Business registers in EU countries

In Europe, business registers offer a range of services, which may vary from one Member State to another.

The core services provided by all registers are to register, examine and store company information, such as information on a company's legal form, its seat, capital and legal representatives, and to make this information available to the public.

To obtain detailed information on registers in Member States as well as Iceland, Liechtenstein and Norway please click on the flag of the relevant country listed on this page.

Last update: 03/10/2022

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Internazzjonali

L-informazzjoni tar-Reġistru Kummerċjali hija aċċessibbli wkoll għall-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex Stati Membri tal-UE.

In-Norveġja

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein




In-Norveġja

Iċ-Ċentru tar-Reġistru ta' Brønnøysund huwa korp governattiv taħt il-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd. Ir-Reġistru tal-Intrapriżi Kummerċjali huwa wieħed mill-14-il reġistru nazzjonali ġestit miċ-Ċentru tar-Reġistru ta' Brønnøysund.

Ir-reġistru kummerċjali huwa responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-intrapriżi kummerċjali kollha fin-Norveġja. Ir-reġistru għandu jiżgura protezzjoni legali u sorveljanza finanzjarja, u huwa sors importanti għal kull min jeħtieġ informazzjoni preċiża dwar il-parteċipanti fl-industrija Norveġiża.

X'joffri r-reġistru kummerċjali Norveġiż?

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi Kummerċjali Norveġiż jipprovdi informazzjoni dwar negozji rreġistrati. Fis-sit taċ-Ċentru tar-Reġistru ta' Brønnøysund tista' taċċessa informazzjoni prinċipali permezz tal-magna tat-tiftix tagħna. Informazzjoni mir-reġistru kummerċjali tista' tinstab f'avviżi, u tista' tordna informazzjoni u traskrizzjonijiet addizzjonali mill-ħanut fuq l-internet u permezz tar-Reġistru Kummerċjali Ewropew (EBR).

Informazzjoni prinċipali:

  • In-numru tal-organizzazzjoni tal-kumpanija
  • Isem il-kumpanija, l-indirizz kummerċjali u indirizzi oħrajn
  • Id-data ta' formazzjoni tal-kumpanija
  • L-istatuti ta' assoċjazzjoni u t-tip ta' attività tal-kumpanija
  • Ir-rwoli fil-kumpanija
  • Informazzjoni dwar il-falliment

Avviżi:

Ir-reġistru kummerċjali jħabbar l-avvenimenti ewlenin kollha għal kumpanija. Huwa jħabbar meta tiġi rreġistrata kumpanija ġdida, meta jiġu rreġistrati bidliet importanti f'kumpanija, u meta kumpanija tiġo xolta jew tittneħħa mir-reġistru. Fil-bażi ta’ dejta għall-avviżi li tista' tintuża għat-tiftixiet hemm dejta maħżuna mill-1 ta' Novembru 1999 'il quddiem. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaverżjoni bl-Ingliż tal-avviżi ilha aċċessibbli minn Awwissu 2006.

Informazzjoni addizjonali li tista' tkun ordnata bi ħlas hija traskrizzjonijiet u ċertifikati bħal:

  • Ċertifikat tar-reġistrazzjoni
  • Kontijiet annwali

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali huwa bla ħlas?

L-informazzjoni prinċipali li hija aċċessibbli mill-magna tat-tiftix tagħna u l-informazzjoni mill-bażi ta’ dejta tal-avviżi hija bla ħlas. Xi servizzi bħat-traskrizzjonijiet u ċ-ċertifikati huma suġġetti għal ħlas.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru kummerċjali Norveġiż?

Informazzjoni bażika dwar l-intrapriżi kummerċjali rreġistrati fir-reġistru kummerċjali tista' tiġi aċċessata fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit taċ-Ċentru tar-Reġistru ta' Brønnøysund. It-tiftixiet jistgħu jsiru jew b'isem il-kumpanija jew bin-numru tal-organizzazzjoni fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabażi ta' dejta tal-Avviżi.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

Partijiet terzi jistgħu joqogħdu fuq l-informazzjoni fir-Reġistru tal-Intrapriżi kummerċjali bħala l-informazzjoni legalment valida dwar kumpanija. L-informazzjoni rreġistrata titqies li waslet għall-attenzjoni ta' partijiet terzi. Dan japplika kemm għall-informazzjoni nnifisha u kemm għad-dokumenti li huma r-raġunijiet għar-reġistrazzjoni. Fil-prattika dan ifisser li parti terza għandha tiċċekkja l-informazzjoni rreġistrata dwar kumpanija qabel ma tinnegozja magħha.

Ir-regoli li jirrigwardaw kemm parti terza tista' toqgħod fuq informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Intrapriżi Kummerċjali fin-Norveġja jinsabu fl-Artikolu 10-1 tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Intrapriżi Kummerċjali. Taqsira tar-regoli hi li l-informazzjoni rreġistrata titqies li waslet għall-attenzjoni ta' partijiet terzi.

Spjegazzjoni iktar dettaljata hija li għal każijiet fejn l-istat tad-dritt jiddetermina l-pożizzjoni legali ta' parti terza dwar jekk ikun jaf jew le bi kwistjoni partikolari, l-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Intrapriżi Kummerċjali titqies li waslet għall-attenzjoni tal-parti terza.

Għal kwistjonijiet fejn in-notifika tar-reġistrazzjoni kellha tintbagħat lir-reġistru (imma ma ntbagħtitx), u dawn il-kwistjonijiet ikunu kontradittorji għall-informazzjoni rreġistrata, dawn il-kwistjonijiet ma jistgħux ikunu uzati kontra parti terza. Eċċezzjoni għal din ir-regola hij s-sitwazzjoni fejn il-parti terza tkun taf jew ikun imissha kienet taf bil-kwistjoni. F'dan il-każ il-parti terza ma tistax issostni b'mod ġustifikabbli li ma setgħetx toqgħod fuq l-informazzjoni rreġistrata.

L-istorja tar-reġistru kummerċjali Norveġiż

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi Kummerċjali Norveġiż ġie stabbilit fl-1998 u wettaq il-funzjonijiet li kienu jsiru minn kważi 100 reġistru kummerċjali lokali li kien hemm qabel.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Intrapriżi Kummerċjali bin-Norveġiż

 



L-Iżlanda

X'joffri r-reġistru kummerċjali Iżlandiż?

Mill-2003 'l quddiem ir-Reġistru tal-Intrapriżi huwa taqsima fi ħdan id-Direttorat tat-Taxxi Interni u jopera fajl pubbliku li fih informazzjoni dwar l-entitajiet li ġejjin:

  1. individwi, kumpaniji u entitajiet oħrajn li għandhom negozju
  2. istituzzjonijiet u kumpaniji statali
  3. istituzzjonijiet u kumpaniji tal-muniċipalitajiet
  4. assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet, ħlief individwi, responsabbli għall-immaniġġar ta' assi jew biex iwettqu kull obbligu tat-taxxa
  5. attivitajiet oħrajn li d-Direttorat tat-Taxxi Interni/ir-Reġistru tal-Intrapriżi jħossu li hemm reġuni biex ikunu rreġistrati f'fajl uffiċjali.

Ir-reġistru għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja dwar l-entitajiet imsemmija fuq kif applikabbli:

  1. Isem
  2. Numru ta’ identifikazzjoni, indirizz
  3. Forma ġuridika
  4. Id-data tat-twaqqif
  5. L-isem, l-indirizz u n-numru ta' identifikazzjoni tal-eżekuttiv
  6. Kodiċi ta' attività (ISAT-nr.)
  7. Likwidazzjoni
  8. Affarijiet oħra li hemm bżonn li jiġu rreġistrati skont il-liġi.

Malli ssir ir-reġistrazzjoni, ir-Reġistru joħroġ numru ta' identifikazzjoni uniku għall-entità.

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi jipprovdi lill-entitajiet pubbliċi, lill-kumpaniji u lill-individwi informazzjoni mir-reġistru skont ir-regolament stabbilit mill-Ministru rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-informazzjoni u l-ħlasijiet.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali huwa bla ħlas?

Informazzjoni dwar l-isem, l-indirizz, il-forma ġuridika, il-kodiċi ISAT u n-numru tal-VAT huma ppubblikati fuq is-sit tat-Taxxi Interni/tar-Reġistru tal-Intrapriżi u jistgħu jiġu aċċessati bla ħlas.

Għal informazzjoni ulterjuri trid tħallas u t-tama hi li jkunu disponibbli mill-ħanut onlajn tagħna fl-2016.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali fl-Iżlanda?

Fis-sit tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorat tat-Taxxi Interni tista' tfittex l-informazzjoni li tkun bla ħlas. Sfortunament għalissa għadha bl-Iżlandiż biss. Għal aktar informazzjoni ikun hemm bżonn li wieħed jikkuntattja l-uffiċċju bit-telefown jew bl-e-mail sakemm jiftaħ il-ħanut onlajn is-sena d-dieħla.

L-istorja tar-reġistru kummerċjali Iżlandiż.

Sal-1980 il-kumpaniji kienu rreġistrati mal-kummissarji lokali madwar l-Iżlanda kollha. Fl-1980 twaqqaf reġistru speċjali għall-kumpaniji b'responsabbiltà limitata imma n-numri ta' identifikazzjoni għal dawn il-kumpaniji kienet toħroġhom Statistics Iceland. Mill-1997 'il quddiem il-kumpaniji kummerċjali kollha ħlief soċjetajiet mingħajr responsabbiltà limitata kienu jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Intrapriżi u mill-2014 ir-reġistrazzjoni tas-soċjetajiet qed issir hemm ukoll jiġifieri issa għandna reġistru kummerċjali uffiċjali wieħed biss fl-Iżlanda, Ir-Reġistru tal-Intrapriżi.

 



Il-Liechtenstein

Jinżamm reġistru kummerċjali (Handelsregister) wieħed għall-pajjiż kollu tal-Liechtenstein. Ir-reġistru kummerċjali jinżamm mid-Dipartiment tal-Ġustizzja (Amt für Justiz) f'Vaduz.

Ir-reġistru kummerċjali huwa reġistru pubbliku hu l-preżunzjoni hi li hu preċiż. L-għan prinċipali hu li jiżgura ċ-ċertezza tad-dritt tal-kummerċ billi jiżvela r-relazzjonijiet ġuridiċi rregolati mid-dritt privat, b'mod partikolari s-sitwazzjonijiet ta' persuni ġuridiċi u fiżiċi li jidħlu f'negozju fir-rigward tar-responsabbiltà u l-awtorità biex jaġixxu.

