għandha tindika fil-Fatti u Prinċipji Legali, ir-raġunijiet għaliex id-dokument ma jkunx ġie rreġistrat. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-persuna li tippreżenta d-dokument u lin-nutar li jkun awtorizza l-d-dokument, jew lill-qrati jew lill-awtorità amministrattiva li jkunu ħarġuh. Ir-Reġistratur jestendi awtomatikament l-iskrizzjoni tal-preżentazzjoni b’sittin jum ieħor mill-aħħar jum li fih ikunu saru n-notifiki msemmija hawn fuq.
Jekk ir-Reġistratur jiddeċiedi li ma jirreġistrax dokument, il-persuna kkonċernata tista’ tikkoreġi d-difett, jekk ikun possibbli, jew tappella mid-deċiżjoni tar-Reġistratur. Hemm il-possibilità li jsiru tliet tipi ta’ appelli differenti:
Dan jinsab stipulat fl-atti leġiżlattivi li ġejjin: it-tielet dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 8/1989 dwar it-Tariffi; L-Artikolu 294 tal-Liġi dwar l-Ipoteki u l-Artikoli 589-619 tar-Regolament dwar l-Ipoteki.
Dawn it-tariffi huma pubbliċi, jiġifieri jinsabu f’att leġiżlattiv ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat. Fir-Reġistri tal-Artijiet kollha hemm ukoll kopja kompleta tat-tariffi kollha disponibbli għall-pubbliku. It-Tariffi tar-Reġistraturi tal-Artijiet.
Ir-Reġistru tal-Artijiet huwa pubbliku għal dawk b’interess magħruf li jinvestigaw l-istat tal-proprjetà rreġistrata jew id-drittijiet in rem.
Jitqies li kwalunkwe awtorità, impjegat jew uffiċjal pubbliku li jkunu qed jaġixxu fil-qadi ta’ dmirijiethom, ikollhom interess leġittimu.
It-taqsira tal-estratt mir-reġistru ("nota simple") għandha skop purament informattiv u mhix rappreżentazzjoni awtentika tal-kontenut tal-iskrizzjoni, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tar-Reġistratur.
Kif tikseb taqsira tal-estratt. Hemm żewġ metodi:
Ċertifikat huwa kopja, traskrizzjoni jew trasferiment, f’forma kompleta jew f’forma ta’ taqsira, tal-kontenut tal-informazzjoni miżmuma fir-Reġistru, li wara li jiġi pproċessat mir-Reġistratur jikkostitwixxi l-mezz li bih tintwera n-natura awtentika tas-sitwazzjoni ipotekarja tal-proprjetajiet u tad-drittijiet.
Kif tikseb ċertifikat. Iċ-ċertifikati jinkisbu biss permezz ta’ talba bil-miktub. Din it-talba tista' tagħmilha personalment fir-Reġistru tal-Artijiet rilevanti. Ħlas: EUR 30.01 + il-VAT għal kull proprjetà.
Madankollu, bħalissa f’xi Reġistri tal-Artijiet (iżda mhux f’kollha) qed tiġi introdotta l-possibilità li l-applikazzjoni għal ċertifikat issir b’mezzi elettroniċi, permezz ta’ firma elettronika li tintagħraf mir-Reġistratur.
Il-proċedura hija sempliċi ħafna – jeħtieġ li ssegwi l-istruzzjonijiet fuq il-websajt li tidher hawn taħt:
Link: https://www.registradores.org/registroVirtual/init.do
Storikament, qabel il-leġiżlazzjoni attwali dwar il-piżijiet ipotekarji, fi Spanja kien hemm:
Minħabba l-bidliet ekonomiċi li seħħu fis-seklu 19 kien meħtieġ urġentement li tinħoloq sistema li setgħet tipprovdi ċertezza f’dak li jirrigwarda s-sjieda u t-trasferimenti ta’ proprjetà immobbi, tippromwovi l-affidabilità reġjonali u tevita l-użura u l-kawżi fil-qorti.
Il-Liġi tal-1861 dwar l-Ipoteki. Din il-liġi kienet ġiet mgħoddija bħala miżura legiżlattiva speċjali u urġenti minħabba li l-kodiċijiet unitarji kienu fallew. Il-ħsieb kien li tiġi integrata fil-Kodiċi Ċivili li kien se jsir fil-futur. Madankollu, il-Kodiċi Ċivili tal-1888 kien jirrispetta l-lat sostantiv tal-liġi tal-proprjetà, li ħafna minnha għadha tinsab fil-Liġi dwar l-Ipoteki.
Riformi komprensivi - Saru riformi komprensivi fil-Liġi dwar l-Ipoteki fl-1869, fl-1909 u fl-1944-46, flimkien ma’ għadd ta’ riformi parzjali.
Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni
Fi Spanja, ir-Reġistri tal-Artijiet jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-kwistjonijiet kollha marbuta magħhom jiġu riferuti lid-Direttorat Ġenerali tar-Reġistri u tas-Servizzi Notarli.
Spanja hija maqsuma f’żoni msejħa distretti ipotekarji (Distritos Hipotecarios). Kull Distrett Ipotekarju għandu Reġistru tal-Artijiet tiegħu miżmum minn Reġistratur tal-Artijiet.
All Registrars in Spain are members of the Association of Land, Business and Movable Property Registrars of Spain.
Ir-Reġistraturi jżommu r-reġistri li ġejjin:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
It‑354 reġistru Franċiż tal‑proprjetà huma indipendenti minn xulxin u m’hemm l‑ebda rabta bejniethom.
Barra minn hekk, fi Franza m’hemm l‑ebda portal tal‑internet li jippermetti lin‑nies sabiex jikkonsultaw dawn ir‑reġistri.
M’hemm l‑ebda reġistru ta’ ipoteki fir‑reġjun ta’ Alsace-Moselle, fil‑Lvant ta’ Franza. Fit‑tliet żoni amministrattivi li jifformaw dan ir‑reġjun, is‑servizz ta’ reġistrazzjoni tal‑artijiet jinkiseb permezz tal‑ktieb tal‑proprjetà.
Il‑proċedura sħiħa għall-konsultazzjoni tal-ktieb tal‑proprjetà hija fil‑proċess li tiġi emendata minħabba li l‑proċess ta’ kompjuterizzazzjoni, li beda 20 sena ilu, intemm.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tal-Italja.
Ir-Reġistru tal-Artijiet Taljan jinżamm mill-Agenzia del Territorio, entità pubblika mhux ekonomika li topera taħt il-kontroll tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi, kif ukoll twettaq funzjonijiet katastali (proprjetà).
Ir-reġistri jfornu informazzjoni dwar kuntratti ta’ trasferiment ta’ pussess u dwar drittijiet oħra dwar l-art, kif ukoll dwar l-istabbiliment u t-tħassir ta’ ipoteki.
Barra minn hekk, il-Provinċja ta’ Trento u Bolzano, li hija awtonoma, iżomm ir-reġistru tagħha stess. Din tforni l-aktar informazzjoni katastali (proprjetà).
L-aċċess għar-reġistri huwa soġġett għall-ħlas ta’ taxxa. Għaldaqstant, il-proċedura għall-aċċess onlajn teħtieġ ir-reġistrazzjoni minn qabel mas-servizzi finanzjarji onlajn tal-Poste Italiane (is-Sistema Postali Taljana).
Ir-reġistru tal-Provinċja ta’ Trento u Bolzano huwa aċċessibbli biss għall-utenti reġistrati.
L-informazzjoni li tinżamm fir-reġistri tal-artijiet hija organizzata skont is-suġġett (persuna fiżika jew legali). Tista’ tfittex l-informazzjoni skont il-persuna, il-proprjetà jew il-kuntratt.
Il-kompjuterizzazzjoni tal-informazzjoni reġistrata bdiet fl-1986. Wara riorganizzazzjoni kbira fil-Ministeru tal-Finanzi, il-katast u r-reġistri tal-artijiet tal-Italja ġew integrati taħt amministrazzjoni waħda, u t-trasferiment elettroniku beda fl-1995. L-aħħar riforma komprensiva fl-amministrazzjoni finanzjarja stabbiliet erba’ aġenziji fiskali awtonomi (inkluż l-Agenzia del Territorio, li ilha topera mill-1 ta’ Jannar 2001). Il-kompjuterizzazzjoni tas-servizzi żdiedet, li wasslet għas-sistema ta’ informazzjoni elettronika li hemm bħalissa, li tnediet fil-bidu tal-2007.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-amministrazzjoni tar-reġistri tal-artijiet hija r-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Artijiet u tas-Servejs (Τμήμα Κτηματολογίου και Χωρομετρίας) tal-
Ministeru tal-Intern (Υπουργείο Εσωτερικών). Partijiet kbar mir-reġistri tal-artijiet ġew ikkompjuterizzati waqt l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Artijiet (SIA) (Σύστημα Πληροφοριών Γης (ΣΠΓ), li bdiet f’Settembru 1995. Is-SIA tinkludi erba’ bażijiet tad-dejta: bażi tad-dejta legali (κτηματολογική βάση), bażi tad-dejta fiskali (εκτιμητική βάση), bażi tad-dejta diġitali/katastali (γεωγραφική/κτηματική βάση) u bażi tad-dejta tas-servejs (χωρομετρική βάση).
Ir-Reġistru tal-Artijiet ta’ Ċipru jinkludi informazzjoni dwar l-identità ta’ kull biċċa art irreġistrata jew ta’ kull unità ta’ proprjetà immobbli rreġistrata. Iktar importanti minn hekk, jinkludi r-referenza għas-servej tal-biċċa art jew tal-unità, il-post fejn tinsab, deskrizzjoni, l-erja tas-superfiċje, il-valur fiskali u kwalunkwe ħlasijiet in rem, ipoteki jew djun fuq il-proprjetà, kuntratti ta’ bejgħ, servitujiet, kirjiet, ftehimiet restrittivi jew informazzjoni relatata oħra. Ir-reġistru jinkludu wkoll dettalji tal-proprjetarju jew tal-proprjetarji, is-sehem ta’ kull proprjetarju kif ukoll kif u meta kienet akkwistata l-proprjetà.
