Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tas-Slovenja.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ir- Reġistru tal-Artijiet Sloven fih il-fatti ġuridiċi marbuta mal-proprjetajiet, bħalma huma s-sidien, l-ipoteki, u s-servitù.
Huwa disponibbli wkoll il-Katast tal-Artijiet li jiffoka fuq iċ-ċirkostanzi fattwali tal-propjetajiet.
Ir-Reġistru tal-Artijiet huwa ta’ u jiġi ġestit mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja..
L-aċċess pubbliku elettroniku għar-Reġistru tal-Artijiet huwa disponibbli fuq il-portal e-Sodstvohttps://evlozisce.sodisce.si/esodstvo/index.html. L-aċċess għad-dejta huwa mingħajr ħlas iżda tinħtieġ reġistrazzjoni minn qabel.
L-aċċess pubbliku għar-Reġistru tal-Artijiet huwa disponibbli wkoll fil-qrati lokali kollha tas-Slovenja, in-nutara u l-unitajiet amminisitrattivi, fejn l-individwi jistgħu jġibu kopja ċertifikata ta' estratt mir-Reġistru tal-Artijiet. L-estratti ċertifikati mir-Reġistru tal-Artijiet isiru bi ħlas.
Kif tagħmel tiftixa fir-Reġistru tal-Artijiet Sloven
Jista’ jkollok aċċess għad-dejta billi ddaħħal il-kriterji tat-tiftix li ġejjin:
L-istorja tar-Reġistru tal-Artijiet Sloven
Il-portal elettroniku l-ġdid ilu aċċessibbli mill-2011. Qabel din is-sena, l-informazzjoni kienet aċċessibbli fir-‘reġistru tal-artijiet’ il-qadim.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.