Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.
Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Reġistri tal-artijiet fil-pajjiżi tal-UE

Skozja

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Iskozja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Skozja

X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet tal-Iskozja?

Ir-Reġistru tal-Artijiet tal-Iskozja huwa kkumpilat u miżmum mir-Registers of Scotland (RoS) u huwa parti minn portafoll ta' reġistri amministarti minn din l-organizzazzjoni.  L-għan ewlieni ta' RoS huwa l-iżgurar tal-integrità tar-reġistri fil-kontroll tagħha u tipprovdi aċċess pubbliku għalihom.

Ir-Reġistru tal-Artijiet innifsu jipprovdi eżami uniku tal-atti tat-titoli għall-artijiet, li jirriżulta fil-produzzjoni ta' ċertifikat tat-titolu li jikkonsolida bosta biċċiet ta' tagħrif mill-atti f'dokument uniku ggarantit mill-istat.   Iċ-ċertifikat tat-titolu jkun awtentikat mis-siġill tar-Reġistru tal-Artijiet u jkun fih dan li ġej:

(i) pjanta tat-titolu għall-art ibbażata fuq il-pjanta kadastrali;

(ii) deskrizzjoni verbali tat-titolu;

(iii) l-isem u d-deżinjazzjoni tal-proprjetarju tat-titolu;

(iv) il-ħlasijiet fuq it-titolu; u

(v) is-servitujiet jew il-kundizzjonijiet li jaffettwaw it-titolu.

Meta jinħolqu jew jiġu trasferiti b'titolu oneruż, it-titoli għall-art jiġu trasferiti mir-Reġistru tal-Artijiet minn reġistru tal-drittijiet proprjetarji amministrat minn RoS ukoll, ir-Reġistru Ġenerali tas-Sasines (GRS).  Il-GRS, li ġie stabbilit fis-Seklu 17, huwa reġistru kronoloġiku ta' atti relatati mal-proprjetà li jipprovdi reġistru pubbliku għat-titoli tal-artijiet.  Ir-Reġistru tal-Artijiet qiegħed jissostitwixxi gradwalment il-GRS; bħalissa, iktar minn 56 % tat-titoli fl-Iskozja huma rreġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet; dawn jirrappreżentaw madwar 23 % tal-art Skoċċiża.

RoS jamministraw ukoll żewġ reġistri iżgħar li għandhom x'jaqsmu ma' tipi speċifiċi ta' titoli għall-art: ir-Reġistru tal-Crofting u r-Reġistru tat-Titoli għall-Art Komunitarji. Crofting hija forma ta' titolu għall-art agrikola unika għall-Iskozja, irregolata minn statut speċifiku u, minn Novembru 2012, jista' jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Crofting.  Ir-Reġistru tat-Titoli għall-Art Komunitarji ġie stabbilit minn statut fl-2003 u fih drittijiet preventivi għax-xiri tal-art konferiti lil korpi komunitarji rurali jew lokaturi agrikoli.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas?

Irid isir ħlas żgħir għal tfittxijiet bażiċi onlajn fir-Reġistru tal-Artijiet, kif ukoll fil-GRS.  Iċ-ċertifikat tat-titolu u l-kopji tal-atti minn dawn ir-reġistri jistgħu jinkisbu wkoll bi ħlas.

Kif tagħmel tfittxija fir-reġistru tal-artijiet tal-Iskozja

Irrispettivament mill-format tat-talba, it-tfittxijiet tar-Reġistru tal-Artijiet jistgħu jsiru permezz ta':

  • ismijiet;
  • indirizzi;
  • numri tat-titoli; jew
  • il-mappa tal-indiċi.

Tfittxijiet tal-GRS ukoll jistgħu jsiru permezz ta' ismijiet u indirizzi.

L-istorja tar-Registers of Scotland

L-Iskozja ilha żżomm reġistri pubbliċi maħsuba għas-salvagwardja tad-drittijiet u t-titoli proprjetarji ta' niesha għal madwar 700 sena, b'reġistri relatati mal-artijiet jinżammu fil-Kastell ta' Edinburgu mis-Seklu 13 'il quddiem.   Ir-Reġistru Ġenerali tas-Sasines ġie stabbilit b'Att ta' (dak li kien) il-Parlament tal-Iskozja fl-1617, u pprovda reġistru pubbliku tad-drittijiet fuq il-proprjetà minn dak iż-żmien 'il quddiem.

Dibattitu dwar it-tranżizzjoni minn reġistru tal-atti għal reġistru tal-artijiet beda xi 80 sena qabel ma ġie stabbilit ir-Reġistru tal-Artijiet bi statut fl-1979.  Dan ir-reġistru tnieda gradwalment madwar l-Iskozja sakemm fl-2003 spiċċa jkopri l-Iskozja kollha, u eventwalment se jissostitwixxi komprensivament il-GRS.  L-introduzzjoni tar-Reġistru tal-Artijiet u sistema ta' titolu għal art garantit mill-istat neħħa riskji sinifikanti u inċertezzi inerenti għat-tranżazzjonijiet ta' proprjetà li kien hemm qabel ma twaqqaf dan ir-reġistru.

Wara li rrikonoxxew l-importanza għal reviżjoni fil-kuntest tad-dazju statutorju għas-salvagwardja u ż-żamma tal-integrità tar-Reġistru tal-Artijiet, RoS reċentement talbet valutazzjoni formali tal-istatut tal-1979.  Dan wassal biex għadda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet (l-Iskozja) tal-2012; dan jarmonizza l-liġi tar-reġistrazzjoni mal-liġi tal-proprjetà u se jidħol kompletament fis-seħħ fl-2014.

Ħoloq relatati

Registers of Scotland

L-aħħar aġġornament: 10/11/2014

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.