Fl-14 ta’ Lulju 2009, fil-bażi tad-dejta legali ġie rreġistrat total ta’ 1,082,660,000 proprjetà f’Ċipru ħieles u fil-parti okkupata (jiġifieri 85.25%).
M’hemm l-ebda aċċess pubbliku għar-reġistru tal-artijiet u għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Artijiet. Il-partijiet interessati biss jistgħu jitolbu informazzjoni dwar il-proprjetà li jkollhom interess leġittimu fiha.
Il-ħlasijiet li jsiru sabiex jinkiseb ċertifikat ta’ tiftix mid-Dipartiment tal-Artijiet u tas-Servejs ivarjaw skont l-informazzjoni mitluba.
Ċertifikat ta’ tiftix
(a) għal proprjetà rreġistrata lil persuna msemmija, għal kull villaġġ jew parroċċa | € 1.71 |
(b) għal proprjetà rrekordjata lil persuna msemmija, għal kull villaġġ jew parroċċa | € 0.85 |
(c) għal isem il-proprjetarju rreġistrat ta’ proprjetà rreġistrata speċifikata, għal kull proprjetà | € 0.85 |
(d) għall-istorja ta’ jew għall-ħlasijiet in rem fuq proprjetà speċifikata jew għal kwalunkwe informazzjon oħra fejn m’hemm l-ebda ħlas preskritt, għal kull siegħa tiftix | € 8.54 |
F’Ċipru, skont il-leġiżlazzjoni kurrenti, il-partijiet interessati biss għandhom aċċess għar-reġistri tal-artijiet. L-informazzjoni tingħata fil-forma ta’ ċertifikat imsejjaħ “ċertifikat ta’ tiftix” (πιστοποιητικό έρευνας). Ċertifikat ta’ tiftix jinħareġ darba biss ladarba tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni u jsir il-ħlas preskritt lid-Dipartiment tal-Artijiet u tas-Servejs. L-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati permezz tal-formola Ν.50 u jistgħu jiġu ppreżentati fi kwalunkwe Uffiċċju tal-Artijiet (Κτηματολογικό Γραφείο) minn kwalunkwe parti interessata jew mill-aġent jew mill-avukat tagħha. Skont l-Artikolu 51A fil-Kapitolu 224 tal-Liġi dwar il-Proprjetà Immobbli (Dritt għall-Proprjetà ta’ Art, Reġistrazzjoni u Valutazzjoni) (O περί Ακίνητης Ιδιοκτησίας (Διακατοχή, Εγγραφή και Εκτίμηση) Νόμος), “parti interessata” tfisser il-proprjetarju, is-suċċessuri fid-dritt universali jew speċifiċi tiegħu, il-proprjetarju ta’ kwalunkwe siġra, bini jew oġġett ieħor fuq l-art li tappartjeni lil persuna oħra u viċe versa, persuna bi kwalunkwe dritt jew interess fil-proprjetà immobbli, persuna li tissodisfa lid-Direttur li hija xerrejja prospettiva jew persuna li tissellef flus b’kuntratt ta’ ipoteka, l-attur fi kwalunkwe rikors kontra l-proprjetarju tal-proprjetà, valutatur professjonali li jeħtieġ ċerta informazzjoni sabiex jivvaluta ċerta proprjetà immobbli b’konnessjoni ma’ bejgħ mandatorju u kwalunkwe persuna li ma ġietx speċifikata diġà li d-Direttur jordna li għandha tingħatalha dik l-informazzjoni.
Ċertifikat ta’ tiftix jinħareġ fuq il-formola Ν.51 mill-Uffiċċju tal-Artijiet responsabbli mir-reġistru jew mill-ktieb fejn l-informazzjoni tkun irreġistrata, iffirmat u ttimbrat bis-siġill tad-Dipartiment u mgħoddi jew impostat lill-applikant.
Il-bażi tad-dejta li kienet il-prekursur għar-reġistru tal-artijiet kurrenti nbdiet fl-aħħar snin tal-Imperu Ottoman fil-21 ta’April 1858, bl-adozzjoni tal-Kodiċi Ottoman dwar l-Artijiet (Οθωμανικός Κώδικας περί Γαιών). L-iskop prinċipali tar-reġistru tal-artijiet f’dak iż-żmien kien li tiġi rreġistrata l-art, speċjalment l-art li kienet proprjetà tal-Istat ipprovduta lill-bdiewa kerrejja, u li jiġu rreġistrati l-bejgħ u t-trasferimenti ta’ u l-ipoteki fuq il-proprjetà immobbli.
Dan ta lok għall-ewwel reġistri, fejn bdew jiġu rreġistrati l-atti kollha ta’ kuljum.
Fl-1860 għaddiet leġiżlazzjoni ġdida li kienet teħtieġ valutazzjoni u reġistrazzjoni mandatorji u sistematiċi tal-forom kollha ta’ proprjetà u l-provvista tal-kuntratti rilevanti tad-drittijiet għall-artijiet (‘Γιοκλάμα’). L-art f’kull villaġġ kienet suġġetta għal servej approssimattiv u tniżżlet f’reġistri separati u l-persuni interessati kellhom jagħmlu ħlasijiet ta’ reġistrazzjoni sabiex jiksbu dokument li juri li kellhom dritt għal art. Il-persuni li ma ħallsux ma ngħatawx dan id-dokument u l-annotazzjonijiet korrispondenti fir-reġistri tħallew bla data u skadew mill-1943 ’il quddiem.
Fl-4 ta’ Ġunju 1878, meta t-Torok ċewdew drittijiethom fuq Ċipru lill-Brittanja, il-Brittaniċi żammew is-sistema fis-seħħ kif kienet u min-naħa tagħhom użaw ir-“reġistru tal-artijiet” bħala mezz biex jimponu u jiġbru t-taxxi.
Madankollu, fl-1890, minħabba d-diffikultajiet ikkawżati minn daqstant reġistri differenti kien deċiż li kien hemm ħtieġa urġenti li jiġu tradotti għall-Ingliż u kkonsolidati f’reġistru wieħed ġdid. L-annotazzjonijiet kollha fir-reġistri l-antiki kienu ttrasferiti eżattament kif kienu fid-data tat-trasferiment f’dan ir-reġistru l-ġdid li kien ippreparat f’kull villaġġ separatament.
Fl-1904, ingħata bidu għal servej ta’ Ċipru fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar is-Servej għal Fini ta’ Dħul (Ο περί Χωρομετρήσεως για σκοπούς προσόδων Νόμος) Nru. 5 tal-1890, sabiex is-sistema ta’ reġistrazzjoni ssir iktar affidabbli u effiċjenti.
Filwaqt li kienu għaddejjin is-servejs u l-iddisinjar tal-mapep ta’ Ċipru (kif inbdew fl-1904), ġiet mgħoddija l-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Valutazzjoni tal-Proprjetà Immobbli (Ο περί Εγγραφής και Εκτιμήσεως Ακινήτου Ιδιοκτησίας Νόμος) Nru. 12 tal-1907 sabiex ikunu rreġistrati u jsiru servejs tal-proprjetajiet immobbli kollha sal-1929.
Ladarba ntemmew is-servejs u l-mapep, ġiet ivvalutata u rreġistrata l-proprjetà immobbli fir-reġistru tal-artijiet. Ir-reġistru kien jinkludi l-informazzjoni kollha li kienet tiddefinixxi kull proprjetà immobbli separata u l-isem u l-interess ta’ kull proprjetarju. Wara r-reġistrazzjoni, l-Istat ħareġ lill-proprjetarju dokument uffiċjali li juri li kellu dritt għall-art.
Ir-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli f’Ċipru ntemmet fl-1929. Din il-proċedura tat lok għal tliet reġistri, li għadhom jintużaw sal-lum:
Meta ġie mgħoddi l-Kapitolu 224 tal-Liġi dwar il-Proprjetà Immobbli (Dritt għall-Proprjetà tal-Art, Reġistrazzjoni u Valutazzjoni) u tniżżel fil-ktieb tal-istatuti fl-1 ta’ Settembru 1946, il-liġijiet Ottomani u ħafna mil-liġijiet kolonjali sussegwenti kienu rrevokati, inkluża l-Liġi Nru. 12 tal-1907 (li kienet għadha fil-ktieb tal-istatuti), u ġiet introdotta bażi ġdida u moderna għar-reġistrazzjoni, għad-dritt għall-proprjetà tal-art u għall-valutazzjoni tal-proprjetà immobbli.
Il-kompjuterizzazzjoni tar-reġistru tal-artijiet inbdiet fl-1995 u għaddejja b’ritmu tajjeb.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat Latvjan u s-sistema ta' informazzjoni katastali Latvjana.
Hemm żewġ reġistri fil-Latvja:
Ir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat Latvjan huwa mmaniġġjat u miżmum mill-
Amministrazzjoni tal-Qorti (Tiesu administrācija).
Il-proprjetà immobbli hija rreġistrata fir-reġistri tal-artijiet u d-drittijiet tal-proprjetà relatati huma rreġistrati hemm. Ir-reġistri tal-artijiet huma aċċessibbli għall-pubbliku u l-entrati fir-reġistru huma uffiċjali. Ir-reġistri tal-artijiet huma mmaniġġjati mill-unitajiet tar-reġistru tal-artijiet tad-distrett jew tal-qrati tal-belt (rajona tiesa jew pilsētas tiesa).
Ir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat huwa bażi tad-dejta elettroniku li jaħżen ir-reġistri tal-artijiet, il-kotba ta' reġistrazzjonijiet u indiċi alfabetiku b'mod permanenti mingħajr emendi, u jippermetti li din id-dejta tidher fuq skrin tal-kompjuter u tiġi stampata minn kompjuter.
Ir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat jiffoka fuq iċ-ċirkustanzi legali u fattwali tal-proprjetà immobbli u għandu informazzjoni dwar kwistjonijiet ġenerali, fosthom:
Ir-reġistri tal-artijiet jikkonsistu f'portafolli maqsumin f'erba' partijiet.
L-ewwel parti tintuża sabiex tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar:
It-tieni parti tintuża sabiex tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar:
It-tielet parti tintuża sabiex tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar:
Ir-raba' parti tintuża sabiex tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar:
Il-funzjoni ta' tfittxija għall-proprjetà immobbli hija b'xejn. Madankollu, hemm tariffa ta' EUR 4,27 sabiex tara l-portafoll.
It-tariffa tas-sottoskrizzjoni kuntrattwali kull xahar hija ta' EUR 49,80, u t-tariffa sabiex tara l-portafoll hija ta' EUR 2,85.
Tista' tfittex l-informazzjoni dwar il-proprjetà immobbli rreġistrata fir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat permezz ta':
L-informazzjoni dwar il-proprjetà immobbli hija disponibbli mill-Amministrazzjoni tal-Qorti li żżomm ir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat, mill-unitajiet tar-reġistru tal-artijiet tad-distrett u l-qrati tal-belt, u minn fuq l-internet.
L-awtoritajiet nazzjonali u l-uffiċjali li l-Amministrazzjoni tal-Qorti ttihom informazzjoni mill-kotba ta' reġistrazzjonijiet, il-kawżi ta' proprjetajiet immobbli u l-indiċi ta' persuni huma stipulati mir-Regolament tal-Kabinett.
Dan huwa perjodu sinifikanti fl-iżvilupp operazzjonali tar-reġistru tal-artijiet, wara l-pass miftiehem għar-reġistri tal-artijiet kompjuterizzati u l-ħolqien tar-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat Latvjan. Għaddejja tranżizzjoni gradwali u mmirata għal reġistru tal-artijiet modern u elettroniku, mill-akkwiżizzjoni tal-ewwel kompjuters, li ntużaw bħala tajprajters, għall-ħolqien tas-sistema ta' reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli, il-konverżjoni tal-informazzjoni tar-reġistri tal-artijiet kollha minn fuq karta għal format elettroniku, u l-unifikazzjoni tal-bażijiet tad-dejta tas-27 unità tar-reġistru tal-artijiet tad-distrett jew tal-qorti tal-belt kollha kemm huma f'bażi tad-dejta tar-reġistru tal-artijiet wieħed nazzjonali, li tkun l-unika bażi tad-dejta li jkollha informazzjoni rikonoxxuta legalment.
L-1998 kienet sena sinifikanti fil-proċess tal-kompjuterizzazzjoni, għaliex saru emendi fil-Liġi dwar ir-Reġistru tal-Artijiet, fejn żdied kapitolu ġdid dwar ir-reġistru tal-artijiet kompjuterizzat. Wara dawn il-bidliet kien jeħtieġ ammont sostanzjali ta' xogħol sakemm, fl-ewwel nofs tal-2001, l-unitajiet kollha gradwalment ingħaqdu fir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat. Fl-istess waqt tal-introduzzjoni tas-sistema ta' reġistrazzjoni tar-reġistru tal-artijiet, sar xogħol sabiex jiġi żviluppat it-tixrid u tittejjeb il-websajt.
Ir-reġistru kompjuterizzat jinżamm bl-objettiv li tinħażen id-dejta kollha dwar ir-reġistru tal-artijiet f'bażi tad-dejta waħda ċentrali. Id-dejta f'din il-bażi tad-dejta unifikata biss għandha forza ġuridika u l-persunal tal-unità tar-reġistru tal-artijiet biss għandu aċċess għal din id-dejta. Il-prinċipji li bihom huma organizzati r-reġistri tal-artijiet baqgħu ma nbidlux waqt il-kompjuterizzazzjoni – il-ġurisdizzjoni territorjali nżammet u, bħal qabel, l-unitajiet tar-reġistru tal-artijiet jaċċettaw talbiet sabiex jiddaħħlu reġistrazzjonijiet u jiġu adottati deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni tal-proprjetà u dwar ir-reġistrazzjoni ta' drittijiet tal-proprjetà relatati fir-reġistru tal-artijiet.
Il-5 ta' Lulju 2001 huwa meqjus bħala d-data ta' tnedija tar-reġistru tal-artijiet kompjuterizzat. F'dan il-jum ir-reġistru ċentrali kkompjuterizzat beda jaħdem u l-websajt http://www.zemesgramata.lv/ saret disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Il-websajt jagħti aċċess għal informazzjoni dwar statistiki tal-unitajiet tar-reġistru tal-artijiet, aħbarijiet u pubblikazzjonijiet relatati mar-reġistru tal-artiiet, l-indirizzi u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-unitajiet tar-reġistru tal-artijiet, it-tariffi, id-dokumenti mitluba meta żżur unità tar-reġistru tal-artijiet u, l-aktar importanti, l-informazzjoni dwar kull proprjetà li tiddaħħal fir-reġistru tal-artijiet, il-proprjetarju tagħha, servitujiet u gravami.
L-Amministrazzjoni tal-Qorti ilha responsabbli kompletament għaż-żamma organizzattiva u teknika tar-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat mill-1 ta' April 2004.
Sal-1 ta' Diċembru 2012 l-għadd ta' portafolli tal-proprjetà immobbli miftuħin fir-reġistri tal-artijiet kien ta' 1,2 miljun. Kull xahar jiġu kkonsultati 145 000 portafoll fir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat.
Is-sistema ta' informazzjoni katastali Latvjana hija sistema kontabilistika unifikata tal-proprjetà immobbli li tipprovdi, iżżomm u tapplika dejta testwali u spazjali aġġornata uffiċjali dwar il-proprjetà immobbli li tinsab fir-Repubblika tal-Latvja, l-unitajiet ta' art, l-istrutturi, il-gruppi tal-bini u s-sezzjonijiet tal-unitajiet tal-art li jagħmlu parti minn din il-proprjetà immobbli, u anke l-proprjetarji, id-denteturi legali u l-utenti.
Hija miżmuma mis-Servizz ta-Art tal-Istat (Valsts zemes dienests).
Il-proprjetà fil-Latvja hija magħmula minn dawn l-erba' tipi:
Bħala kategorija tal-proprjetà immobbli, l-art tkopri l-proprjetà immobbli fis-sens wiesa' tal-kelma, jiġifieri l-art flimkien mal-istrutturi li jappartjenu għall-proprjetarju, kif ukoll il-proprjetà li tikkonsisti f'art mhux żviluppata. Il-proprjetà fil-forma ta' struttura hija l-proprjetà immobbli li tinkorpora biss struttura li tinsab fuq art li tappartjeni lil proprjetarju differenti. Il-proprjetà fil-forma ta' appartment f'bini li jikkonsisti f'għadd ta' residenzi li jappartjenu lil diversi proprjetarji hija l-proprjetà ta' kull proprjetarju individwalment, flimkien ma' parti nozzjonali tal-proprjetà komuni rispettiva.
L-informazzjoni katastali tikkonsisti fi:
Id-dejta katastali tintuża għal dawn l-iskopijiet:
Il-portal tal-pubblikazzjoni tad-dejta tas-Servizz tal-Art tal-Istat jagħti aċċess bla ħlas għal informazzjoni bħan-numru katastali ta' proprjetà; id-deskrizzjoni katastali ta' unità tal-art, struttura jew grupp ta' bini; l-indirizz ta' unità tal-art, struttura jew grupp ta' bini; it-titolu tal-proprjetà; in-numru tal-portafoll tar-reġistru tal-artijiet (meta d-drittijiet tal-proprjetà jkunu ġew reġistrati fir-reġistru tal-artijiet); jew rappreżentazzjoni viżwali tal-lok ta' unità tal-art jew struttura li tuża simbolu fuq mappa satellitari (M 1:50 000).
It-tariffa sabiex tara aktar informazzjoni katastali dettaljata (mingħajr sottoskrizzjoni) hija ta' EUR 2,85 għal kull proprjetà li tara, inklużi l-komponenti katastali tagħha.
L-informazzjoni dwar il-portal hija disponibbli wkoll għall-utenti awtorizzati li ffirmaw kuntratt ta' sottoskrizzjoni. L-informazzjoni dwar it-twaqqif ta' kuntratt mas-Servizz tal-Art tal-Istat hija disponibbli hawnhekk.
Is-sistema ta' informazzjoni katastali tista' tintuża sabiex issib proprjetà, unitajiet tal-art, strutturi u gruppi ta' bini. Aktar informazzjoni dwar l-użu tal-funzjoni tat-tiftix hija disponibbli hawnhekk.
Is-sistema ta' informazzjoni katastali tal-lum tmur lura sal-1992. It-tnedija tagħha ħabtet mar-riforma agrarja, li kienet parti essenzjali mir-ritorn tal-Latvja lejn l-indipendenza u t-tranżizzjoni għall-ekonomija tas-suq. Id-drittijiet tal-individwi li jippossiedu art iġġeddu uffiċjalment fl-1993.
Il-kontenut tas-sistema ta' informazzjoni katastali Latvjana żdied gradwalment. Fl-ewwel erba' snin tat-twaqqif mill-ġdid tagħha fil-bidu tad-disgħinijiet ġew reġistrati biss unitajiet tal-art, il-pussess tal-art u l-użu tal-art. Fl-1996 bdiet tiġi reġistrata wkoll dejta dwar l-istrutturi u mill-2000 bdiet ir-reġistrazzjoni sħiħa tal-appartamenti.
Fl-ewwel tmien snin ta' ħidma tagħha, is-sistema tal-informazzjoni katastali kienet iddedikata prinċipalment għall-ġbir tad-dejta u r-reġistrazzjoni primarja ta' din id-dejta. Mill-2001 il-prijorità ewlenija kienet li l-informazzjoni tinżamm aġġornata u li tiġi żgurata l-kwalità tagħha.
100% tat-territorju nazzjonali huwa rreġistrat fis-sistema ta' informazzjoni katastali u r-reġistrazzjonijiet huma mmaniġġjati f'format diġitali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja.
Tista’ ssib proprjetà immobbli – inkluż art, bini u fondi separati – fir-reġistru ta' proprjeta' immobbli tal-Litwanja (Lietuvos nekilnojamojo turto registras). Hija disponibbli kemm dejta fattwali kif ukoll legali.
Id-dejta fattwali dwar il-proprjetà tikkonsisti fit-tip ta’ informazzjoni li ġejjin:
Id-dejta legali dwar il-proprjetà tinkludi:
Ir-reġistru huwa miżmum mill-intrapriża tal-istat ċentru tar-reġistri (Registrų centras) u huwa superviżjonat mill-Ministeru tal-Ġustizzja.
Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-siti elettroniċi tal-Amministratur tar-reġistru tal-proprjeta' immobbli tal-Litwanja (Nekilnojamojo turto registro tvarkytojas) u r-
reġistru tal-proprjeta' immobbli (Nekilnojamojo turto registras).
Id-dejta dwar ir-reġistru tal-proprjetà immobbli hija disponibbli bi ħlas biss.
Tista’ tfittex fir-reġistru skont il-kriterji li ġejjin:
Ir-reġistru fih innifsu ġie stabbilit fl-1998, filwaqt li d-dejta mill-1958 hija miġbura fir-reġistru.
Intrapriża tal-istat Ċentru tar-reġistri (valstybės įmonė Registrų centras)
Informazzjoni dwar l-Artijiet Ewropea (Europos žemės informacijos tarnyba)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tal-Portal tagħtik introduzzjoni fil-qosor għar-reġistru tal-artijiet tal-Lussemburgu. Għad m’hemmx verżjoni elettronika tar-reġistru tal-artijiet.
Ir-reġistru tal-artijiet tal-Lussemburgu huwa l-proprjetà ta’ u jinżamm aġġornat mill-Awtorità tar-Reġistru tal-Artijiet u tat-Topografija tal-Istat tal-Lussemburgu.
Ir-reġistru jipprovdi t-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:
L-informazzjoni hija disponibbli bil-Lussemburgiż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.
L-ewwel nett, għad m’hemmx verżjoni elettronika tar-reġistru tal-artijiet. It-tieni nett, l-aċċess għall-verżjoni kartaċeja huwa bil-ħlas.
Ir-reġistru tal-artijiet kien stabbilit fl-1820.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Ungerija.
Ir-Reġistru tal-Artijiet Ungeriż huwa ġestit mill-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali (Vidékfejlesztési Minisztérium) u mill-Uffiċċji tal-Artijiet tal-Ungerija .
Is-sit elettroniku uffiċjali tal-Uffiċċji tal-Artijiet tal-Ungerija (magyarországi földhivatalok) joffri informazzjoni dwar in-netwerk mifrux mal-pajjiż kollu tal-uffiċċji tal-artijiet Ungeriżi, minbarra li jipprovdi aċċess għan-netwerk istituzzjonali kollu tal-amministrazzjoni tal-artijiet, b’dettalji dwar:
Tista’ tniżżel mis-sit formoli amministrattivi u taqra dwar is-servizz elettroniċi tagħna u dwar il-kundizzjonjiet biex tidħol fis-sistema. Hawnhekk, tista’ ssib anki l-leġiżlazzjoni rilevanti.
Mill-2003, l-utenti rreġistrati (il-korpi amministrattivi pubbliċi, il-banek, l-avukati, in-nutara pubbliċi, l-awtoritajiet muniċipali, aġenti tal-proprjetà immobbli, eċċ.) setgħu jaċċessaw is-servizzi onlajn (TAKARNET) tal-Uffiċċji tal-Artijiet.Id-dejta hija disponibbli soġġetta għal ħlas, f’konformità ma’ leġiżlazzjoni rilevanti.
F’Ġunju 2011 tnieda s-servizz tal-Uffiċċju Onlajn tal-Artijiet (Földhivatal Online), li ċ-ċittadini jistgħu jaċċessawh direttament mill-portal tal-Gvern permezz tal-ID ċentrali tal-"gateway tal-klijenti" (ügyfélkapu), u fejn jistgħu jużaw servizzi onlajn soġġetti għal ħlas, l-istess bħall-utenti rreġistrati.
Il-klijenti tal-Uffiċċju Onlajn tal-Artijiet jistgħu jaċċessaw firxa limitata ta’ dejta bla ħlas. Madankollu, is-servizz bla ħlas ikopri biss id-dejta deskrittiva dwar il-proprjetaijiet (l-ewwel taqsima tal-karta tal-proprjetà (tulajdoni lap)). Tista’ tfittex fil-bażi tad-dejta bin-numru tal-porzjon tal-art (helyrajzi szám) jew l-indirizz tal-proprjetà. L-utenti rreġistrati u ċ-ċittadini jistgħu jaċċessaw dawn is-servizzi onlajn 24 siegħa kuljum permezz tal-internet.
B’mod ġenerali, tista' tfittex fuq il-bażi ta':
L-utenti bi drittijiet speċjali (il-pulizija, l-awtoritajiet investigattivi, l-eżekuturi tal-qrati, in-nutara pubbliċi f’każijiet ta’ wirt) jistgħu jfittxu skont l-isem u d-dejta personali tal-proprjetarju u/jew tal-persuna intitolata.
L-isem uffiċjali tas-sistema legali u amministrattiva li timmaniġġja r-reġistru tal-proprjeta immobbli fl-Ungerija huwa s-“sistema unifikata tar-reġistri tal-artijiet” (egységes ingatlan-nyilvántartási rendszer). Din is-sistema hija meqjusa "unifikata" għaliex id-dejta katastali tal-pjanti u d-dejta legali (telekkönyv, ‘Grundbuch’) ġew immaniġjati f’forma integrata, kemm legalment kif ukoll istituzzjonalment, sa mill-1971. Netwerk istituzzjonali wieħed li jikkonsisti fl-uffiċċji tal-artijiet kollha huwa responsabbli mir-reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet legali u mill-bidliet fil-mapep tar-reġistrazzjoni tal-artijiet, u jipprovdi dejta u jwettaq kompiti oħra mal-artijiet u mal-proprjeta mibnija. Is-sistema unifikata tar-reġistru bbażat fuq it-titoli tal-Ungerija kienet l-ewwel tax-xorta tagħha fl-Ewropa.
Is-sistema Ungeriża għandha diversi skopijiet, minħabba li apparti l-attivitajiet tagħha li jkopru l-firxa sħiħa tar-reġistrazzjoni tal-artijiet hija twettaq numru ta’ kompiti oħra, bħat-twaqqif u l-manutenzjoni ta’ netwerk ta’ punti ta’ kontroll ġeodetiku, l-immappjar topografiku, il-konservazzjoni tal-artijiet, ir-reġistrazzjoni tal-kiri tal-artijiet u l-manutenzjoni tal-konfini amministrattivi.
Din il-bażi tad-dejta pubblika u kumplessa li fiha informazzjoni dwar l-artijiet agrikoli u l-proprjetà immobbli, jiġifieri dwar uħud mill-aktar komponenti importanti tal-ħajja ekonomika, tal-agrikoltura u taċ-ċirkulazzjoni tal-kreditu, hija mmaniġġjata mill-amministrazzjoni tal-artijiet b’mod integrat u tkopri t-territorju amministrattiv kollu tal-Ungerija. L-għan tas-sistema huwa li tgħin biex issaħħaħ id-dritt għall-proprjetà, ambjent b'saħħtu, libertà ta' impriża u kompetizzjoni, u li tirreġistra uffiċjalment sinjali naturali u artifiċjali billi tipprovdi sistema ta’ reġistrazzjoni tal-artijiet awtentikata pubblikament u infrastruttura ta’ dejta spazjali.
L-għan ġenerali huwa r-reġistrazzjoni u l-immaniġġjar uffiċjali tad-dejta dwar il-proprjetà kollha tal-artijiet u proprjetà oħra, filwaqt li tiżgura s-sigurtà tad-drittijiet tas-sjieda u intitolamenti oħra relatati mal-proprjetà billi jipprovdu sistema u infrastruttura tar-reġistrazzjoni tal-artijiet uniformi u awtentikata pubblikament.
Barra minn hekk, is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-artijiet unifikata għandha żewġ għanijiet speċifiċi. L-objettiv legali tar-reġistrazzjoni tal-artijiet huwa li tipproteġi d-drittijiet relatati mal-proprjetà immobbli u d-dokumenti uffiċjali, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi ċertezza għas-sidien u d-detenturi bona fide u tippromwovi l-użu profitabbli tal-proprjeta immobbli. Min-naħa l-oħra, il-mira ekonomika tas-sistema hija li sservi ta’ bażi uniformi għall-ippjanar u għat-twaqqif tal-obbligi finanzjarji, biex tiffaċilita l-governanza u l-investiment tal-proprjetà permezz tad-dispożizzjoni tad-dejta statistika, u biex tipprovdi servizzi lis-soċjetà kollha.
Portal tal-gvern (
Kormányzati portál)
Sit elettroniku uffiċjali tal-Uffiċċji tal-Artijiet tal-Ungerija (
A magyarországi földhivatalok hivatalos honlapja)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet ta’ Malta.
Ir-reġistru elettroniku tad-Dipartiment Malti tar-Reġistru tal-Artijiet huwa aċċessibbli biss għall-impjegati tar-Reġistru tal-Artijiet u għall-membri ta’ żewġ dipartimenti oħrajn tal-gvern li għandhom drittijiet ta’ qari biss.
L-informazzjoni inkluża fir-reġistru għadha ma tkoprix il-Gżejjer Maltin kollha u għadha qed tiġi kompilata, bil-possibbiltà li tkun provduta on line fil-ġejjieni. Madankollu, il-klijenti jistgħu jitolbu tiftix tar-reġistru billi jimlew il-formola rilevanti. Il-mistoqsijiet ġenerali jistgħu jiġu indirizzati wkoll lid-Direttur tar-Reġistru tal-Artijiet ta’ Malta, Casa Bolino, 116 Triq il-Punent, Valletta VLT 1535.
Tista’ anki ċċempel fuq +35621239777 jew tuża l-posta elettronika (email): land.registry@gov.mt
Le, l-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Malti huwa bi ħlas. Kull tiftixa tqum €4.66.
Il-klijenti jistgħu jitolbu tiftix tar-reġistru billi jimlew il-formola rilevanti.
Ir-reġistru nħoloq fl-1982 skont l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet, Kapitolu 296 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet Olandiż.
Ir-Reġistru tal-Artijiet Olandiż huwa l-proprjetà ta’ u jinżamm aġġornat mill-Kadaster (Katast, l-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet u tat-Tfassil tal-Mapep), awtorità pubblika responsabbli mid-drittijiet ta’ reġistrazzjoni u mill-interessi li jaffetwaw kwalunkwe proprjetà (inklużi l-art u l-bini) u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom (eż. id-daqs).
Le, l-aċċess huwa bi ħlas. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur is-sit elettroniku tal-Kadaster.
Il-professjonisti fl-Olanda li għandhom abbonament mar-Reġistru tal-Artijiet Olandiż jistgħu jagħmlu tiftix fih billi jużaw il-parametri ta’ tiftix li ġejjin:
L-informazzjoni kollha tintwera bl-Olandiż u l-kontijiet jintbagħtu darba fix-xahar.
L-utenti professjonali abbonati fil-pajjiżi parteċipanti fl-EULIS (is-Servizz Ewropew dwar Informazzjoni dwar l-Artijiet) jistgħu jagħmlu tiftix fir-Reġistru tal-Artijiet Olandiż billi jużaw il-parametri li ġejjin:
L-informazzjoni kollha tintwera bl-Ingliż; il-kontijiet jintbagħtu permezz tar-reġistru nazzjonali tal-artijiet ikkonċernat.
L-individwi jistgħu jfittxu fir-Reġistru tal-Artijiet Olandiż billi jużaw il-parametri li ġejjin:
L-informazzjoni kollha (għalkemm inqas minn dik ipprovduta lill-utenti professjonali) tintwera bl-Olandiż u l-ħlas jista’ jsir b’Mastercard, b’Visa Electron, b’Visa, b’American Express, b’Diners Club, b’iDEAL jew b’ċekk minn fuq l-Internet.
Tista’ ssib informazzjoni dwar il-proprjetà kollha mid-data meta twaqqaf il-Kadaster Olandiż (1832).
Bejn l-1981 u l-1985, il-Kadaster Olandiż qiegħed l-informazzjoni kollha li kellu dak iż-żmien f’sistemi kompjuterizzati. L-informazzjoni mill-1985 ’il quddiem hija disponibbli onlajn. L-impjegati tal-Kadaster għandhom aċċess għall-informazzjoni storika (1832-1985) li tinsab fl-arkivji diġitali.
Servizz Ewropew dwar Informazzjoni dwar l-Artijiet,
Katast (Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet u tat-Tfassil tal-Mapep )
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tal-Portal tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Awstrija.
Ir-reġistru tal-artijiet (Grundbuch) jipprovdi tweġibiet għal kwistjonijiet legali kif ukoll fattwali. Huwa jinkludi r-rekords tat-tranżazzjonijiet kollha dwar il-proprjetà li huma legalment vinkolanti fl-Awstrija.
Ir-reġistru tal-artijiet u l-arkivju elettroniku tad-dokumenti tiegħu huma disponibbli mill-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja Awstrijak
L-aċċess jinvolvi ħlas ċkejken. Biex tikseb aċċess, tista' tikkuntattja lil wieħed mill-fornituri jew lil "stabbilimenti tar-rilaxx" (Verrechnungsstellen) elenkati fit-taqsima tal-Grundbuch fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja Awstrijak
Billi ddaħħal l-isem tal-muniċipalità (Gemeinde) u n-numru tal-plott (l-Einlagezahl jew l-‘EZ’) jew in-numru tal-proprjetà, (Grundstücksnummer), tista’ tikseb l-informazzjoni li ġejja mill-bażi tad-dejta:
Din l-informazzjoni tinkludi d-dejta kollha li ġiet reġistrata riċentement. Fuq talba, tista’ tikseb anki d-dejta li tkun tħassret sakemm din tkun iddaħħlet wara l-bidla tar-reġistru għal verżjoni elettronika. Id-dejta l-antika hija disponibbli fuq il-karta biss.
Mhux possibbli li tikseb informazzjoni dwar persuni. Għal informazzjoni dwar persuni, il-partijiet interessati jridu japplikaw fl-uffiċju tar-reġistru tal-artijiet (Grundbuchsabteilung) ta' kwalunkwe qorti distrettwali (Bezirksgericht), u juru li jixtiequ jiksbu l-informazzjoni minħabba li għandhom interess legali.
Ir-reġistru l-antik tal-artijiet kien jirreġistra u jaħżen informazzjoni kartaċeja. Bejn l-1980 u l-1992, ir-rekords ġew trasferiti fil-bażi tad-dejta tar-reġistru tal-artijiet.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tal-Polonja.
Ir-reġistru tal-artijiet Pollakk (rejestr ksiąg wieczystych) huwa miżmum skont l-Att dwar ir-Reġistri tal-Artijiet u l-Ipoteki.
Skont l-Att, ir-reġistri tal-artijiet jinżammu sabiex jiġi stabbilit l-istat ġuridiku tal-propjetà. Ir-reġistri fihom din l-informazzjoni essenzjali:
Ir-reġistri tal-artijiet huma dokumenti pubbliċi aċċessibbli mill-pubbliku. Mill-1 ta' Ġunju 2010 l-aċċess għal reġistru tal-artijiet huwa possibbli elettronikament billi jiddaħħal in-numru tiegħu.
Barra minn hekk, tista' tinġieb kopja mir-reġistru tal-artijiet jew ċertifikat li jindika li r-reġistru ngħalaq.
Il-konsultazzjoni tar-reġistri tal-artijiet hija mingħajr ħlas.
Madanakollu, kopja mir-reġistru tal-artijiet jew ċertifikat li jindika li r-reġistru ngħalaq huma bi ħlas.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet Portuġiż.
Ir-reġistru tal-artijiet jinżamm mill-Uffiċċji tar-Reġistru tal-Artijiet, taħt id-direzzjoni tar-Reġistraturi tal-Artijiet, li huma parti mill-Instituto dos Registos e do Notariado (Istitut tar-Rekords u n-Nutara). Dawn l-uffiċji huma mifruxa mal-Portugall kollu, f'kull muniċipalità iżda l-ġuriżdizzjoni tagħhom mhix limitata skont il-post ġeografiku tagħhom u jistgħu jieħdu kwalunkwe miżura marbuta ma' kwalunkwe propjetà fil-Portugall.
L-għan prinċipali tar-reġistru tal-artijiet huwa li jipprovdi informazzjoni fuq l-istat ġuridiku tal-propjetà u jiżgura s-sigurtà tat-trasferiment tal-propjetà. Bħala regola ġenerali, ir-reġistru huwa obbligatorju għal kull kwistjoni marbuta mat-titoli sa mill-21 ta' Lulju 2008.
Ir-reġistru finali jikkostitwixxi preżunzjoni tal-eżistenza ta' dritt fuq il-propjetà li tappartjeni lill-possessur irreġistrat skont it-termini preċiżi stabbiliti fir-reġistru.
a) fatti ġuridiċi li jistabbilixxu l-eżistenza, ir-rikonoxximent, l-akkwist jew tibdil fid-dritt ta' propjetà, użufrutt, użu u l-abitazzjoni, jew servitujiet;
b) fatti ġuridiċi li jistabbilixxu l-eżistenza jew it-tibdil fis-sidien ta' appartamenti (propriedade horizontal) u d-dritt ta' residenza perjodika;
c) fatti legali li jħassru (convenções anuláveis) jew jikkanċellaw (convenções resolúveis) id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu a);
d) modifika fl-artijiet minħabba diviżjoni f'porzjonijiet, it-twaqqif tal-kopropjetà u d-diviżjoni mill-ġdid tal-art f'porzjonijiet, kif ukoll tibdil relatat;
e) is-sempliċi pussess;
f) wegħda ta' ċessjoni (alienação) jew ipoteka (oneração), ftehim ta' preferenza (pactos de preferência) u dispożizzjonijiet testamentarji, meta dawn jidħlu fis-seħħ, kif ukoll ċessjoni tal-pożizzjoni kuntrattwali minħabba l-fatti kkonċernati;
g) ċessjoni (cessão) ta' propjetà lill-kredituri:
h) ipoteka, ċessjoni jew modifika tagħha, ċessjoni tal-prijorità tad-dritt li għandha l-ipoteka u l-assenjazzjoni tal-kera (consignação de rendimentos);
i) it-trasferiment tad-debiti garantiti mill-ipoteka jew mill-assenjazzjoni tal-kera, fejn il-garanzija teħtieġ li tiġi trasferita;
j) l-għoti tal-propjetà immobbli bħala garanzija għar-riservi tekniċi tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, kif ukoll il-garanzija tar-responsabbiltà ta' min iħaddem;
l) il-kera finanzjarja u t-trasferiment tal-propjetà;
m) lokazzjoni li ddum aktar minn sitt snin u trasferiment tal-propjetà jew sullokazzjoni, ħlief għall-qbiela tar-raba';
n) sekwestru u dikjarazzjoni tal-insolvenza;
o) pleġġ, sekwestru, qbid u inventarju tal-assi garantiti b'ipoteka jew assenjazzjoni tal-kera u atti jew miżuri oħra li jaffettwaw dawn l-assi;
p) stabbiliment ta' 'fedekommessi' (apanágio) u l-emendi tagħhom;
q) obbligu (ónus) ta' kull tnaqqis f'donazzjoni soġġetta għar-rifużjoni;
r) piżijiet ta' dar għall-abitazzjoni bil-kera kontrollata (casa de renda limitada) jew l-introjtu fuq bini ta' din il-kategorija;
s) obbligu tal-ħlas tar-renta għall-każijiet tal-għajnuna lill-bdiewa;
t) rinunzja għall-kumpens, f'każ ta' esproprijazzjoni, għaż-żieda fil-valur tal-propjetà minħabba x-xogħol fuq l-immobbli f'żoni ħdejn toroq nazzjonali jew żoni koperti minn pjanijiet muniċipali ta' titjib;
u) restrizzjonijiet oħra fuq id-dritt ta' propjetà, piżijiet oħra u sitwazzjonijiet oħra li bil-liġi jridu jitniżżlu fir-reġistru;
v) konċessjoni tal-propjetà lill-gvern u t-trasferiment tal-propjetà, fejn trid tiġi reġistrata l-ipoteka fuq id-dritt konċess;
x) fatti legali li jaffetwaw it-terminazzjoni tad-drittijiet reġistrati, il-piżijiet jew l-obbligi.
z) it-titolu li jistabbilixxi impriża tat-turiżmu u l-emendi tiegħu.
L-atti li ġejjin ukoll iridu jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-artijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet finali wara l-għoti ta' sentenza finali, li l-għan prinċipali jew alternattiv tiegħu huwa:
a) ir-rikonoxximent, l-istabbiliment, l-emenda jew it-terminazzjoni ta' wħud mid-drittijiet msemmija fil-paragrafu ta' qabel, kif ukoll l-atti revokatorji;
b) ir-riorganizzazzjoni, id-dikjarazzjoni ta' nullità jew l-invalidità ta' reġistrazzjoni jew il-kanċellament tagħha;
c) proċeduri li l-għan tagħhom huwa li jiddikjaraw l-anness u l-inventarju, kif ukoll miżuri oħra li jaffettwaw it-trasferiment ħieles tal-propjetà, u l-miżuri rispettivi ddikjarati.
Il-fatti li jridu jitniżżlu fir-reġistru, anke jekk mhux reġistrati, jistgħu jitqajmu bejn il-partijiet jew l-eredi tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-iskrizzjoni ta' ipoteka, li għandha effett bejn il-partijiet biss jekk tiġi rreġistrata fir-reġistru.
Madankollu, każijiet li jridu jitniżżlu fir-reġistru għandhom effett kontra terzi mid-data tal-iskrizzjoni.
L-ewwel dritt irreġistrat jieħu preċedenza fuq drittijiet irreġistrati aktar tard fuq l-istess propjetà, fl-ordni tad-data tar-reġistrazzjonijiet, u, fl-istess jum, skont il-ħin li fih saru s-sottomissjonijiet korrispondenti.
Il-possibilità li tintlaqa' rikjesta għar-reġistrazzjoni tiġi eżaminata kontra d-dispożizzjonijiet ġuridiċi applikabbli, id-dokumenti preżentati u r-reġistrazzjoni ta' qabel. Tingħata attenzjoni speċjali fil-verifika tal-indirizz tal-bini, il-leġittimità tal-interess tal-partijiet interessati, il-validità formali tat-titoli u l-validità tal-atti li jagħtu t-titolu.
L-aħħar reġistrazzjoni li toħloq il-piżijiet permezz ta' atti ġuridiċi tiddependi fuq ir-reġistrazzjoni ta' qabilha fuq il-propjetajiet li l-piż japplika għalihom.
F'każ illi hemm reġistrazzjoni dwar il-propjetà għall-akkwist jew rikonoxximent ta' dritt li jista' jiġi trasferit jew għal sempliċi pussess, id-detentur rispettiv ta' kull titolu jrid jaġixxi sabiex issir reġistrazzjoni ġdida u finali, sakemm din is-sitwazzjoni mhix konsegwenza ta' reġistrazzjoni oħra minn qabel.
Bħala regola ġenerali, ir-reġistrazzjoni trid tintalab fi żmien 30 ġurnata mid-data li fiha ġew irreġistrati l-fatti jew mid-data tal-ħlas tat-taxxa fejn il-pagament irid isir wara l-istabbiliment tat-titolu (titulação) (f'każ ta' konsenja jew donazzjonijiet).
Il-prinċipju tal-interess leġittimu (princípio da instância) japplika għar-reġistru tal-artijiet, jiġifieri li r-reġistrazzjoni ssir fuq talba ta' persuna li qiegħda f'pożizzjoni leġittima biex titlob hekk. Dawn li ġejjin għandhom interess leġittimu biex jitolbu reġistrazzjoni fir-reġistru: is-soġġetti attivi u passivi tar-relazzjoni ġuridika kkonċernata, u, b'mod ġenerali, kull min għandu interess jew għandu obbligu li jippromwovi dan l-interess.
It-talba tista' ssir personalment, elettronikament, bil-feks jew bil-posta.
Ir-reġistrazzjonijiet isiru biss fejn jiġu ppreżentati wkoll dokumenti. Il-fatti marbuta mal-bini, bħala regola ġenerali, jitniżżlu f'kuntratt iċċertifikat minn uffiċjal pubbliku (escritura pública) jew minn dokument speċifiku u awtentikat (dokument awtentikat minn nutar, avukat, prokuratur legali jew reġistratur tal-artijiet u ppubblikat fuq is-sit elettroniku Predial Online).
Hemm mekkaniżmu obbligatorju li jipprovdi l-informazzjoni li tkun nieqsa, jew, jekk ir-reġistrazzjoni ma tistax issir kif mitlub, ir-reġistratur jikkuntattja lill-persuna li titlob ir-reġistrazzjoni biex tiġbor id-dokumenti kollha meħtieġa, sabiex ir-reġistrazzjoni ma tiġix miċħuda jew tingħata temporanjament.
Ir-reġistratur jirreġistra t-talba fi żmien għaxart ijiem mid-data tat-talba.
Jekk ir-reġistrazzjoni tiġi miċħuda jew ssir provviżorjament, minħabba xi dubji, il-persuna li tagħmel it-talba tiġi infurmata bir-raġunijiet u tista' tippreżenta appell amministrattiv kontenzjuz quddiem is-superjur tar-reġistru skont il-ġerarkija jew tappella l-qorti.
Ir-Regolament dwar it-tariffi għar-rekords u n-nutara (Regulamento Emolumentar dos Registos e do Notariado - Dekret-Liġi Nru 322-A/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001) jistabbilixxi t-tariffi għar-reġistru tal-artijiet.
Minbarra kopji stampati taċ-ċertifikati, l-informazzjoni tista' tiġi aċċessata faċilment onlajn fuq http://www.predialonline.pt/ permezz ta' ċertifikat elettroniku. Hemm informazzjoni aġġornata fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-bini u dwar l-applikazzjonijiet pendenti għar-reġistrazzjoni. L-aċċess huwa bbażat fuq pjan ta’ abbonament annwali, u jiswa €15. L-applikazzjoni trid issir permezz tan-numru deskrittiv tal-bini jew in-numru tat-taxxa tiegħu. Wara li jsir il-ħlas, kodiċi ta' ċertifikazzjoni jippermetti l-aċċess għall-informazzjoni.
Servizzi oħra
Fil-Portugall, huma disponibbli żewġ reġistri relatati mal-artijiet: Predial Online u Casa Pronta.
Kemm dokumenti awtentikati li jkunu proprjetà privata u li jixhdu atti legali kif ukoll dokumenti ta’ kanċellazzjoni tal-ipoteki jistgħu jittellgħu fis-sit. L-avviżi dwar it-trasferiment tal-bini lil entitajiet bi dritt legali ta’ preferenza (biex dawn ikunu jistgħu jħabbru l-intenzjoni tagħhom jeżerċitawx tali drittijiet jew le) jiġu aċċettati wkoll. Huwa wkoll possibbli li tikkonsulta dokumenti ppubblikati rigward il-bini skont il-proċeduri speċjali għal ġustifikazzjoni u korrezzjoni.
Jistgħu jintalbu wkoll reġistrazzjonijiet, fejn il-partijiet iridu jawtentikaw lilhom infushom permezz ta' ċertifikat diġitali.
Il-parti l-kbira tas-sit elettroniku Predial Online huwa disponibbli mingħajr ħlas. Madanakollu, Regulamento Emolumentar dos Registos e do Notariado (Dekret-Liġi Nru 322-A/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001) jistabbilixxi t-tariffi għall-aċċess għal ċerti taqsimiet tas-sit elettroniku, li huma riżervati għall-użu minn utenti awtentikati. L-awtentikazzjoni ssir permezz ta’ ċertifikat diġitali, u tirrigwarda b’mod partikolari r-reġistri onlajn (applikazzjoni u konsultazzjoni tal-istat tal-applikazzjoni) u d-depożitu tad-dokumenti (depożitu u konsultazzjoni).
Is-sit elettroniku jagħti aċċess għall-informazzjoni u ċ-ċertifikati marbuta mal-propjetà immobbli rreġistrata fir-reġistru tal-artijiet Portugiż
Is-servizz Casa Pronta joffri servizz sħiħ, sabiex isiru l-formalitajiet kollha relatati mal-akkwist u l-bejgħ, id-donazzjoni, l-iskambju, datio in solutio (dação pagamento), ta' fondi urbani, rurali jew imħallta, bi jew mingħajr self mill-bank, sat-trasferiment ta' self mill-bank għax-xiri ta' dar għall-abitazzjoni minn bank għall-ieħor jew l-għoti ta' self bl-iskrizzjoni ta' ipoteka fuq id-dar. Is-servizz ta' Casa Pronta jista' jintuża wkoll sabiex jiġi stabbilit id-dritt ta' propjetà tal-appartamenti (propriedade horizontal).
L-ewwel pass f'dawn il-proċeduri isir mar-reġistru tal-artijiet (conservatória) jew ma' bank, li għandhom aċċess għas-sit elettroniku permezz ta' username u password. Dan il-proċess jista’ jiġi segwit fi kwalunkwe ħin.
Is-sit elettroniku joffri lil kwalunkwe individwu l-opportunità li javża dwar it-trasferiment ta’ bini, sabiex l-entitajiet bid-drittijiet legali ta’ preferenza jkunu jistgħu jħabbru l-intenzjoni tagħhom li jeżerċitaw dawn id-drittijiet.
Regulamento Emolumentar dos Registos e do Notariado (Dekret-Liġi Nru 322-A/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001) jistabbilixxi t-tariffi ta' aċċess għal din il-proċedura.
B'tariffa ta' €15, is-sit elettroniku ta' Casa Pronta joffri lil kull individwu ċ-ċans li javża lil terzi bi trasferiment tal-bini.
Dan jagħti l-possibbiltà lill-entitajiet li jkollhom id-dritt legali ta’ preferenza biex iħabbru l-intenzjoni tagħhom li jeżerċitaw dak id-dritt. Madankollu, f’dan it-tieni każ, l-aċċess għas-sit huwa ristrett.
Barra minn hekk, l-entitajiet li ġejjin biss għandhom aċċess għas-sit elettroniku ta' Casa Pronta:
L-aċċess jinkiseb billi jiddaħħlu isem l-utent u password.
Ma tapplika l-ebda restrizzjoni għall-aċċess fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet biex jiġu eżerċitati d-drittijiet legali ta’ preferenza, li jistgħu jsiru mingħajr ħlas.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fir-Rumanija, bħalissa m’hemm l-ebda reġistru tal-artijiet nazzjonali disponibbli elettronikament.
Madankollu, tista’ ssib informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-artijiet mis-sit elettroniku tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Katast u tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tas-Slovenja.
Ir- Reġistru tal-Artijiet Sloven fih il-fatti ġuridiċi marbuta mal-proprjetajiet, bħalma huma s-sidien, l-ipoteki, u s-servitù.
Huwa disponibbli wkoll il-Katast tal-Artijiet li jiffoka fuq iċ-ċirkostanzi fattwali tal-propjetajiet.
Ir-Reġistru tal-Artijiet huwa ta’ u jiġi ġestit mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja..
L-aċċess pubbliku elettroniku għar-Reġistru tal-Artijiet huwa disponibbli fuq il-portal e-Sodstvohttps://evlozisce.sodisce.si/esodstvo/index.html. L-aċċess għad-dejta huwa mingħajr ħlas iżda tinħtieġ reġistrazzjoni minn qabel.
L-aċċess pubbliku għar-Reġistru tal-Artijiet huwa disponibbli wkoll fil-qrati lokali kollha tas-Slovenja, in-nutara u l-unitajiet amminisitrattivi, fejn l-individwi jistgħu jġibu kopja ċertifikata ta' estratt mir-Reġistru tal-Artijiet. L-estratti ċertifikati mir-Reġistru tal-Artijiet isiru bi ħlas.
Kif tagħmel tiftixa fir-Reġistru tal-Artijiet Sloven
Jista’ jkollok aċċess għad-dejta billi ddaħħal il-kriterji tat-tiftix li ġejjin:
L-istorja tar-Reġistru tal-Artijiet Sloven
Il-portal elettroniku l-ġdid ilu aċċessibbli mill-2011. Qabel din is-sena, l-informazzjoni kienet aċċessibbli fir-‘reġistru tal-artijiet’ il-qadim.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tas-Slovakkja.
Il- Portal tar-Reġistru tal-Artijiet Slovakk (Slovenský katastrálny portál) huwa ġestit mill-
Awtorità tal-Ġeografija, l-Kartografija u l-Katast tar-Repubblika Slovakka (Úrad geodésie, kartografie a katastra Slovenskej republiky), u awtorità tal-gvern ċentrali għar-reġistri tal-artijiet. Il-portal jiġi operat u mantnut mill-Istitut tal-Ġeografija u l-Kartografija ta' Bratislava (Geodetický a kartografický ústav Bratislava).
Il-Portal jipprovdi informazzjoni ġuridika u fattwali dwar is-sidien tal-propjetà immobbli. Il-Portal huwa aġġornat darba fil-ġimgħa b'dejta mogħtija mill-uffiċċji tar-reġistri tal-artijiet rispettivi. Ir-riċerka tista' ssir bl-Islovakk u bl-Ingliż. Il-Portal jipprovdi:
Id- dokument tas-sidien (list vlastníctva) jipprovdi informazzjoni dwar il-propjetà, is-sidien tagħha u d-drittijiet marbuta mal-propjetà, kif ukoll informazzjoni addizzjonali dwar drittijiet relatati mal-propjetà. B'mod aktar speċifiku, id-dokument fih:
Id-dokumenti huwa maqsum fi tliet partijiet:
Part A – Assi tanġibbli, li fiha jiġu mniżżla l-propjetajiet kollha soġġett għal drittijiet ta' propjetà, bid-dettalji dwar:
Parti B – Is-sidien jew persuni intitolati oħra, bid-dettalji dwar:
Part C – Piżijiet, dettalji dwar:
Il-Parti C ma tinkludix dejta dwar l-ammonti tad-dejn.
L-informazzjoni disponibbli fuq il-portal tar-Reġistru tal-Artijiet hija pprovduta mingħajr ħlas għal kulħadd.
Il-portal tar-Reġistru tal-Artijiet ilu disponibbli mill-2004. Minn Settembru tal-2007, l-informazzjoni pprovduta mill-portal bil-liġi hija mingħajr ħlas.
is-sit elettroniku tal-portal tar-Reġistru tal-Artijiet,
is-sit elettroniku tal-Awtorità Slovakka tal-Ġeografija, il-Kartografija u l-Katast
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet Finlandiż.
Ir-Reġistru tal-Artijiet Finlandiż huwa l-proprjetà ta’ u jinżamm aġġornat mill-Istħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet.
Ir-reġistru jiffoka kemm fuq iċ-ċirkustanzi legali tal-proprjetà, bħas-sistema legali, kif ukoll fuq iċ-ċirkustanzi fattwali, bħal isem sid il-proprjetà. Is-Sistema Nazzjonali tal-Informzzjoni dwar l-Artijiet tinkludi l-informazzjoni kollha li tiddaħħal fir-reġistru katastali u fir-reġistru tal-artijiet Finlandiżi, b’dan tal-aħħar jirreġistra l-jeddijiet għall-proprjetà, l-ipoteki u djun oħrajn.
Id-dejta tal-mapep katastali tiġi pprovduta mill-Istħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet tal-Finlandja, u 86 muniċipalità jżommu aġġornati r-reġistri tal-mapep katastali għaż-żoni koperti mill-pjanijiet urbani tagħhom. L-aġġornament tar-reġistru tal-artijiet se jkun ir-responsabbiltà tal-qrati distrettwali sal-31 ta’ Diċembru 2009, filwaqt li mill-1 ta’ Jannar 2010 se jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet tal-Finlandja. Is-sistema tintuża minn dawk kollha li jeħtieġu dejta katastali aġġornata fuq bażi regolari, bħall-banek, diversi awtoritajiet, l-aġenziji immobbiljari u n-nutara.
Le, trid tħallas biex ikollok aċċess.
Tiftixa skont il-mappa, skont l-identifikatur tal-unità tar-reġistru jew skont l-identifikatur tal-isem, tal-indirizz, tal-unità amministrattiva (muniċipali, subborg/raħal) u tal-intrapriża.
Tista’ ssib informazzjoni dwar:
Dejta attribwita tal-unità tar-reġistru, is-sid irreġistrat u l-indirizz tas-sid, u r-restrizzjonijiet possibbli għad-dritt għall-proprjetà kif ukoll is-sidien tat-trasferimenti ta’ partijiet irreġistrati; l-ipoteki, is-servitujiet u d-djun fuq unità rreġistrata, kiri rreġistrat.
Tingħata informazzjoni dwar kif l-utenti jistgħu jfittxu fir-reġistru (eż. l-indirizz tal-proprjetà).
Ir-reġistru ilu jinżamm aġġornat sa mill-1700.
Stħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet tal-Finlandja,
Sit elettroniku tal-EULIS
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli tal-Iżvezja, li r-reġistru tal-artijiet huwa wieħed minn ħames taqsimiet integrati tiegħu.
Ir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli, li r-reġistru tal-artijiet huwa parti minnu, huwa reġistru nazzjonali b'diversi użi li jipprovdi informazzjoni dwar:
Ir-reġisrtu tal-artijiet huwa mmaniġġjat mill-Awtorità Svediża tal-immappjar, il-katast u r-reġistrazzjoni tal-artijiet (Lantmäteriet).
L-informazzjoni mogħtija waqt żjarat personali jew permezz tat-telefon tingħata bla ħlas. L-informazzjoni tista' wkoll tintalab skont il-prinċipju tal-aċċess għad-dokumenti pubbliċi. Tapplika tariffa għall-aċċess elettroniku għar-reġistru, ħlief għas-servizz Min fastighet (il-proprjetà tiegħi) li jingħata bla ħlas.
Għadd ta’ servizzi ta’ tiftix elettroniku huma direttament disponibbli mill-websajt tal-Awtorità jew mill-aġenti tal-Awtorità (li jinsabu elenkati fil-websajt tal-Awtorità). Ħafna mis-servizzi jirrikjedu abbonament. L-aċċess huwa permezz tas-servizzi onlajn jew mis-selezzjoni u l-ipproċessar. Il-websajt tal-Awtorità toffri is-servizz wkoll
Huwa possibbli wkoll li jinkiseb aċċess għal informazzjoni minn pajjiżi oħrajn permezz tal-EULIS, is-Servizz Ewropew tal-Informazzjoni dwar l-Artijiet.
Il-ħolqien tar-reġistru elettroniku beda fl-1970. Il-ħżin tal-informazzjoni tlesta fl-1995. L-ambjent tekniku u l-mezzi tal-aċċess tar-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli ġew żviluppati gradwalment. Hemm pjanijiet biex tiġi introdotta pjattafoma teknika ġdida fjamanta għar-reġistru tal-artijiet. Il-xogħol f'dan is-sens beda u ser ikompli matul is-snin li ġejjin.
Is-Servizz Ewropew tal-Informazzjoni dwar l-Artijiet (Eulis)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdik b’introduzzjoni għar-reġistru tal-artijiet tal-Ingilterra u Wales.
Nirreġistraw is-sjieda tal-artijiet u tal-propjetà fl-Ingilterra u Wales. Il-viżjoni tagħna hija “Id-drittijiet tal-art u tal-proprjetà tiegħek: garantiti u protetti”.
Il-valuri tagħna huma:
Ir-Reġistru tal-Artijiet jipprovdi funzjoni vitali fejn tingħata assigurazzjoni u fiduċja lis-suq tal-proprjetà, billi fih hemm sjieda ta’ propjetà b’valur ta’ aktar minn £4 triljun madwar l-Ingilterra u Wales li tinkludi l’fuq minn £1 triljun f’ipoteki. Ir-Reġistru tal-Artijiet għandu l’fuq minn 150 sena ta’ esperjenza fiż-żamma tar-Reġistru u evolva biex sar dejjem aktar effiċjenti, b’99% tal-informazzjoni tagħna u 73% tas-servizzi ta’ reġistrazzjoni jiġu sottomessi onlajn. Għaddejjin minn proġett ta’ trasformazzjoni biex jinħoloq Reġistru kompletament diġitali bi pjattaforma diġitali kontemporanja għall-artijiet u l-proprjetà biex tappoġġja lir-Reġistru u biex nipprovdu servizz modern u effiċjenti lill-klijenti tagħna.
