Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tal-Estonja.
Ir- Reġistru tal-Artijiet Estonjan huwa rekord ta' interessi fi proprjetà u ta' drittijiet ristretti, li jipprovdi lil partijiet terzi b'informazzjoni dwar proprjetà immobbli rreġistrata.
Ir-reġistru tal-artijiet jiffoka fuq ċirkostanzi kemm legali u fattwali. Il-proprjetà kollha tiddaħħal fir-reġistru tal-artijiet, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi. Kull proprjetà individwali għandha reġistrazzjoni indipendenti u tingħata numru uniku (numru tal-proprjetà rreġistrata).
Ir-reġistru għandu erba' partijiet.
Parti 1 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:
Parti 2 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:
Parti 3 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:
Parti 4 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:
Id-diversi taqsimiet tar-reġistru tal-artijiet huma aċċessibbli għall-pubbliku u jistgħu jiġu aċċessati minn kulħadd. Fejn hemm dritt leġittmu, il-fajl dwar propjetà reġistrata partikolari jista' jiġi kkonsultat. Is-sidien tal-propjetà, in-nutara, bailiffs, il-qrati u l-awtoritajiet ta' superviżjoni ma għandhomx għalfejn juri l-eżistenza ta' interess leġittmu.
Id-diversi taqsimiet tar-reġistru tal-artijiet u l-fajls tal-propjetajiet reġistrati jistgħu jiġu konsultati fil-bini tad-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet, f'uffiċċju ta' nutar jew mill-magna ta' tiftix. Ir-reġistru tal-artijiet fid-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet jista' jiġi kkonsultat mingħajr ħlas. Is-sidien jistgħu jikkonsultaw ukoll dawk il-partijiet tar-reġistru li jikkonċernahom u l-fajls tal-propjetajiet tagħhom, mingħajr ħlas, minn fuq il-Portal tal-Istat. Trid titħallas tariffa għall-konsultazzjoni tar-reġistru tal-artijiet f'uffiċċju ta' nutar jew permezz tal-magna ta' tiftix.
L-informazzjoni fir-reġistru tal-artijiet tista' tiġi aċċessata mill-magna ta' tiftix onlajn provvduta miċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi tal-Informazzjoni. L-użu tal-magna tat-tiftix huwa bla ħlas. Ir-riżultat tat-tiftixa juri l-informazzjoni kollha mdaħħla fil-Parti 1 tar-reġistru tal-artijiet (referenza tar-reġistru tal-artijiet, skop speċifiku, erja u indirizz). Trid titħallas tariffa għall-aċċess għal informazzjoni aktar speċifika fir-reġistru tal-artijiet.
L-oġġett tat-tiftixa huwa wieħed minn din it-tip ta' informazzjoni f'parti tar-reġistru tal-artijiet miftuħ għal kull propjetà reġistrata:
dejta diġitali fil-Parti 1 (Kompożizzjoni tal-propjetà)
dejta diġitali fil-Parti 2 (Is-Sid);
dejta diġitali fil-Partijiet 3 (Piżjijiet u restrizzjonijiet) u 4 (Ipoteki).
It-tariffa għat-tiftixa tinkludi l-aċċess għall-fajls miftuħa tal-propjetà u l-ħruġ tad-dokumentazzjoni li tkun fihom.
Informazzjoni dettaljata dawr il-partijiet tar-reġistru tinsab flimkien mat-tariffi għas-servizzi mniżżla hawnhekk. Mhemmx VAT fuq dawn it-tariffi.
Tista' tfittex fil-bażi tad-dejta permezz tal-kriterji tat-tiftix segwenti:
Huwa possibbli wkoll li wieħed ifittex għal informazzjoni dwar sidien mhux validi u persuni awtorizzati.
Il-verżjoni elettronika tar-reġistru tal-artijiet fiha informazzjoni li tmur lura għall-1994. Il-bidla għall-verżjoni elettronika bdiet fis-sajf tal-2010.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.