Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Reġistri tal-artijiet fil-pajjiżi tal-UE

Bulgarija

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-proprjetà tal-Bulgarija.

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

X'joffri r-reġistru Bulgaru tal-proprjetà?

Ir-reġistru Bulgaru tal-proprjetà jappartjeni u huwa ġestit mill-Aġenzija dwar ir-Reġistru , fi ħdan il-qafas ta' dik magħrufa bħala s-'sistema personali ta' reġistru ta' informazzjoni'.  L-informazzjoni hija bbażata fuq il-fajls personali tal-partijiet li jagħmlu t-transazzjoni, jiġifieri l-individwi u l-persuni ġuridiċi. It-transazzjonijiet u d-dokumenti legali biss jiddaħħlu fir-reġistru.

Mill-iżvilupp u l-introduzzjoni tas-Sistema Integrata ta' Informazzjoni għall-Kadast u r-Reġistrazzjoni ta' Proprjetà (IKAR), l-informazzjoni kollha li tiddaħħal hija disponibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-Aġenżija dwar ir-Reġistru tal-Artijiet.

Is-sistema IKAR tikkonsisti f'żewġ taqsimiet:

  1. Taqsima ta' amministrazzjoni, li hija disponibbli biss għall-użu ta' servizz
  2. Taqsima għall-klijent, li hija disponibbli biss għall-użu tal-klijent

Is-sistema IKAR toffri kemm informazzjoni semantika kif ukoll grafika, speċjalment f'każijiet fejn huma disponibbli mapep kadastrali diġitalizzati.

Is-sit elettroniku tar-Reġistru Bulgaru tal-proprjetà  jipprovdi:

  • Informazzjoni dwar transazzjonijiet imdaħħla
  • Aċċess għal data dwar proprjetà immobbli u data dwar drittijiet rigward il-proprjetà
  • L-ordni sekwenzjali ta' dawn id-drittijiet

Huwa joffri wkoll it-tipi ta' servizz pubbliku li ġejjin:

  • Verifiki (referenzi)
  • Ċertifikati
  • Kopja ta' leġislazzjoni

Is-servizzi msemmija hawn fuq jagħtuk informazzjoni dwar:

  • Id-data tad-dħul
  • L-izvelar tal-att
  • Il-partijiet ikkonċernati
  • Id-deskrizzjonijiet tal-proprjetà immobiljari

Id-dokumenti kif jiddaħħlu fir-reġistru?

Il-kopji ta' transazzjonijiet u dokumenti legali huma ppreżentati fl-uffiċċju tar-reġistru.

Kull dokument jiġi rreġistrat fir-reġistru tad-dħul tas-sistema IKAR, fejn jirċievi numru li juri d-data u l-ħin eżatt tad-dħul.

Id-dokumenti huma mbagħad ippreżentati lill-imħallfin tad-dħul għall-verifika u r-riżoluzzjoni.

Wara l-approvazzjoni minn imħallef tad-dħul, l-uffiċjali tar-reġistru jdaħħlu l-informazzjoni manwalment fuq is-sistema.

Id-dokumenti kollha huma mbagħad skannjati u ssejvjati fuq is-sistema.

Il-proċedura għar-reġistrazzjoni, il-verifika u ddħul tal-informazzjoni tieħu medja ta' jum wieħed ta' ħidma.

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-proprjetà huwa bla ħlas?

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-proprjetà huwa bla ħlas u miftuħ għal kulħadd. Madankollu, huma l-utenti rreġistrati biss li jistgħu jiksbu informazzjoni mis-sit elettroniku.

Għandha tiġi mħallsa tariffa għall-verifika onlajn, f'konformità mal-kriterji legali.

Tfittxija fir-reġistru Bulgaru tal-proprjetà

Inti tista' tagħmel tfittxija fir-reġistru tal-proprjetà permezz ta': numru ta' indentifikazzjoni personali (PIN) ta' persuni ġuridiċi jew fiżiċi; bl-isem tal-proprjetarju; bid-deskrizzjoni dettaljata tal-proprjetà; bin- bin numru tal-grupp tal-proprjetà; bin-numru tar-reġistrazzjoni.

L-imgħoddi tar-reġistru Bulgaru tal-proprjetà

L-ewwel sistema elettronika nħolqot fl-1990. Minn dak iż-żmien, ġew introdotti diversi sistemi elettroniċi.

Ir-riforma ewlenija tar-reġistru tal-proprjetà seħħet meta hu ġie trasferit għall-ġurisdizzjoni tal-Aġenżija dwar ir-Reġistru, li nħolqot f'Lulju 2004. L-Aġenżija dwar ir-Reġistru amministrat u tejbet is-sistemi eżistenti ta' informazzjoni ta' data sal-ħolqien tas-sistema IKAR fit-8 ta' Settembru 2008.

L-implimentazzjoni tal-IKAR seħħet f'fażijiet. Id-data antika ddaħħlet fis-sistema IKAR il-ġdida. Is-sistema saret totalment operattiva (tkopri t-territorji kollha tal-Bulgarija) fis-26 ta' Jannar 2009, u hija totalment integrata mar-reġistru tal-Aġenżija dwar il-Ġeodesija, il-Kartografija u l-Kadast.

Il-prinċipji ta' pubbliċità, trasparenza u sigurtà tal-proċeduri huma garantiti.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.