X'joffri r-reġistru kummerċjali?

Ir-reġistru kummerċjali fih informazzjoni dwar l-entitajiet ġuridiċi rreġistrati kollha li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fil-Prinċipalità tal-Liechtenstein u dwar il-fondi fiduċjarji (Treuhänderschaften) tal-Liechtenstein. L-informazzjoni tkopri fatti u relazzjonijiet li xi wħud minnhom iridu jiddaħħlu fir-reġistru bil-liġi u oħrajn jiddaħħlu volontarjament, flimkien mad-dokumenti ta' prova rilevanti.

Dokumenti dwar fondi fiduċjarji mhux irreġistrati u dejta relatata ma' fondazzjonijiet (Stiftungen) mhux irreġistrati jiġu ppreżentati r-reġistru pubbliku wkoll.

L-aċċess għar-reġistri kummerċjali huwa bla ħlas?

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali huwa suġġett għal ħlas.

Informazzjoni parzjali dwar kwalunkwe waħda mill-entitajiet ġuridiċi rreġistrati fir-reġistru kummerċjali u informazzjoni ġuridika oħra tista' tinstab bla ħlas fl-indiċi tan-negozju tar-reġistru (Firmenindex) permezz tal-ħolqa Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://handelsregister.li/cr-portal/suche/suche.xhtml, u dikjarazzjoni sħiħa ċċertifikata tista' tiġi ordnata wara ħlas permezz tal-istess ħolqa.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali fil-Liechtenstein?

Ir-reġistru kummerċjali, inkluż in-notifiki u d-dokumenti ta' prova, huma pubbliċi.

L-indiċi kummerċjali (Firmenindex) jista' jintuża biex issir tiftixa għal entità ġuridika rreġistrata bl-użu ta' isimha jew tal-isem kummerċjali tagħha jew in-numru tar-reġistru tagħha.

Kemm hija affidabbli l-informazzjoni fir-reġistri?

L-Artikolu 3a tad-Direttiva 2009/101/KE, kif emendat mid-Direttiva 2012/17/UE, jeħtieġ li l-Istati Membri jagħtu informazzjoni fejn jispjegaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li skonthom partijiet terzi jistgħu joqogħdu fuq id-dokumenti tal-kumpanija u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 2. Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tat-8 ta' Ottubru 2013 tgħid li d-Direttiva 2012/17/UE għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

Ħlief meta l-leġiżlazzjoni tistipula li pubblikazzjoni parzjali jew pubblikazzjoni tal-estratti biss huma meħtieġa, l-entrati fir-reġistru kummerċjali jiġu ppubblikati kompletament mid-Dipartiment tal-Ġustizzja fil-gazzetta uffiċjali mingħajr dewmien (l-Artikolu 956(1) tal-Att dwar il-Persuni u l-Kumpaniji (Personen- und Gesellschaftsrecht, PGR)). Il-pubblikazzjoni uffiċjali tal-Prinċipat tal-Liechtenstein hija l-gazzetta uffiċjali elettronika (Amtsblatt) (l-Artikolu 16 tal-Att dwar il-Pubblikazzjoni (Kundmachungsgesetz).

Kull persuna li taġixxi b'bona fide tista' toqgħod fuq l-entrati, l-emendi u t-tħassir fir-reġistru kummerċjali. Il-kontenut tal-entrati, l-emendi u t-tħassir huwa affidabbli fil-konfront tal-parti rreġistrata sakemm ikun ġie ppreżentat skont ix-xewqa ta' dik il-parti (l-Artikolu 948(1) u (2) PGR).

Fir-rigward ta' partijiet terzi, entrata fir-reġistru kummerċjali tkun effettiva mill-għada tal-pubblikazzjoni tagħha, dejjem jekk ikun hemm rekwiżit legali għall-pubblikazzjoni (l-Artikolu 947(2) PGR).

Skont l-Artikolu 949 PGR, entrata fir-reġistru kummerċjali għandu l-effett tal-iżvelar u ladarba r-reġistrazzjoni tidħol fis-seħħ fir-rigward ta' partijiet terzi, ħadd ma jkun għadu jista' joġġezzjona li ma kienx jaf bl-entrata. Madankollu, jekk kien hemm rekwiżit li fatt partikolari jrid ikun rreġistrat, u dak il-fatt ma jkunx irreġistrat, dan ikun affidabbli fil-konfront ta' parti terza biss jekk jista' jiġi ppruvat li l-parti terza kienet taf bih.

L-istorja tar-reġistru kummerċjali

Id-dejta fir-reġistru kummerċjali tal-Liechtenstein kienu oriġinarjament irreġistrati fuq index cards. Id-dejta attwali kollha, kif ukoll popolazzjoni kbira tad-dejta storika, issa jinsabu fuq mezzi elettroniċi.

Informazzjoni addizzjonali

L-entrati fir-reġistru kummerċjali jiġu ppubblikati fil-format rikjest mil-liġi fil-gazzetta elettronika, u partijiet tersi jistgħu joqogħdu fuqhom biss b'effett mill-għada tal-pubblikazzjoni tagħhom. F'każ ta' diskrepanza bejn l-entrata fir-reġistru u l-informazzjoni ppubblikata, l-entrata fir-reġistru tieħu preċedenza.

Pubblikazzjoni u effett tal-entrati fir-reġistru kummerċjali

In-natura pubblika tar-reġistru kummerċjali

Ir-reġistru kummerċjali, inkluż in-notifiki u d-dokumenti ta' prova, huma pubbliċi. Kulħadd għandu aċċess għall-entrati. Id-dokumenti fir-reġistru li jikkonċernaw kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (Aktiengesellschaften), soċjetajiet en commandite (Kommanditaktiengesellschaften) u kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata (Gesellschaften mit beschränkter Haftung) jistgħu jiġu aċċessati mingħar restrizzjoni; għal korpi b'forom ġuridiċi oħrajn, l-inkwerent irid juri bil-provi li għandu interess leġittimu (l-Artikolu 953 PGR).

Pubblikazzjoni tal-entrati

Ħlief meta l-leġiżlazzjoni tistipula li pubblikazzjoni parzjali jew pubblikazzjoni tal-estratti biss huma meħtieġa, l-entrati fir-reġistru kummerċjali jiġu ppubblikati kompletament mid-Dipartiment tal-Ġustizzja fil-gazzetta uffiċjali mingħajr dewmien. Id-dokumenti u d-dettalji kollha, li bil-liġi jridu jiġu ppreżentati u ppubblikati, jiġu ppubblikati bl-istess mod (l-Artikolu 956 et seq. PGR). L-informazzjoni ppubblikata hija affidabbli fil-konfront ta' kulħadd minn tmiem dakinhar li tiġi ppubblikata.

L-avviżi li jikkonċernaw kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (Aktiengesellschaften), soċjetajiet en commandite (Kommanditaktiengesellschaften) u kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata (Gesellschaften mit beschränkter Haftung) jieħdu l-forma ta' referenza ppubblikata fil-gazzetta uffiċjali għall-entrata u għad-dokumenti ta' prova u d-dettalji. L-istess japplika fil-każ ta' persuna ġuridika li tieħu sehem f'negozju b'mod kummerċjali. F'każijiet oħra l-avviżi jieħdu l-forma ta' referenza għall-entrata fir-reġistru (l-Artikolu 957 PGR).

L-effettività tal-entrati f'negozjar ma' partijiet terzi

Fir-rigward ta' partijiet terzi, entrata fir-reġistru kummerċjali tkun effettiva mill-għada tal-pubblikazzjoni tagħha, dejjem jekk ikun hemm rekwiżit legali għall-pubblikazzjoni (l-Artikolu 947(2) PGR).

Fil-każ ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (Aktiengesellschaften), soċjetajiet en commandite (Kommanditaktiengesellschaften) u kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata (Gesellschaften mit beschränkter Haftung) parti terza ma tistax toqgħod fuq fatt li jkun ġie rreġistrat u ppubblikat jekk ikun relatat ma' tranżazzjoni legali li titwettaq fi żmien ħmistax-il jum mid-data meta l-entrata tidħol fis-seħħ u l-parti terza tista' tipprova li ma kinitx taf bih u ma setgħetx tkun mistennija li tkun taf bih (l-Artikolu 949(1a) PGR).

Ladarba r-reġistrazzjoni tidħol fis-seħħ fir-rigward ta' partijiet terzi, ħadd ma jkun għadu jista' joġġezzjona li ma kienx jaf bl-entrata (l-Artikolu 949(1) PGR).

L-entrati fir-reġistru kummerċjali jikkostitwixxu evidenza sħiħa tal-fatti li jattestaw sakemm ma jintweriex li jkunu skorretti (l-Artikolu 949(3) PGR).

Diskrepanzi bejn entrata kif ippreżentata u kif ippubblikata

Jekk ikun hemm diskrepanza bejn l-entrata fir-reġistru u l-informazzjoni ppubblikata, l-entrata fir-reġistru tieħu preċedenza, u mbagħad l-informazzjoni ppubblikata, u finalment il-kontenut tad-dokumenti ta' prova. F'każ ta' diskrepanza bejn entrata fir-reġistru u l-informazzjoni ppubblikata, partijiet terzi li jaġixxu b'bona fide jistgħu joqogħdu wkoll fuq l-informazzjoni ppubblikata fil-konfront tal-parti li l-entrata hija dwarha (l-Artikolu 959(2) u (3) PGR).

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Persuni u l-Kumpaniji (Personen- und Gesellschaftsrecht, PGR) tal-20 ta' Jannar 1926 (ippubblikat LGBl. 1926 Nru 4)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Pubblikazzjoni (Kundmachungsgesetz) tas-17 ta' April 1985 (ippubblikat LGBl. 1985 Nru 41)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament tal-Gazzetta Uffiċjali (Amtsblattverordnung ) tal-4 ta' Settembru 2012 (ippubblikat LGBl. 2012 Nru 284)

L-aħħar aġġornament: 20/05/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Belġju

Din it-taqsima tagħti ħarsa lejn ir-reġistru Belġjan tal-kummerċ.

X’joffri r-reġistru Belġjan tal-kummerċ?

