Reġistri tal-artijiet fil-pajjiżi tal-UE

Litwanja

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Litwanja

X’għandu x’joffri r-reġistru tal-artijiet Litwan?

Tista’ ssib proprjetà immobbli – inkluż art, bini u fondi separati – fir-reġistru ta' proprjeta' immobbli tal-Litwanja (Lietuvos nekilnojamojo turto registras). Hija disponibbli kemm dejta fattwali kif ukoll legali.

Id-dejta fattwali dwar il-proprjetà tikkonsisti fit-tip ta’ informazzjoni li ġejjin:

  • L-erja
  • L-għoli
  • Il-volum
  • Is-sena ta’ kostruzzjoni
  • L-isem tas-sid

Id-dejta legali dwar il-proprjetà tinkludi:

  • Ftehim ta’ proprjetà konġunta
  • Deċiżjonijiet tal-qorti
  • Servitù
  • Ipoteki

Ir-reġistru huwa miżmum mill-intrapriża tal-istat ċentru tar-reġistri (Registrų centras) u huwa superviżjonat mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-siti elettroniċi tal-Amministratur tar-reġistru tal-proprjeta' immobbli tal-Litwanja (Nekilnojamojo turto registro tvarkytojas) u r-reġistru tal-proprjeta' immobbli (Nekilnojamojo turto registras).

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja huwa mingħajr ħlas?

Id-dejta dwar ir-reġistru tal-proprjetà immobbli hija disponibbli bi ħlas biss.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja

Tista’ tfittex fir-reġistru skont il-kriterji li ġejjin:

  • L-indirizz tal-proprjetà
  • In-numru uniku tal-proprjetà
  • Il-kodiċi ta’ persuna legali (sid)
  • Il-kodiċi personali ta’ persuna naturali (sid). It-tiftix skont il-kodiċi personali ta’ persuna naturali (sid) huwa ristrett.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja

Ir-reġistru fih innifsu ġie stabbilit  fl-1998, filwaqt li d-dejta mill-1958 hija miġbura fir-reġistru.

Links relatati

Intrapriża tal-istat Ċentru tar-reġistri (valstybės įmonė Registrų centras)

Informazzjoni dwar l-Artijiet Ewropea (Europos žemės informacijos tarnyba)

L-aħħar aġġornament: 18/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna