Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Reġistri tal-artijiet fil-pajjiżi tal-UE

Greċja

Il-Greċja għandha reġistru elettroniku tal-artijiet magħruf bħala l-Katast (κτηματολόγιο) f'żoni fejn ir-reġistrazzjoni tal-artijiet hija lesta. Ir-reġistri lokali tal-ipoteki (υποθηκοφυλακεία) qegħdin joperaw ukoll b'mod provviżorju bħala reġistri tal-artijiet (κτηματολογικά γραφεία). Skont il-Liġi 2664/1998 dwar il-Katast Grieg, id-dejta dwar ir-reġistru tal-artijiet tista' tiġi maħżuna u aġġornata biss elettronikament f'dawk iż-żoni fejn il-Katast ilu jaħdem mill-2003, u b'hekk jissostitwixxi is-sistema antika ta' trasferimenti u ipoteki fuq il-propjetà. Il-bażi tad-dejta tar-reġistru tal-artijiet hija maħżuna ċentralment għall-pajjiż kollu mill-kumpannija Ktimatologio (Κτηματολόγιο Α.Ε.) u hija aġġornata mir-reġistri lokali tal-artijiet skont it-tranżazzjonijiet tagħhom.

Il-kontenut ipprovdut minn
Greċja

X'toffri s-sistema ta' ħażna tad-dejta u dokumenti Griega?

F'kull distrett tal-qrati ċivili joperaw wieħed jew aktar reġistri (ειρηνοδικείο) u joffru s-servizzi li ġejjin kif trid il-liġi:

  1. ir-reġistrazzjoni, sekwestru u qbid tal-propjetà taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom;
  2. it-trasferiment ta' atti li jridu jiġu trasferiti bil-liġi; u
  3. r-reġistrazzjoni ta' kawżi u proċeduri oħra jew noti relatati mal-propjetà.

Hemm 17 il-reġistru tal-ipoteki bi ħlas u 378 mingħajr ħlas.

Ir-reġistri tal-ipoteki bi ħlas (έμμισθα υποθηκοφυλακεία) jaħdmu taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem. Fil-gżejjer ta' Rodi u Kos, ir-reġistri tal-artijiet ta' Rodi u Kos-Leros, fejn is-sistema ta' trasferiment tal-propjetà hija bbażata fuq l-art, jipprovdu servizzi għall-Ministeru tal-Ġustizzja.

Ir-reġistri tal-ipoteki mingħajr ħlas (άμισθα υποθηκοφυλακεία) huma jew:

  1. speċjalizzati (ειδικά), immexxija minn reġistratur (υποθηκοφύλακας) maħtur mill-Ministru tal-Ġustizzja wara li jkun għadda minn kompetizzjoni b'eżami; jew
  2. mhux speċjalizzati (μη ειδικά), immexxija minn nutar maħtur għar-reġistru.

Id-dettalji ta' kuntatt għall-imsemmija reġistri tal-ipoteki jistgħu jinsabu fuq is-sit elettroniku tal Ministeru Grieg tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Barra minn hekk, hemm qafas istituzzjonali fil-Greċja għall-istudju, l-iżvilupp u l-operat tal-Katast Grieg (Εθνικό Κτηματολόγιο) għall-propjetà. Dan il-kompitu ngħata lill-kumpannija privata Ktimatologio.

Il-Katast Grieg huwa sistema unita, iggarantita mill-Istat, biex tirreġistra informazzjoni ġuridika, teknika u ta' xorta oħra dwar il-propjetà u d-drittijiet assoċjati magħha.

B'mod partikolari, il-Katast Grieg:

  • jirreġistra l-atti kollha li joħolqu, jittrasferixxu, ibiddlu jew ineħħu drittijiet fuq il-propjetà. Kull att jiġi rreġistrat biss wara eżaminazzjoni bir-reqqa, sabiex l-ebda att ma jiġi rreġistrat jekk il-persuna li tkun qed tittrasferixxi l-propjetà ma tkunx il-persuna mniżżla fir-reġistru tal-artijiet bħala sid il-propjetà;
  • jirreġistra d-deskrizzjoni ġeografika (l-għamla, l-post u d-daqs) tal-propjetà;
  • jirreġistra sistematikament il-propjetà pubblika; u
  • jirreġistra d-drittijiet ta' użufrutt.

Ir-reġistrazzjoni tal-artijiet hija lesta fi 333 żona ġewwa l-pajjiż. 96 reġistru tal-ipoteki lokali (bi ħlas u mingħajr) qegħdin joperaw b'mod provviżorju bħala reġistri tal-artijiet.

Bażi tad-dejta ġuridika

Informazzjoni bażika dwar il- Katast Grieg tista' tinsab fuq is-sit elettroniku tiegħu.

L-aċċess għas-sistema ta' ħażna tad-dejta dwar il-propjetà huwa mingħajr ħlas?

F'żoni fejn ir-reġsitri tal-artijiet qegħdin joperaw b'mod provviżorju, jistgħu jintużaw mingħajr ħlas kompjuters fl-uffiċċju kkonċernati biex issir riċerka elettronika tad-dejta.

Skont l-NSRF, il-kumpanija Ktimatologio ġiet inkarigata tiżviluppa proġett għat-trażmissjoni diġitali tad-dokumenti għar-reġistri tal-ipoteki, sabiex titlesta r-reġistrazzjoni tal-artijiet fil-bqija tal-pajjiż. Il-proġett jinkludi l-ħolqien ta' infrastruttura għal: (a) sottomissjoni elettronika ta' atti għad-dħul fir-rekords tar-reġistri tal-artijiet; u (b) sottomissjoni elettronika u pproċessar tar-rikjesti għaċ-ċertifikati minn dawk ir-rekords.

L-abbozz tal-liġi imħejji mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima jinkludi dispożizzjonijiet għal dan il-għan.

L-Istorja tas-sistema Griega ta' ħażna tad-dejta u dokumenti dwar il-propjetà

Sistema ta' reġistrazzjoni tal-artijiet ġiet stipulata għall-ewwel darba permezz tal-Liġi 41/1836. L-awtoritajiet msemmija hawn qabel żammew rekords dwar l-artijiet minn mindu bdiet ir-reġistrazzjoni tal-artijiet.

F'żoni fejn qed titlesta r-reġistrazzjoni tal-artijiet, ir-reġistri tal-ipoteki lokali ilhom jaħdmu bħala reġistri tal-artijiet provviżorji minn meta l-Organizazzjoni tal-Kartografija u l-Katast tal-Greċja (Οργανισμός Κτηματολογίου και Χαρτογραφήσεων Ελλάδος – ΟΚΧΕ) iddeċidiet li toħloq il-Katast. Minn dak iż-żmien, it-tranżazzjonijiet fir-rekords tar-reġistru tal-artijiet jiġu rreġistrati biss b'mezzi elettroniċi.

Kif tfittex id-dejta

Is-sistema elettronika tar-reġistrazzjoni tal-artijiet tippermetti riċerki permezz ta': (a) dejta personali; (b) kodiċi tal-Katast Grieg; u/jew (c) l-indirizz tal-propjetà.

Ħoloq relatati

Katast Grieg

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.