Ir-reġistru Belġjan tal-kummerċ, il-Bażi tad-Dejta tal-Hub tal-Kummerċ (Banque-Carrefour des Entreprises (BCE) bil-Franċiż, Kruispunktbank van Ondernemingen (KBO) bl-Netherlandiż) huwa miżmum minn uffiċċju Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafid-Dipartiment Federali tal-Ekonomija. Ir-reġistru nħoloq sabiex jissimplifika l-amministrazzjoni u jipprovdi mezz biex jiġu identifikati negozji b'mod mhux ambigwu. Il-bażi tad-dejta tkopri l-impriżi kollha, u l-liġi teħtieġ li l-impriżi kollha jirreġistraw. Telenka wkoll l-istabbilimenti tan-negozji (jew "l-unitajiet ta' stabbiliment"): dawn huma l-indirizzi fejn - jew minn fejn - in-negozju jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu. Il-bażi tad-dejta tipprovdi wkoll links għal bażijiet tad-dejta oħrajn. Tkopri mhux biss negozji iżda anke persuni ġuridiċi oħrajn. Il-kummerċjanti waħdiena, il-korpi pubbliċi, u f'xi każijiet in-negozji barranin, huma kollha inklużi.

L-aċċess għar-reġistru tal-kummerċ huwa bla ħlas?

Kulħadd jista' jikkonsulta d-dejta pubblika dwar in-negozji bla ħlas billi juża l-funzjoni "Public Search" onlajn.

Il-magna tat-tiftix tagħmilha possibbli li wieħed ifittex għal negozji jew stabbilimenti billi juża kriterji varji tat-tiftix. Fajl "Open Data" huwa disponibbli wkoll bla ħlas; dan jista' jeġa' jintuża minn kull persuna interessata diment li jirreġistraw. Il-funzjoni "Public Search" tagħmilha possibbli li tinkludi parti kbira mid-dejta pubblika fl-applikazzjonijiet proprji tal-utent. Madankollu, dan is-servizz huwa pprovdut bi ħlas.

Kif nista' nfittex fir-reġistru Belġjan tal-kummerċ?

Il-funzjoni "Public Search" tippermettilek li tfittex dejta dwar in-negozji kollha, kemm jekk ikunu attwalment attivi kif ukoll jekk ikunu waqfu mill-kummerċ, u kemm jekk ikunu persuni ġuridiċi kif ukoll jekk ikunu kummerċjanti waħdiena, u dwar l-istabbilimenti tagħhom.

X'dejta tista' tinstab?

Fil-livell tal-intrapriża:

  1. numru ta’ reġistrazzjoni tal-intrapriża
  2. status
  3. sitwazzjoni legali
  4. data tal-bidu
  5. isem
  6. indirizz tal-uffiċċju prinċipali
  7. numru tat-telefon
  8. faks
  9. indirizz elettroniku
  10. sit web
  11. forma ġuridika tal-intrapriża
  12. għadd ta' stabbilimenti
  13. uffiċjali
  14. ħiliet professjonali u għarfien tal-immaniġġjar bażiku li għalih tkun ingħatat evidenza
  15. kwalitajiet
  16. awtorizzazzjonijiet
  17. attivitajiet għall-finijiet ta' VAT u sigurtà soċjali
  18. informazzjoni finanzjarja
  19. links ma' negozji oħrajn
  20. Links esterni (gazzetta uffiċjali ((Moniteur belge/Belgisch Staatsblad)), 
    bank ċentrali (Banque nationale de Belgique/Nationale Bank van België),
    u r-reġistru tal-impjegati miżmum mill-uffiċċju tas-sigurtà soċjali (ONSS/RSZ)

Fil-livell tal-istabbiliment individwali:

  1. numru ta’ reġistrazzjoni tal-intrapriża
  2. status
  3. numru tal-istabbiliment
  4. data tal-bidu
  5. isem l-istabbiliment
  6. indirizz
  7. numru tat-telefon
  8. faks
  9. indirizz elettroniku
  10. sit web
  11. awtorizzazzjonijiet
  12. Attivitajiet għal finijiet ta' sigurtà soċjali u attivitajiet kummerċjali u mhux kummerċjali

Kemm hija affidabbli d-dejta fir-reġistru?

Il-kumpaniji huma meħtieġa jiddivulgaw ċerta informazzjoni u dokumenti. Ir-raġuni hija biex b'mod partikulari jiġi żgurat li dawn l-affarijiet ikunu ta' min joqgħod fuqhom f'negozjati ma' partijiet terzi. Fil-Belġju, din l-informazzjoni trid tkun ippubblikata fil-gazzetta uffiċjali; il-kontijiet annwali iridu jiġu ppubblikati permezz tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Karti tal-Bilanċ (Centrale des bilans/Balanscentrale) fil-bank ċentrali. L-Artikolu 76 tal-Kodiċi dwar il-Kumpaniji jistabbilixxi r-regoli dwar meta d-dokumenti u l-informazzjoni jkunu ta' min joqgħod fuqhom wara d-divulgazjoni.

L-Artikolu 76 tal-Kodiċi dwar il-Kumpaniji jistipula li d-dokumenti u l-informazzjoni li għandhom jiġu divulgati għandhom effetti fil-konfront ta' partijiet terzi biss mid-data li fiha jiġu ppubblikati f'forma estratta jew irrapurtati fl-annessi tal-gazzetta uffiċjali, sakemm il-kumpanija ma tkunx tista' tista' turi li dawn il-partijiet terzi kienu konxji tagħhom minn qabel.

Madankollu, il-partijiet terzi jistgħu jiddependu fuq id-dokumenti li ma ġewx ippubblikati.

Jekk tranżazzjoni sseħħ qabel is-16-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni, din ma jkollhiex effett fil-konfront tal-partijiet terzi li jistgħu juru li ma kellhomx mod kif ikunu jafu biha.

Fil-każ ta' diskrepanza bejn it-test li jkun ġie rreġistrat u t-test li jkun ġie ppubblikat fl-annessi tal-gazzetta uffiċjali, it-test ippubblikat ma jkunx ta' min joqgħod fuqu fil-konfront ta' partijiet terzi. Madankollu, il-partijiet terzi infushom jistgħu jinvokawh, sakemm il-kumpanija ma tkunx tista' turi li fil-fatt kienu konxji tat-test li jkun ġie rreġistrat.

Fil-każ ta' diskrepanza bejn id-dokumenti li jridu jiġu rreġistrati f'lingwa uffiċjali tal-pajiż u traduzzjonijiet f'lingwa/lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jkunu ġew reġistrati b'mod volontarju, it-traduzzjonijiet ippubblikati b'mod volontarju ma jkunux ta' min joqgħod fuqhom fil-konfront ta' partijiet terzi. Iżda l-partijiet terzi jistgħu jiddependu fuq dawn it-traduzzjonijiet li jkunu ġew ippubblikati b'mod volontarju, sakemm il-kumpanija ma tkunx tista' turi li kienu konxji tal-verżjoni msemmija fl-Artikolu 67(1)(2) tal-Kodiċi dwar il-Kumpaniji, li jirreferi għal kopji ċċertifikati ta' dokumenti awtentiċi, atti privati duplikati jew oriġinali, u dikjarazzjonijiet li jridu jiġu rreġistrati, f'forma elettronika jew le, mar-reġistru tal-qorti tal-kummerċ.

L-informazzjoni dwar impriżi li jkunu aċċessibbli permezz tal-funzjoni Public Search tinkludi links diretti għall-avviż ippubblikat fil-gazzetta uffiċjali u għall-Uffiċċju Ċentrali tal-Karti tal-Bilanċ tal-bank ċentrali.

Kif tfittex

Din il-link tieħdok għall-funzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPublic Search:

Hem erba' opzjonijiet ta' tiftix differenti, li huma separati b'tabs:

  • fittex bin-numru (jekk tkun taf in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-impriża jew in-numru tal-istabbiliment)
  • fittex bl-isem
  • fittex bl-indirizz
  • fittex bl-attività

Is-sit tal-internet huwa disponibbli f'erba' lingwi: Ingliż, Netherlandiż, Franċiż u Ġermaniż.

Issib informazzjoni ġenerali dwar il-Bażi tad-Dejta tal-Hub tal-Kummerċ permezz tas-sit web tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartiment Federali tal-Ekonomija (fit-taqsima "Enterprises & Self-Employed" (Entreprises & Indépendants/Ondernemingen & Zelfstandigen), taħt l-intestatura Banque-Carrefour des Entreprises/Kruispuntbank van Ondernemingen.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Ewropew dwar il-Kummerċ; Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Dipartiment Federali tal-Ġustizzja; Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Dipartiment Federali tal-Ekonomija, tal-SMEs, tal-Ħaddiema għal Rashom u tal-Enerġija

L-aħħar aġġornament: 18/01/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Bulgarija

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-reġistri kummerċjali tal-Bulgarija u r-reġistru BULSTAT. Il-Bulgarija tiggarantixxi li dawn ir-reġistri jimxu mal-prinċipji tal-pubbliċità, it-trasparenza u s-sigurtà tal-informazzjoni.

L-istorja tal-istabbiliment tar-reġistru nazzjonali

Meta ġie stabbilit?

Fl-1 ta’ Jannar 2008 bdiet riforma tal-proċess ta’ reġistrazzjoni, meta daħal fis-seħħ l-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali (Zakon za targovskiya registar) u beda jaħdem reġistru elettroniku tal-fergħat tal-operaturi tas-suq u tal-operaturi tas-suq barranin. L-operaturi tas-suq kellhom jirreġistraw mill-ġdid sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Skont l-Artikolu 17 tal-Att dwar l-Entitajiet Legali mingħajr Skop ta’ Qligħ (Zakon za yuridicheskite litsa s nestopanska tsel), sa mill-1 ta’ Jannar 2018, l-Aġenzija tar-Reġistri (Agentsiya po vpisvaniyata) iżżomm ir-reġistru ta’ entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ. § 25(1) tad-Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali u Finali tal-Att dwar l-Entitajiet Legali mingħajr Skop ta’ Qligħ jipprevedi li l-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ imdaħħlin fir-reġistru ta’ entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ fil-qrati provinċjali (okrazhni sadilishta) għandhom l-għażla li jissottomettu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni mill-ġdid lill-Aġenzija tar-Reġistri sal-31 ta’ Diċembru 2020. Iż-żewġ reġistri jużaw l-istess bażi ta’ data.