Għal kull servizz trid titħallas tariffa statutorja. Ma hemm l-ebda tariffa ta’ iskrizzjoni biex ikollok aċċess onlajn u fil-parti l-kbira s-servizzi onlajn huma orħos mis-servizzi bil-posta.
Permezz tas-Servizzi Elettroniċi tan-Negozju l-utenti tan-negozju jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet biex jirreġistraw l-artijiet u l-propjetà, jew jitolbu għal riċerka tal-mappa tal-indiċijiet onlajn. L-utenti tas-servizzi elettroniċi tan-negozju jistgħu jużaw ukoll il-Mapsearch tagħna mingħajr ħlas biex mill-ewwel:
L-utenti tas-servizzi elettroniċi tan-negozju jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-użu, jirreġistraw bħala utenti u jkollhom kont ta’ debitu dirett varjabbli ma’ bank jew ma’ kumpanija kreditizja immobbiljari fir-Renju Unit. Illoggja għas-servizzi elettroniċi tan-negozju.
Is-servizz Sib il-Proprjetàhuwa maħsub għall-membri tal-pubbliku u jintuża wkoll minn negozji ż-żgħar. Jistgħu jfittxu permezz tal-indirizz biex isibu sid l-art jew il-propjetà, biex jaraw sa fejn ġew estiżi l-konfini u jekk hemmx riskju ta’ għargħar. Dawn iridu jirreġistraw irwieħhom bħala utenti u jistgħu jħallsu b’karta tal-kreditu jew tad-debitu. Illoggja f'Sib il-Proprjetà.
Il-kopji tar-reġistri u tal-pjanti tat-titoli miksuba permezz tas-Servizzi Elettroniċi tan-Negozju huma “kopji uffiċjali” u għalhekk huma ammissibbli bħala provi quddiem qorti tal-ġustizzja. Mapsearch ma tipprovdix għal indennizz minħabba l-informazzjoni mogħtija.
Il-kopji tar-reġistri u tal-pjanti tat-titoli miksuba permezz tas-servizz Sib il-Proprjetà mhumiex kopji uffiċjali.
Inti tista’ tapplika għal kopji uffiċjali tar-reġistru u tal-pjanta tat-titolu bil-posta billi tuża l-forms OC1 (għar-reġistru) u OC2 (għad-dokumenti). Dawn il-formoli huma disponibbli mingħajr ħlas bil-posta jew onlajn mir-Reġistru tal-Artijiet. Il-kopji uffiċjali huma ammissibbli bħala provi f’qorti tal-ġustizzja.
Jekk ma tkunx tista’ ssib informazzjoni dwar xi proprjetà onlajn, tista’ tibgħat ukoll “tiftixa tal-mappa ta’ indiċi” (formola SIM) bil-posta sabiex tiskopri jekk l-art tkunx irreġistrata, u jekk tkun irreġistrata, tkun tista’ tikseb in-numru ta’ titolu. Trid tħallas tariffa ffissata permezz tal-Ordni tat-Tariffi tar-Reġistru tal-Artijiet kurrenti.
Tista’ tfittex fir-reġistri tal-Piżijiet fuq l-Artijietbil-posta jew onlajn permezz tas-servizzi elettroniċi tan-negozju billi tuża l-Formola K15 jew (biex tfittex għall-entrati tal-fallimenti biss) il-Formola
K16.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Irlanda ta’ Fuq.
Is-Servizz tal-Artijiet u l-Proprjetà tal-Irlanda ta' Fuq jipprovdi kontenut fiss (li ma jinbidilx) dwar ir- regoli, ir-regolamenti u l-linji gwida li jirregolaw l-operat tad-diversi reġistri.
LandWeb Direct (Servizz ta' Aċċess Dirett għall-Konsumaturi)
Is-servizzi joffri:
Iva, l-aċċess għall-kontenut fiss huwa mingħajr ħlas. L-utenti li jridu jużaw il-faċilitajiet tar-riċerka jridu jirreġistraw għas-servizz u ħafna drabi huma meħtieġa jħallsu tariffi.
Il-faċilitajiet ta' riċerka jinkludu l-aċċess għall-mapep tat-titoli, il-firxa tat-titolu u d-dokumentazzjoni tat-titolu. Din il-bażi tad-dejta tinkludi l-ismijiet tas-sidien u kull piż fuq il-proprjetà.
Il-faċilitaijiet tal-E-registration jippermettu lill-utenti rreġistrati li jimlew diversi formoli ta' reġistrazzjoni, jikkalkulaw it-tariffi u jissottomettu l-informazzjoni elettronikament
Ir-reġistru tal-artijiet daħal fis-seħħ fl-1891, qabel din id-data sid l-art kien jiġi rreġistrat fir- Reġistru tal-Atti, li ġie stabbilit fl-1706. Is-Servizz tal-Artijiet u l-Proprjetà jamministra tliet reġistri: ir- reġistru tal-artijiet, ir-reġistru tal-atti u r-reġistru tal-piżijiet statutorji.
Is-Servizzi tal-Artijiet u l-Proprjetà – Ir-Reġistri tal-Artijiet
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Iskozja.
Ir-Reġistru tal-Artijiet tal-Iskozja huwa kkumpilat u miżmum mir-Registers of Scotland (RoS) u huwa parti minn portafoll ta' reġistri amministarti minn din l-organizzazzjoni. L-għan ewlieni ta' RoS huwa l-iżgurar tal-integrità tar-reġistri fil-kontroll tagħha u tipprovdi aċċess pubbliku għalihom.
Ir-Reġistru tal-Artijiet innifsu jipprovdi eżami uniku tal-atti tat-titoli għall-artijiet, li jirriżulta fil-produzzjoni ta' ċertifikat tat-titolu li jikkonsolida bosta biċċiet ta' tagħrif mill-atti f'dokument uniku ggarantit mill-istat. Iċ-ċertifikat tat-titolu jkun awtentikat mis-siġill tar-Reġistru tal-Artijiet u jkun fih dan li ġej:
(i) pjanta tat-titolu għall-art ibbażata fuq il-pjanta kadastrali;
(ii) deskrizzjoni verbali tat-titolu;
(iii) l-isem u d-deżinjazzjoni tal-proprjetarju tat-titolu;
(iv) il-ħlasijiet fuq it-titolu; u
(v) is-servitujiet jew il-kundizzjonijiet li jaffettwaw it-titolu.
Meta jinħolqu jew jiġu trasferiti b'titolu oneruż, it-titoli għall-art jiġu trasferiti mir-Reġistru tal-Artijiet minn reġistru tal-drittijiet proprjetarji amministrat minn RoS ukoll, ir-Reġistru Ġenerali tas-Sasines (GRS). Il-GRS, li ġie stabbilit fis-Seklu 17, huwa reġistru kronoloġiku ta' atti relatati mal-proprjetà li jipprovdi reġistru pubbliku għat-titoli tal-artijiet. Ir-Reġistru tal-Artijiet qiegħed jissostitwixxi gradwalment il-GRS; bħalissa, iktar minn 56 % tat-titoli fl-Iskozja huma rreġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet; dawn jirrappreżentaw madwar 23 % tal-art Skoċċiża.
RoS jamministraw ukoll żewġ reġistri iżgħar li għandhom x'jaqsmu ma' tipi speċifiċi ta' titoli għall-art: ir-Reġistru tal-Crofting u r-Reġistru tat-Titoli għall-Art Komunitarji. Crofting hija forma ta' titolu għall-art agrikola unika għall-Iskozja, irregolata minn statut speċifiku u, minn Novembru 2012, jista' jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Crofting. Ir-Reġistru tat-Titoli għall-Art Komunitarji ġie stabbilit minn statut fl-2003 u fih drittijiet preventivi għax-xiri tal-art konferiti lil korpi komunitarji rurali jew lokaturi agrikoli.
Irid isir ħlas żgħir għal tfittxijiet bażiċi onlajn fir-Reġistru tal-Artijiet, kif ukoll fil-GRS. Iċ-ċertifikat tat-titolu u l-kopji tal-atti minn dawn ir-reġistri jistgħu jinkisbu wkoll bi ħlas.
Irrispettivament mill-format tat-talba, it-tfittxijiet tar-Reġistru tal-Artijiet jistgħu jsiru permezz ta':
Tfittxijiet tal-GRS ukoll jistgħu jsiru permezz ta' ismijiet u indirizzi.
L-Iskozja ilha żżomm reġistri pubbliċi maħsuba għas-salvagwardja tad-drittijiet u t-titoli proprjetarji ta' niesha għal madwar 700 sena, b'reġistri relatati mal-artijiet jinżammu fil-Kastell ta' Edinburgu mis-Seklu 13 'il quddiem. Ir-Reġistru Ġenerali tas-Sasines ġie stabbilit b'Att ta' (dak li kien) il-Parlament tal-Iskozja fl-1617, u pprovda reġistru pubbliku tad-drittijiet fuq il-proprjetà minn dak iż-żmien 'il quddiem.
Dibattitu dwar it-tranżizzjoni minn reġistru tal-atti għal reġistru tal-artijiet beda xi 80 sena qabel ma ġie stabbilit ir-Reġistru tal-Artijiet bi statut fl-1979. Dan ir-reġistru tnieda gradwalment madwar l-Iskozja sakemm fl-2003 spiċċa jkopri l-Iskozja kollha, u eventwalment se jissostitwixxi komprensivament il-GRS. L-introduzzjoni tar-Reġistru tal-Artijiet u sistema ta' titolu għal art garantit mill-istat neħħa riskji sinifikanti u inċertezzi inerenti għat-tranżazzjonijiet ta' proprjetà li kien hemm qabel ma twaqqaf dan ir-reġistru.
Wara li rrikonoxxew l-importanza għal reviżjoni fil-kuntest tad-dazju statutorju għas-salvagwardja u ż-żamma tal-integrità tar-Reġistru tal-Artijiet, RoS reċentement talbet valutazzjoni formali tal-istatut tal-1979. Dan wassal biex għadda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet (l-Iskozja) tal-2012; dan jarmonizza l-liġi tar-reġistrazzjoni mal-liġi tal-proprjetà u se jidħol kompletament fis-seħħ fl-2014.