Riżultati tar-riforma:

  1. Il-proċess tar-reġistrazzjoni ġie trasferit mill-qrati għal korp amministrattiv tal-gvern ċentrali: l-Aġenzija tar-Reġistri.
  2. Ir-reġistri kollha tat-28 qorti provinċjali ġew ikkonsolidati f’bażi ta’ data elettronika ċentralizzata unika. Il-bażi ta’ data fiha d-dettalji li huma meħtieġa li jiġu rreġistrati u d-dokumenti meħtieġa biex jinżammu disponibbli għall-ispezzjoni pubblika, kif ukoll verżjonijiet elettroniċi tad-dokumenti kollha sottomessi, iċ-ċaħdiet maħruġa, l-istruzzjonijiet maħruġa u l-fajls tal-kumpanija.
  3. Il-prinċipju tal-pubbliċità tal-informazzjoni huwa ta’ importanza fundamentali fil-proċedura tar-reġistrazzjoni.
  4. Il-proċedura tar-reġistrazzjoni ssir bl-użu ta’ bosta tipi ta’ forom tal-applikazzjoni. It-tip ta’ applikazzjoni jiddependi fuq it-tip ta’ operatur tas-suq jew entità legali mingħajr skop ta’ qligħ u d-dettalji li għandhom jiddaħħlu.

Meta ġie ddiġitalizzat?

Mill-1 ta’ Jannar 2008, ir-reġistru kummerċjali, u mill-1 ta’ Jannar 2018, ir-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ, ħadmu bħala bażi tad-data elettronika unika li fiha informazzjoni dwar id-dettalji suġġetti għad-dħul u d-dokumenti suġġetti għall-pubblikazzjoni, kif ukoll id-dokumenti kollha ppreżentati, ir-rifjuti maħruġa, l-istruzzjonijiet u r-rekords tal-kumpaniji f’forma elettronika.

X’inhi l-leġiżlazzjoni applikabbli bħalissa?

L-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali u r-Reġistru tal-Entitajiet Legali Mingħajr Skop ta’ Qligħ (Zakon za targovskiya registar i registara na yuridicheskite litsa s nestopanska tsel, ZTRRYuLNTs) jirregola l-entrati, iż-żamma, il-ħżin u l-aċċess għar-reġistru kummerċjali u r-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ, kif ukoll l-effett tal-entrati, tat-tħassir u ta’ informazzjoni oħra ppubblikata fihom, u r-Regolament Nru 1 tal-14 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi r-regoli għaż-żamma, il-ħżin u l-aċċess għar-reġistru kummerċjali u r-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ (Haredba za vodene, sahranyavane i dostap do targovskiya registar i do registara na yuridicheskite litsa s nestopanska tsel, NVSDTRRYuLNTs) jistabbilixxi r-regoli għaż-żamma, għall-ħżin u għall-aċċess għar-reġistru kummerċjali u għar-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ, kif ukoll il-proċedura għall-ħatra u r-remunerazzjoni ta’ esperti tal-valwazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet mhux fi flus, likwidaturi, kontrolluri, verifikaturi u awdituri rreġistrati.

Meta jeżaminaw l-applikazzjonijiet li jaslu għand ir-reġistru kummerċjali u r-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ (TRRYuLNTs), l-uffiċjali tar-reġistrazzjoni jwettqu kontrolli ta’ verifika fuq id-dokumenti sottomessi f’konformità mad-dispożizzjonijiet speċjali tal-Att dwar il-Kummerċ (Targovski zakon), l-Att dwar l-Entitajiet Legali Mingħajr Skop ta’ Qligħ, l-Att dwar il-Miżuri kontra l-Ħasil tal-Flus (Zakon za merkite sreshtu izpiraneto na pari), l-Att dwar l-Irhna (Zakon za osobenite zalozi), l-Att dwar il-Kooperattivi (Zakon za kooperatsiite), l-Att dwar l-Entitajiet bi Skop Speċjali u l-Entitajiet tat-Titolizzazzjoni (Zakon za druzhestvata sas spetsialna investitsionna tsel i za druzhestvata za sekyuritizatsiya), l-Att dwar l-Attivitajiet ta’ Skemi ta’ Investiment Kollettiv u Impriżi ta’ Investiment Kollettiv Oħra (Zakon za deynostta na kolektivnite investitsionni shemi i na drugi predpriyatiya za kolektivno investirane), l-Att dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (Zakon za pazarite na finansovi instrumenti), l-Att dwar l-Offerta Pubblika ta’ Titoli (Zakon za publichnoto predlagane na tsenni knizha), l-Att dwar il-Kontabilità (Zakon za schetovodstvoto), l-Att dwar il-Faċilitajiet tal-Kura tas-Saħħa (Zakon sa lechebnite zavedeniya), l-Att dwar iċ-Ċentri Pubbliċi tal-Komunità (Zakon za narodnite chitalishta), l-Att dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (Zakon za kreditnite institutsii) u l-Att dwar id-Dokumenti Elettroniċi u s-Servizzi Fiduċjarji Elettroniċi (Zakon za elektronniya dokument i elektronnite udostoveritelni uslugi).

X’informazzjoni joffri r-reġistru kummerċjali?

Ir-reġistru kummerċjali u r-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ jikkondividu bażi tad-data elettronika komuni li fiha d-dettalji meħtieġa bil-liġi li jiġu rreġistrati u d-dokumenti li huma meħtieġa bil-liġi li jinżammu disponibbli għal spezzjoni pubblika relatati mal-operaturi tas-suq, mal-fergħat tal-operaturi tas-suq barranin, l-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ u l-fergħat ta’ entitajiet legali barranin mingħajr skop ta’ qligħ. Il-fajls dwar operaturi tas-suq, fergħat ta’ operaturi tas-suq barranin, entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ u fergħat ta’ entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ barranin jinżammu f’forma elettronika. Il-fajls fihom applikazzjonijiet, dokumenti li jissostanzjaw id-dettalji rreġistrati, divulgazzjonijiet u dokumenti oħrajn, li jista’ jkun fihom ukoll data personali li tidentifika lill-individwi li jirrappreżentaw jew jimmaniġġjaw lill-operatur tas-suq jew lill-entità legali mingħajr skop ta’ qligħ inkwistjoni.

X’fih il-kont?

Il-kont tal-persuni mdaħħla fir-reġistru fih informazzjoni bażika, maħżuna fil-forma ta’ data strutturata, dwar l-isem, il-forma ġuridika, l-uffiċċju prinċipali u l-indirizz tal-kumpanija, il-korpi maniġerjali tagħha, l-għanijiet (jekk applikabbli), is-sħab (jekk applikabbli), u l-kapital azzjonarju (jekk applikabbli).

X’fih il-fajl?

Il-fajl ta’ kull entità fir-reġistru fih id-dokumenti kollha li jissostanzjaw id-dettalji mdaħħla fil-kont tagħha.

Min għandu d-dritt li jaċċessa r-reġistru?

Ir-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta’ entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ huma fl-isfera pubblika. L-aċċess għall-bażi ta’ data tar-reġistri huwa miftuħ għal kulħadd mingħajr ħlas. L-Aġenzija tar-Reġistri tipprovdi aċċess irreġistrat għall-fajl tal-operatur tas-suq jew tal-entità legali mingħajr skop ta’ qligħ. Tali aċċess jista’ jiġi pprovdut fl-uffiċċji lokali tal-Aġenzija wara l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni u ta’ dokument tal-identità. Il-persuni li jitolbu aċċess elettroniku jridu jidentifikaw lilhom infushom permezz ta’ firma elettronika jew ċertifikat diġitali maħruġ mill-Aġenzija; l-aċċess uffiċjali jingħata skont il-proċedura stipulata f’regolament speċjali. L-Aġenzija tar-Reġistri tipprovdi wkoll aċċess ħieles u miftuħ għad-dettalji u dokumenti permezz tas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali.

X’informazzjoni fih ir-reġistru?

Fit-TRRYuLNTs hemm irreġistrati operaturi tas-suq, fergħat ta’ operaturi tas-suq barranin, entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ u fergħat ta’ entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ, flimkien mad-dettalji dwarhom li huma meħtieġa bil-liġi li jiġu rreġistrati. It-TRRYuLNTs jinkludi wkoll id-dokumenti li huma meħtieġa bil-liġi li jinżammu disponibbli għall-ispezzjoni pubblika relatata mal-operaturi tas-suq u mal-fergħat ta’ operaturi tas-suq barranin, mal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ u mal-fergħat ta’ entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ barranin.

Dawn li ġejjin huma suġġetti għad-dħul fir-reġistru kummerċjali u fir-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ: dettalji relatati mar-reġistrazzjoni inizjali tal-entitajiet, il-bidliet fid-dettalji ddikjarati u t-tħassir tagħhom, l-informazzjoni dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, il-likwidazzjoni u l-insolvenza, is-sekwestru tal-ishma tal-kumpaniji (fejn applikabbli), ir-rahan ta’ intrapriża kummerċjali u r-rahan tal-ishma tal-kumpaniji, id-dettalji relatati mal-firmatarju, il-fergħa, is-sidien benefiċjarji u r-ristrutturar.

Liema dokumenti jiġu ppreżentati/jinżammu (fajls, settijiet ta’ dokumenti, statuti, minuti tal-assemblea ġenerali, eċċ.)?

Kull applikazzjoni trid tkun akkumpanjata minn riċevuta ta’ ħlas tat-tariffi tal-Istat, sakemm it-tariffa ma titħallasx b’mod elettroniku, u dikjarazzjoni li tattesta l-awtentiċità tad-dettalji li għandhom jiddaħħlu fir-reġistru u l-aċċettazzjoni tad-dokumenti ppreżentati għad-dħul, kif ukoll dokumenti li juru l-eżistenza tad-dettalji li għandhom jiddaħħlu fir-reġistru jew fid-dokument suġġett għad-dħul, bħal statuti ta’ assoċjazzjoni, minuti ta’ laqgħat ġenerali, kuntratti għax-xiri u l-bejgħ ta’ ishma tal-kumpaniji, eċċ.. L-applikazzjoni u l-annessi tagħha jridu jiġu ppreżentati bil-Bulgaru. Id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu fejn isir hekk, dawn iridu jkunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċċertifikata bil-Bulgaru.

Kif nista’ nagħmel tfittxija (u x’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli)?

Personalment

Kull persuna tista’ tfittex fir-reġistru kummerċjali u fir-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ għal dettall partikolari jew dokument partikolari billi żżur uffiċċju lokali tal-Aġenzija tar-Reġistri. L-uffiċċji tal-Aġenzija tar-Reġistri jinsabu fiż-żoni taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ kull qorti provinċjali fil-Bulgarija.

Iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu minn kwalunkwe wieħed mill-uffiċċji lokali tal-Aġenzija tar-Reġistri (it-tariffi jinġabru f’konformità mal-iskeda tat-tariffi tal-Istat miġbura mill-Aġenzija tar-Reġistri).

Kopji tad-dokumenti ppreżentati għad-dħul fir-reġistru jistgħu jinħarġu minn kwalunkwe wieħed mill-uffiċċji lokali tal-Aġenzija tar-Reġistri (it-tariffi jinġabru f’konformità mal-iskeda tat-tariffi tal-Istat miġbura mill-Aġenzija tar-Reġistri).

Fuq is-sit web tar-reġistru

Ir-reġistru kummerċjali jista’ jiġi aċċessat 24 siegħa kuljum fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://portal.registryagency.bg/en/.

Kwalunkwe persuna tista’ tfittex ir-reġistru kummerċjali u r-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ għal dettall jew dokument partikolari.

X’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli?

Fuq il-portal tat-TRRYuLNTs, it-tfittxijiet jistgħu jsiru billi jintużaw il-kriterji li ġejjin:

  • l-isem kummerċjali/isem jew Kodiċi ta’ Identifikazzjoni Uniku (unique identification code - UIC) ta’ operatur tas-suq jew ta’ fergħa ta’ operatur tas-suq barrani, entità legali mingħajr skop ta’ qligħ jew fergħa ta’ entità legali mingħajr skop ta’ qligħ barranija; l-ismijiet jew in-numru ta’ identifikazzjoni, jew l-isem kummerċjali jew il-UIC tas-sieħeb jew tas-sid uniku tal-kapital.
  • l-ismijiet jew in-numru ta’ identifikazzjoni, jew l-isem kummerċjali jew il-UIC ta’ membru tal-korpi ta’ entità ġuridika – operatur tas-suq jew entità legali mingħajr skop ta’ qligħ. Il-fajl ta’ operatur tas-suq, fergħa ta’ operatur tas-suq, entità legali mingħajr skop ta’ qligħ jew fergħa ta’ entità legali mingħajr skop ta’ qligħ barranija u l-uffiċjali u s-suċċessuri tagħhom jistgħu jiġu mfittxija skont dettall jew dokument.

Kif nista’ nikseb id-dokumenti?

Mingħajr ħlas?

Minbarra li toffri aċċess liberu u miftuħ għall-bażi tad-data tar-reġistru kummerċjali u r-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ imsemmija hawn fuq, l-Aġenzija tar-Reġistri toħroġ iċ-ċertifikati li ġejjin:

Ċertifikat tal-affidabbiltà li jattesta d-dettalji u d-dokumenti rreġistrati fil-kont ta’ operatur tas-suq jew ta’ entità legali mingħajr skop ta’ qligħ fil-ħin tal-ħruġ tad-dokument.

Ċertifikat tal-entrati magħmula fuq perjodu speċifiku li jattesta d-dettalji mdaħħla fil-kont ta’ operatur tas-suq jew ta’ entità legali mingħajr skop ta’ qligħ fuq perjodu speċifikat mill-applikant.

Ċertifikat ta’ dokumenti ppubblikat f’perjodu speċifiku li jelenka d-dokumenti depożitati fil-kont ta’ operatur tas-suq jew ta’ entità legali mingħajr skop ta’ qligħ matul il-perjodu speċifikat mill-applikant.

Ċertifikat li jikkonferma li ċerti dettalji/dokumenti ma ddaħħlux fil-kont/ma ġewx iddepożitati fil-kont ta’ operatur tas-suq jew ta’ entità legali mingħajr skop ta’ qligħ.

Ċertifikat fir-rigward tad-dettalji mdaħħla fir-reġistru, li jattesta d-dettalji speċifiċi li ddaħħlu fil-kont tal-operatur tas-suq jew tal-entità legali mingħajr skop ta’ qligħ. Iċ-ċertifikat jista’ jkun fih biss dettalji relatati mal-kapital azzjonarju tal-kumpanija jew mal-uffiċċju reġistrat tal-operatur tas-suq/entità legali mingħajr skop ta’ qligħ, jew diversi dettalji li l-applikant ikun talab li jiġu inklużi fid-dokument.

Ċertifikat li jattesta d-depożitu ta’ dokument jew kopja ta’ dokument depożitat — konferma li dokument speċifiku jkun ġie ddepożitat fil-kont tal-operatur tas-suq jew tal-entità legali mingħajr skop ta’ qligħ, jew kopja ċċertifikata ta’ dokument li jkun ġie ddepożitat fil-kont tal-operatur jew tal-entità legali mingħajr skop ta’ qligħ, maħruġa fuq talba ta’ parti interessata.

Ċertifikati tal-isem/isem kummerċjali riżervat, li jattestaw id-dritt ta’ operatur tas-suq jew ta’ entità ġuridika mingħajr skop ta’ qligħ li tuża isem/isem kummerċjali magħżul u riżervat.

Bi ħlas?

Għandha titħallas tariffa fl-ammont speċifikat fl-iskeda tat-tariffi tal-Istat miġbura mill-Aġenzija tar-Reġistri. It-tariffi għall-ħruġ taċ-ċertifikati huma kif ġej: BGN 5.00 għall-ewwel paġna u BGN 2.00 għal kull paġna addizzjonali ta’ kopja stampata ta’ ċertifikat, u BGN 2.50 għall-ewwel paġna u BGN 1.50 għal kull paġna addizzjonali ta’ ċertifikat maħruġ f’forma elettronika.

Kif nista’ nikseb silta mir-reġistru, kopja ċertifikata jew traskrizzjoni tad-dokumenti?

Iċ-ċertifikat li jattesta n-nuqqas ta’ dettalji rreġistrati jew ta’ dokumenti depożitati jista’ jinkiseb biss f’kopja stampata minn kwalunkwe uffiċċju lokali tal-Aġenzija tar-Reġistri, u t-tipi l-oħra kollha ta’ ċertifikati jistgħu jinkisbu kemm f’kopja stampata minn kwalunkwe uffiċċju lokali tal-Aġenzija tar-Reġistri kif ukoll f’forma elettronika, skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura stipulati fl-Att dwar id-Dokumenti Elettroniċi u s-Servizzi Fiduċjarji Elettroniċi.

Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni

Kif nista’ nibda l-proċedura ta’ reġistrazzjoni (kif nippreżenta applikazzjonijiet lir-reġistru, iċ-ċertifikazzjoni tad-dokumenti, it-tip ta’ dokumenti li jridu jkunu mehmuża)?

Personalment

Kull persuna tista’ tippreżenta applikazzjoni billi żżur uffiċċju lokali tal-Aġenzija tar-Reġistri.

L-applikazzjonijiet f’forma fiżika jistgħu jiġu ppreżentati fi kwalunkwe uffiċċju lokali tal-Aġenzija tar-Reġistri, irrispettivament minn fejn ikun ibbażat l-operatur tas-suq. Ladarba jiġu aċċettati mill-uffiċċji tal-Aġenzija, l-applikazzjonijiet stampati jiġu skennjati u maħżuna bħala hemżiet fis-sistema kompjuterizzata tat-TRRYuLNTs. Id-dokumenti mehmuża bħala annessi għall-applikazzjonijiet iridu jkunu oriġinali jew kopji ċċertifikati mill-applikant jew minn nutar pubbliku.

Online

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati wkoll b’mod elettroniku permezz tal-portal web tat-TRRYuLNTs fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://portal.registryagency.bg

L-applikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati 24 siegħa kuljum permezz tal-portal tat-TRRYuLNTs. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni inizjali, id-dħul u t-tħassir ta’ dettalji u applikazzjonijiet għad-depożitu ta’ dokumenti relatati mal-affarijiet ta’ kumpaniji b’ishma konġunti u soċjetajiet limitati b’ishma jistgħu jiġu ppreżentati biss f’forma elettronika.

L-Artikoli 6 sa 63 h tar-Regolament Nru 1 tal-14 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi r-regoli għaż-żamma, il-ħżin u l-aċċess għar-reġistru kummerċjali u r-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ (NVSDTRRYuLNTs) jistabbilixxu informazzjoni dettaljata dwar id-dokumenti meħtieġa li għandhom jiġu annessi ma’ kull applikazzjoni għar-reġistrazzjoni inizjali, id-dħul u t-tħassir ta’ dettalji, u d-depożitu ta’ dokumenti, għal kull tip ta’ kumpanija.

L-applikazzjonijiet ippreżentati kif jiġu rieżaminati?

Kull entrata li tasal biex tiddaħħal fis-sistema kompjuterizzata tat-TRRYuLNTs (applikazzjoni, deċiżjoni ta’ qorti, talba biex jiġi rranġat żball, talba għall-ħatra ta’ esperti, verifikaturi, kontrolluri, eċċ.) tingħata numru ta’ referenza uniku fil-format “ssssxxjjssmmss” (sena, xahar, jum, siegħa, minuta, sekonda). Ladarba applikazzjoni, deċiżjoni ta’ qorti, jew talba tkun irċeviet in-numru ta’ referenza uniku tagħha, din tiġi allokata b’mod aleatorju mis-sistema kompjuterizzata tat-TRRYuLNTs lil uffiċjal tar-reġistrazzjoni biex jeżaminaha. L-applikazzjonijiet għad-dħul jew it-tħassir jew id-depożitu ta’ dokumenti skont l-Artikolu 14 jiġu allokati awtomatikament, fl-ordni li jkunu waslu, lil uffiċjal tar-reġistrazzjoni li jkun għadda b’mod elettroniku l-applikazzjoni li tkun ġiet allokata lilu qabel u li mbagħad għalhekk, fis-sistema kompjuterizzata jiġi jidher li jkun disponibbli.

Skont l-Artikolu 19(2) tal-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali u r-Reġistru ta’ Entitajiet Legali mingħajr Skop ta’ Qligħ (ZTRRYuLNTs), l-uffiċjal tar-reġistrazzjoni joħroġ deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jew għat-tħassir u l-applikazzjonijiet għad-depożitu ta’ dokument minnufih wara li jiskadu 3 ijiem tax-xogħol wara l-wasla tagħhom, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-ewwel darba tal-operaturi tas-suq jiġu eżaminati sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol wara dik li fiha jkunu tressqu lir-reġistru kummerċjali, u tinħareġ deċiżjoni minnufih wara li tiġi eżaminata l-applikazzjoni, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 22(5) taż-ZTRRYuLNTs, fejn tinħareġ struzzjoni.

Skont it-tip ta’ deċiżjoni, l-eżiti jistgħu jkunu kif ġej:

  • struzzjonijiet iffirmati elettronikament mill-uffiċjal tar-reġistrazzjoni wara li jitlesta l-eżami tal-applikazzjoni partikolari u ppubblikati minnufih fil-kont tal-operatur tas-suq – li jkollhom jiġu implimentati fit-terminu previst fl-Artikolu 19(2) taż-ZTRRYuLNTs;
  • ċaħda, iffirmata elettronikament mill-uffiċjal ta’ reġistrazzjoni meta jkun tlesta l-eżami u ppubblikata mill-ewwel fil-kont tal-operatur tas-suq;
  • ordni ta’ reġistrazzjoni.

L-effetti legali tar-reġistrazzjoni

L-effett tal-entrati fuq il-partijiet terzi f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Il-Bulgarija adottat il-prinċipji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE li tirregola l-validità tad-dħul jew it-tħassir ta’ dettalji u d-depożitu ta’ dokumenti marbutin ma’ operaturi tas-suq/entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ. L-arranġamenti speċifiċi applikabbli fil-livell nazzjonali huma stabbiliti fiż-ZTRRYuLNTs u fl-Att dwar il-Kummerċ.

Skont iż-ZTRRYuLNTs, dettall imdaħħal fir-reġistru jitqies, mill-ħin li jiddaħħal, li jkun sar magħruf minn partijiet terzi li jaġixxu in bona fide. Qabel ma jgħaddu 15-il jum minn meta tkun saret entrata, din ma tistax tintuża kontra terzi persuni li jagħtu prova li kien impossibbli għalihom li jkunu konxji tagħha. It-terzi persuni jistgħu jiċċitaw dettall li jrid jiddaħħal fir-reġistru minkejja li l-entrata tkun għadha ma saritx, sakemm il-liġi ma tipprevedix speċifikament li ssir effettiva biss wara d-dħul. Ladarba titħassar, entrata ma tkunx effettiva. Id-dokumenti fit-TRRYuLNTs jitqiesu li saru magħrufa minn partijiet terzi mid-data li jiġu ddepożitati.

Terzi persuni li jaġixxu in bona fide jistgħu jiċċitaw entrata jew pubblikazzjoni, saħansitra jekk id-dettall imdaħħal jew id-dokument ippubblikat ma jkunx jeżisti. B’rabta ma’ terzi persuni li jaġixxu in bona fide, dettalji mhux imdaħħla fir-reġistru jitqiesu li ma jeżistux.

Diskrepanzi bejn l-entrata f’reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha

Id-dettalji mdaħħla fir-reġistru jiġu ppubblikati mingħajr dewmien fuq is-sit web tar-reġistru u, fil-każ ta’ żball jew nuqqas ta’ kompletezza, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 96a u 96b tan-NVSDTRRYuLNTs, li skonthom l-iżbalji u n-nuqqas ta’ kompletezza fid-dħul tad-dettalji, it-tħassir ta’ entrati jew id-depożitu ta’ dokumenti, inkluż fil-każ ta’ diskrepanza bejn id-data li tinsab f’applikazzjoni u d-data li tinsab fl-annessi tagħha, jiġu rrettifikati billi jsir dħul jew depożitu mill-ġdid tad-dokument. Fejn l-iżball fid-dħul tad-dettalji, il-kanċellazzjoni tal-entrati jew id-depożitu tad-dokumenti jsir minn uffiċjal tar-reġistrazzjoni, l-applikant jew il-persuna interessata jistgħu jitolbu li l-iżbalji u l-ommissjonijiet jiġu rettifikati billi jippreżentaw applikazzjoni bbażata fuq mudell approvat mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tar-Reġistri, li fih iridu jiġu indikati n-numru tal-entrata u l-iżball jew l-ommissjoni.

Min hu responsabbli għall-akkuratezza tar-rekords?

Skont l-Artikolu 28 taz-ZTRRYuLNTs, l-Aġenzija tar-Reġistri hija responsabbli għall-akkuratezza tar-rekords.

Proċeduri għall-protezzjoni tad-data

Il-proċeduri relatati mad-drittijiet tas-suġġett tad-data rigward il-pubblikazzjoni u l-ħżin tad-data personali tiegħu

It-TRRYuLNTs huwa amministrat b’mod konġunt mill-Aġenzija tar-Reġistri u mis-Servizz ta’ informazzjoni AD (Informatsionno Obsluzhvane AD). L-impriżi kummerċjali, rispettivament l-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ, huma l-kontrolluri tad-data personali tal-persuni fiżiċi li tinsab fid-dokumenti ppreżentati lill-Aġenzija tar-Reġistri għall-finijiet ta’ dħul fir-reġistru skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(7) tar-Regolament (UE) 2016/679. L-Aġenzija tirċievi d-data personali ta’ persuni fiżiċi (sħab, sidien uniċi tal-kapital, eċċ.) mill-kumpanija/entità legali mingħajr skop ta’ qligħ u hija meħtieġa tipproċessa din id-data f’konformità mal-proċedura stabbilita bil-liġi, fil-forma li fiha tiġi sottomessa, iddaħħal id-dettalji rilevanti fir-reġistru u tippubblika dawk li huma suġġetti għall-pubblikazzjoni bil-liġi. Id-dokumenti jiġu ppreżentati mill-kumpaniji fil-kapaċità tagħhom bħala kontrolluri tad-data bħala fajls li ma jistgħux jinqraw minn magni.

Skont l-Artikolu 2(2) taż-ZTRRYuLNTs, id-dettalji u d-dokumenti jiġu ppubblikati fit-TRRYuLNTs mingħajr l-informazzjoni li tikkostitwixxi data personali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, ħlief għall-informazzjoni meħtieġa li tiġi ppubblikata bil-liġi. Skont l-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament Nru 1 tal-14 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi r-regoli għaż-żamma, il-ħżin u l-aċċess għar-reġistru kummerċjali u r-reġistru tal-entitajiet legali mingħajr skop ta’ qligħ, l-applikazzjoni trid tkun akkumpanjata minn kopja tal-istatuti tal-kumpanija, rispettivament l-artikoli ta’ assoċjazzjoni, li minnhom tkun tħassret id-data personali kollha, ħlief dik meħtieġa mil-liġi.

Sabiex jeżerċita d-drittijiet skont l-Artikoli 15 sa 22 tar-Regolament (UE) 2016/679, is-suġġett tad-data jrid jissottometti applikazzjoni bil-miktub lill-Aġenzija tar-Reġistri, li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 37b u 37c tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali (Zakon za zashtita lichnite danni, ZZLD). Meta l-Aġenzija tirċievi talba minn suġġett tad-data li jkun jixtieq jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2016/679, u tistabbilixxi l-validità tat-talba għal rettifika jew tħassir ta’ data personali skont l-Artikolu 16, rispettivament l-Artikolu 17, tal-GDPR fit-taqsima tad-dettalji rreġistrati jew tad-dokumenti depożitati tal-kont ta’ operatur tas-suq/entità legali mingħajr skop ta’ qligħ partikolari fit-TRRYuLNTs:

din tibgħat ittra lill-kontrollur primarju (l-operatur tas-suq/l-entità legali mingħajr skop ta’ qligħ), b’kopja lis-suġġett tad-data, li tinforma lil tal-ewwel, fil-kapaċità tiegħu bħala kontrollur primarju tad-data, li, b’rabta ma’ dritt eżerċitat minn suġġett tad-data (azzjonist, sid uniku tal-kapital azzjonarju, eċċ.), huwa għandu jissottometti kopja ċċertifikata tad-dokument depożitat fir-reġistru fi żmien 14-il jum, li fih tkun tħassret id-data personali kollha, ħlief dik meħtieġa mil-liġi. Il-kopja ċċertifikata tad-dokument ippubblikat fir-reġistru li fih tkun tħassret id-data personali kollha, ħlief dik meħtieġa mil-liġi, trid tiġi ppreżentata f’kopja stampata jew f’forma elettronika lis-Sistema ta’ Informazzjoni tat-TRRYuLNTs, flimkien ma’ talba għal korrezzjoni ta’ nuqqas ta’ kompletezza fil-kont tal-operatur tas-suq/entità ġuridika mingħajr skop ta’ qligħ, abbażi ta’ mudell approvat. Nota fir-rigward tat-talba tiddaħħal fil-kont tal-operatur tas-suq/entità ġuridika mingħajr skop ta’ qligħ rispettiv. Meta l-kopja tad-dokument tiġi ppreżentata bin-numru ta’ referenza assenjat lill-fajl tal-każ mid-dipartiment tar-reġistri tal-Aġenzija, id-dokument jiddaħħal fis-Sistema ta’ Informazzjoni tat-TRRYuLNTs fuq bażi ex officio.

Meta d-data (id-dettalji reġistrati) imdaħħla fil-parti dinamika tat-TRRYuLNTs tkun trid tiġi kkoreġuta, it-talba għall-korrezzjoni, flimkien mal-provi annessi, jiddaħħlu fis-Sistema ta’ Informazzjoni tat-TRRYuLNTs bħala “Talba għall-korrezzjoni ta’ żbalji u ta’ nuqqas ta’ kompletezza” fuq bażi ex officio.

Links utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.registryagency.bg/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://portal.registryagency.bg/en/

20 Elisaveta Bagryana St, 1111 Sofija

tel.: (+359 2) 9486 181

indirizz tal-posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoffice@registryagency.bg

L-aħħar aġġornament: 19/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Iċ-Ċekja

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-mod li kif ir-reġistru pubbliku huwa mqassam fir-Repubblika Ċeka. Ir-reġistru pubbliku jinkludi r-Reġistru tal-Assoċjazzjonijiet, ir-Reġistru tan-Negozji, ir-Reġistru tal-Fondazzjonijiet, ir-Reġistru tal-Istituzzjonijiet, ir-Reġistru tal-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tad-Djar u r-Reġistru tal-Karitajiet.

L-istorja tar-reġistru tan-negozji tar-Repubblika Ċeka

Meta ġie stabbilit?

Il-forma attwali tar-reġistru tan-negozji ġejja mir-riformulazzjoni tal-liġi ċivili li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014 bl-adozzjoni tal-Kodiċi Ċivili l-ġdid (l-Att Nru 89/2012) u l-leġiżlazzjoni relatata, b’mod partikolari l-Att Nru 90/2012 dwar il-korporazzjonijiet kummerċjali u l-Att Nru 304/2013 dwar ir-reġistri pubbliċi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi u dwar ir-reġistrazzjoni ta’ fondi fiduċjarji (“l-Att dwar ir-Reġistri”). Illum il-ġurnata, ir-reġistru tan-negozji huwa wieħed mill-hekk imsejħa reġistri pubbliċi u huwa suġġett għal regolamentazzjoni ġenerali skont l-Att dwar ir-Reġistri. Minbarra r-reġistru tan-negozji, dawn li ġejjin huma reġistri pubbliċi:

  • ir-Reġistru tal-Assoċjazzjonijiet, li jirreġistra d-dettalji ta’ assoċjazzjonijiet, trade unions, trade unions internazzjonali, organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, organizzazzjonijiet internazzjonali tal-impjegaturi u assoċjazzjonijiet sussidjarji;
  • ir-Reġistru tal-Fondazzjonijiet, li jirreġistra d-dettalji tal-fondazzjonijiet u tad-dotazzjonijiet;
  • ir-Reġistru tal-Istituti, li jirreġistra d-dettalji tal-istituti;
  • Ir-Reġistru tal-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tad-Djar, li jirreġistra d-dettalji tal-assoċjazzjonijiet tas-sidien;
  • ir-Reġistru tal-Karitajiet, li jirreġistra d-dettalji tal-organizzazzjonijiet tal-karità.

F’dan it-test, it-terminu “reġistru pubbliku” jindika wkoll ir-reġistru tan-negozji.

Mill-1 ta’ Jannar 2018, l-Att dwar ir-Reġistri jirregola wkoll ir-reġistrazzjoni ta’ fondi fiduċjarji (attività li, għall-kuntrarju tar-reġistri pubbliċi nfushom, hija pubblika biss parzjalment).

Minbarra l-Att dwar ir-Reġistri, hemm ukoll leġiżlazzjoni separata speċjali li tirregola r-reġistri pubbliċi għal tipi speċifiċi ta’ forom legali, jiġifieri reġistru tal-assoċjazzjonijiet tal-kaċċa (miżmum mill-awtoritajiet tal-Istat responsabbli għall-kaċċa, jiġifieri l-muniċipalitajiet rilevanti b’kompetenza estiża), reġistru tal-partiti politiċi u tal-movimenti (Miżmuma mill-Ministeru tal-Intern), reġistri ta’ knejjes reġistrati, organizzazzjonijiet ibbażati fuq ir-reliġjon u entitajiet legali oħra (miżmuma mill-Ministeru tal-Kultura) u reġistru tal-entitajiet legali edukattivi (miżmum mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport). Dawn ir-reġistri pubbliċi huma regolati u operati essenzjalment bl-istess mod bħar-reġistri pubbliċi koperti mill-Att dwar ir-Reġistri.

Minn perspettiva storika, il-ħolqien ta’ reġistru tan-negozji fit-territorju Ċek huwa marbut mal-kodifikazzjoni tal-liġi kummerċjali tal-1863 f’Cisleithania. Ir-reġistru tan-negozji ġie stabbilit permezz tal-Att Nru 1/1863 (il-Kodiċi Ġenerali tal-Kummerċ), li kien applikabbli wkoll f’pajjiżi oħra. L-Att introduċa l-obbligu li l-entitajiet jiddaħħlu fir-reġistru tan-negozji. Bħala riżultat ta’ bidla fis-sistema legali, fl-1950 ir-reġistru tan-negozji ġie kkonvertit f’reġistru tal-kumpaniji. Żviluppi soċjali u politiċi sussegwenti wasslu għall-istabbiliment mill-ġdid tar-reġistru tan-negozji fl-1992 abbażi tal-kunċett sottostanti kemm għar-reġistru tan-negozji oriġinali kif ukoll għar-reġistru tal-kumpaniji. Il-kunċett tar-reġistru tan-negozji tal-1992 bażikament kompla sal-ġurnata attwali u baqa’ jippersisti anke wara r-riformulazzjoni fl-2014 tad-dritt privat imsemmija hawn fuq.

Meta ġie ddiġitalizzat?

Għalkemm ma kien hemm l-ebda rekwiżit legali sal-1 ta’ Lulju 2005 biex ir-reġistru tan-negozji jinżamm f’forma elettronika, ilu jinżamm f’din il-forma sa mill-1 ta’ Jannar 1997. Ir-reġistru tan-negozji huwa sistema tal-informazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika. Huwa marbut ma’ reġistri bażiċi oħra (eż. ir-Reġistru tal-Persuni). Ir-reġistru bażiku fih data ta’ referenza, links ta’ referenza u identifikaturi ta’ persuni fiżiċi – u, fejn xieraq, data ta’ awtentikazzjoni, data operazzjonali u data statutorja oħra. Id-data ta’ referenza hija marbuta ma’ data li tinsab f’reġistri oħra, li tiżgura li dawn tal-aħħar ikunu interoperabbli. Dan ifisser li jekk id-data tinbidel f’reġistru wieħed, il-bidla awtomatikament tidħol fis-seħħ fir-reġistri bażiċi l-oħra li jkun fihom l-istess data. Eżempju komuni huwa bidla fl-isem, li tidħol fis-seħħ ukoll fir-reġistri bażiċi l-oħra.

F’ċerti każijiet, id-data dwar il-persuni reġistrati qabel l-1 ta’ Jannar 1997 tkun disponibbli biss fuq karta, peress li d-dokumenti jew id-data reġistrata ma ġietx diġitalizzata u ma hijiex aċċessibbli permezz tal-applikazzjoni tar-reġistri pubbliċi.

X’leġiżlazzjoni tapplika bħalissa?

Mir-riformulazzjoni tad-dritt privat fl-2014 ’l hawn, il-kontenut tar-reġistri pubbliċi (inkluż ir-reġistru tan-negozji) huwa rregolat mill-Att dwar ir-Reġistri. Ċerti aspetti tekniċi oħra huma koperti minn regolamenti ta’ implimentazzjoni, jiġifieri d-Digriet Nru 323/2013 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-formoli użati biex tintalab l-inklużjoni f’reġistru pubbliku jew biex jiġu emendati jew irtirati tali talbiet, u dwar ir-revoka ta’ ċerti digrieti, u r-Regolament tal-Gvern Nru 351/2013 li jiddetermina r-rata tal-imgħax prestabbilita, l-ispejjeż assoċjati mat-talbiet ta’ riċevibbli u t-tariffi tal-likwidaturi, il-fiduċjarji u l-membri tal-korpi ta’ entità legali maħtura mill-qorti, u li jirregola ċerti kwistjonijiet li jikkonċernaw il-Gazzetta Kummerċjali [Obchodní věstník], ir-reġistri pubbliċi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi u r-reġistrazzjoni ta’ fondi fiduċjarji u ta’ sidien benefiċjarji.

Inċidentalment, ir-reġistru tas-sidien benefiċjarji tal-entitajiet legali ilu rregolat mill-1 ta’ Ġunju 2021 minn Att separat (Nru 37/2021 dwar ir-reġistru tas-sidien benefiċjarji). Mill-1 ta’ Jannar 2018 sa dik id-data, ir-reġistrazzjoni tas-sidien benefiċjarji kienet koperta mill-Att dwar ir-Reġistri.

X’informazzjoni jipprovdi r-reġistru?

Min għandu d-dritt li jara r-reġistru?

Kulħadd għandu d-dritt li jara r-reġistru tan-negozji u kwalunkwe reġistru pubbliku ieħor, u li jagħmel kopji tad-data li tinsab fih.

Minbarra l-qari dirett tar-reġistru tan-negozji, wieħed jista’ jara l-fajl rilevanti f’qorti. Madankollu, f’każ bħal dan, irid jintwera interess ġuridiku sabiex il-qorti kompetenti tagħti aċċess għall-fajl. Il-persuni li jagħtu prova tal-interess ġuridiku tagħhom jistgħu mbagħad jaraw il-fajl (inklużi l-annessi tiegħu u lista tal-partijiet kollha tiegħu) mingħajr restrizzjoni.

Minħabba l-livell għoli ta’ trasparenza u l-iżvelar kważi sħiħ tal-informazzjoni u d-dokumenti, huwa aktar prattiku li wieħed jara r-reġistru tan-negozji direttament, peress li kulħadd jista’ jagħmel dan u ma jeħtieġ li jintwera l-ebda interess ġuridiku.

X’informazzjoni fih ir-reġistru tan-negozji?

X’tip ta’ data tinżamm fih? (liema tipi ta’ entità huma rreġistrati f’reġistru pubbliku; issib informazzjoni dwar l-insolvenza, ir-rapporti finanzjarji eċċ.?)

Il-kumpaniji kollha (soċjetajiet f’isem kollettiv, soċjetajiet limitati, kumpaniji privati b’responsabbiltà limitata, kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata) u l-fergħat u l-kooperattivi tagħhom, kif ukoll in-negozji u l-uffiċċji tal-fergħat ta’ entitajiet legali barranin li joperaw fir-Repubblika Ċeka, huma rreġistrati fir-reġistru tan-negozji. Il-persuni fiżiċi li jkollhom negozju fir-Repubblika Ċeka li japplikaw għar-reġistrazzjoni wkoll jiġu rreġistrati fir-reġistru tan-negozji.

In-negozji jew il-fergħat jiġu rreġistrati fir-reġistru tan-negozji biss jekk ikunu stabbiliti. In-negozji jew il-fergħat ta’ entitajiet legali barranin li l-uffiċċju reġistrat tagħhom jinsab barra mill-Unjoni Ewropea u ż-Żona Ekonomika Ewropea jridu jiġu rreġistrati fir-reġistru tan-negozji. Jekk entità legali barranija li taqa’ f’dik il-kategorija ma tkunx irrilokat in-negozju tagħha jew parti minnu lejn ir-Repubblika Ċeka, l-entità nnifisha tiġi rreġistrata fir-reġistru. In-negozji jew il-fergħat ta’ entitajiet legali barranin li l-uffiċċju rreġistrat tagħhom jinsab fl-UE jew fiż-ŻEE jiġu rreġistrati fir-reġistru biss jekk jitolbu dan.

Ir-reġistru tan-negozji fih informazzjoni dettaljata ħafna dwar il-persuni rreġistrati. Dan il-livell għoli ta’ trasparenza jippermetti livell għoli ta’ skrutinju pubbliku, li l-ħtieġa tiegħu hija pprovduta kemm mir-reġistru nnifsu kif ukoll mill-sbírka listin (ġabra ta’ dokumenti), li huwa repożitorju ta’ dokumenti importanti relatati ma’ persuni rreġistrati.

Fir-reġistri pubbliċi tiġi rreġistrata b’mod partikolari d-data li ġejja:

  • l-isem (jew l-isem tal-kumpanija) u l-uffiċċju reġistrat, u l-indirizz li fih il-persuna reġistrata tkun qed toqgħod jew tkun residenti
  • qasam ta’ attività jew ta’ negozju (inkella, deskrizzjoni tal-għan segwit mill-entità)
  • il-forma ġuridika tal-persuna ġuridika
  • id-data meta persuna ġuridika tiġi inkorporata (u xolta)
  • in-numru tat-twelid ta’ persuna fiżika jew in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ persuna ġuridika
  • l-isem u l-kompożizzjoni tal-bord maniġerjali, u l-proċedura biex jaġixxi f’isem persuna ġuridika
  • l-isem u l-kompożizzjoni tal-korp superviżorju
  • dettalji dwar l-aġent awtorizzat u l-mod li bih jaġixxi f’isem il-persuna ġuridika

Din il-lista ma hijiex eżawrjenti. Il-firxa ta’ informazzjoni reġistrata fir-reġistru tvarja skont il-forma li tieħu l-persuna ġuridika.

Fil-każ tar-reġistru tan-negozji, id-data reġistrata tinkludi wkoll dan li ġej:

  • l-ammont ta’ kapital azzjonarju ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata
  • l-ammont ta’ kontribuzzjoni ta’ azzjonist, u l-ammont effettivament imħallas
  • informazzjoni dwar l-irhna u drittijiet oħra in rem relatati ma’ sehem f’korporazzjoni kummerċjali li ma huwiex irrappreżentat minn titoli jew titoli b’entrata fil-kotba
  • informazzjoni dwar l-uffiċċji tal-fergħat.

Barra minn hekk, fir-reġistru tan-negozji tiġi rreġistrata wkoll informazzjoni dwar ix-xoljiment u t-tħassir ta’ persuna reġistrata:

  • id-dati meta persuna ġuridika tiġi annullata u xolta (f’kull każ tingħata r-raġuni legali għal tali azzjoni)
  • informazzjoni dwar meta bdew u tlestew il-proċedimenti ta’ likwidazzjoni (inkluża informazzjoni dettaljata dwar il-likwidatur)
  • informazzjoni dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza u l-bidu tagħhom, informazzjoni dwar il-prattikant fl-insolvenza, restrizzjonijiet li japplikaw għad-dritt ta’ debitur li jiddisponi mill-proprjetà ta’ insolvenza abbażi ta’ deċiżjoni ta’ qorti tal-insolvenza, dikjarazzjoni u annullament ta’ falliment, l-awtorizzazzjoni għar-riorganizzazzjoni, l-approvazzjoni ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ dak il-pjan jew ta’ partijiet ewlenin minnu, mandati ta’ eżekuzzjoni mill-qorti li jaffettwaw is-sehem ta’ azzjonist ta’ kumpanija jew titolu eżekuttiv li jaffettwa s-sehem ta’ azzjonist ta’ kumpanija, kif ukoll deċiżjonijiet tal-qorti dwar il-waqfien ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni jew avviżi li l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni ġew itterminati b’mezzi oħra minbarra l-waqfien (ir-raġuni għad-deċiżjoni trid tiġi ddikjarata); mandati ta’ eżekuzzjoni mill-qorti dwar il-bejgħ ta’ negozju jew ta’ parti minnu, jew titoli eżekuttivi rigward il-bejgħ ta’ negozju jew ta’ parti minnu, kif ukoll deċiżjonijiet tal-qorti dwar il-waqfien ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni jew avviżi li l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni ġew itterminati b’mezzi oħra apparti l-waqfien (ir-raġuni għad-deċiżjoni trid tiġi ddikjarata), u deċiżjonijiet tal-qorti dwar miżuri interim li jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-disponiment ta’ sehem ta’ azzjonist f’kumpanija, ta’ negozju jew ta’ parti sostanzjali mill-assi ta’ kumpanija, kif ukoll ir-revoka jew it-terminazzjoni ta’ tali miżuri (ir-raġuni għad-deċiżjoni trid tiġi ddikjarata), u
  • ir-raġuni legali għat-tħassir ta’ persuna ġuridika mir-reġistru.

Jekk jinħatar fiduċjarju għal persuna ġuridika rreġistrata, il-qorti żżid informazzjoni dwar il-fiduċjarju fir-reġistru tan-negozji.

Jekk għal kwalunkwe raġuni persuna fiżika tiddaħħal fir-reġistru tan-negozji, id-data li ġejja tiġi rreġistrata wkoll fih: id-data tat-twelid, in-numru tat-twelid (jekk ikun assenjat) u l-indirizz tas-soġġorn jew tar-residenza (jekk dan tal-aħħar ikun differenti mill-indirizz tas-soġġorn). Madankollu, in-numri tat-twelid ma jiġux ippubblikati.

Fil-każ ta’ negozji jew fergħat ta’ entità legali barranija, il-ġuriżdizzjoni li taħtha ġiet stabbilita dik l-entità trid tiġi rreġistrata wkoll fir-reġistru tan-negozji.

Fil-każ ta’ persuni fiżiċi li jkunu membri ta’ bordijiet maniġerjali u ta’ korpi superviżorji, aġenti awtorizzati, membri ta’ soċjetajiet u azzjonisti ta’ kumpaniji privati b’responsabbiltà limitata, fir-reġistru tan-negozji trid tiddaħħal ukoll data dwar ir-residenza jew il-post permanenti ta’ soġġorn tagħhom u d-data tat-twelid tagħhom.

X’tipi ta’ dokumenti jinħażnu/jinżammu (fajls, ġabriet ta’ dokumenti, statuti, minuti ta’ laqgħat ġenerali, eċċ.)?

Ir-reġistri pubbliċi jinkludu ġabra ta’ dokumenti. Il-liġi tispeċifika liema dokumenti jridu jiġu ddepożitati fil-ġabra tad-dokumenti. Id-dokumenti prinċipali huma:

  • l-istrument ta’ kostituzzjoni (memorandum ta’ assoċjazzjoni, statut ta’ assoċjazzjoni, ċertifikat li jikkonċerna l-laqgħa kostitwenti ta’ kooperattiva, jew strument ieħor ta’ kostituzzjoni skont il-forma meħuda mill-persuna ġuridika) u l-istatuti tal-fondazzjonijiet, tad-dotazzjonijiet jew tal-istituti
  • deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-elezzjoni, it-tneħħija jew terminazzjoni oħra mill-kariga ta’ persuni li jkunu membri ta’ bord maniġerjali jew, fejn xieraq, ta’ persuni oħra li jkunu awtorizzati jidħlu f’impenji f’isem persuna ġuridika (eż. il-kap ta’ fergħa)
  • rapporti annwali
  • rapporti finanzjarji ordinarji, straordinarji u konsolidati
  • deċiżjonijiet relatati max-xoljiment ta’ persuna ġuridika, rapporti finali dwar il-proċedura ta’ likwidazzjoni u deċiżjonijiet tal-qorti dwar il-ħatra tal-fiduċjarju tal-persuna ġuridika
  • deċiżjonijiet dwar il-konverżjoni ta’ persuna ġuridika u l-proġett ta’ konverżjoni, avviżi dwar iċ-ċaħda jew in-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-proġett ta’ konverżjoni, deċiżjonijiet tal-qorti dwar l-invalidità tal-proġett ta’ konverżjoni jew l-invalidità tar-riżoluzzjoni adottata fil-laqgħa ġenerali jew fil-laqgħa tal-membri li fiha ġie approvat il-proġett ta’ konverżjoni;
  • perizji dwar il-valwazzjoni ta’ kontribuzzjoni in natura meta jiġu stabbiliti fondazzjoni, dotazzjoni, istitut, kumpanija privata b’responsabbiltà limitata jew kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata jew meta jiżdied il-kapital azzjonarju jew il-kapital ta’ dotazzjoni tagħhom, perizji dwar il-valwazzjoni ta’ kontribuzzjoni in natura lil kooperattiva, perizji dwar il-valwazzjoni tal-assi meta l-kumpaniji u l-kooperattivi jiġu kkonvertiti, u opinjonijiet esperti dwar il-valwazzjoni tal-assi meta l-assi ta’ kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata jiġu akkwistati mill-fundaturi għal korrispettiv skont l-Att Nru 90/2012 dwar il-korporazzjonijiet kummerċjali
  • kwalunkwe deċiżjoni tal-qorti adottata fi proċedimenti ta’ insolvenza
  • deċiżjonijiet tal-qorti dwar l-invalidità ta’ deċiżjoni meħuda minn wieħed mill-korpi kostitwenti ta’ persuna ġuridika
  • dokumenti li jagħtu prova tax-xiri ta’ negozju skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili li jikkonċernaw tali xiri
  • deċiżjonijiet meħuda minn laqgħa ġenerali dwar l-eżenzjoni tal-impjegati milli jħallsu l-prezz sħiħ tal-ħruġ tal-ishma sottoskritti jew id-dritt tagħhom li jakkwistaw tali ishma fuq termini preferenzjali oħrajn.

Il-liġi tispeċifika liema dokumenti jridu jiġu ddepożitati fil-ġabra tad-dokumenti. B’mod ġenerali, dawn id-dokumenti għandhom influwenza fundamentali fuq l-inkorporazzjoni, ix-xoljiment u l-operat ta’ persuna ġuridika; dawn jindikaw min jista’ jirrappreżenta lill-persuna ġuridika u min huwa awtorizzat jidħol f’impenji f’isimha.

Kif nista’ nfittex fir-reġistru (u xi kriterji ta’ tiftix huma disponibbli)?

Personalment

Ir-reġistri pubbliċi huma aċċessibbli biss permezz ta’ applikazzjoni ta’ reġistri pubbliċi bbażata fuq l-internet. Id-data dwar il-persuni rreġistrati qabel l-1 ta’ Jannar 1997 tkun disponibbli f’forma stampata jekk ma tkunx ġiet diġitalizzata u tista’ ma tkunx aċċessibbli minn applikazzjoni ta’ reġistri pubbliċi bbażata fuq l-internet.

Fuq is-sit web tar-reġistru

It-tfittxijiet jistgħu jsiru mingħajr ħlas permezz tal-applikazzjoni fuq il-web tar-reġistri pubbliċi. L-entrati jistgħu jiġu mfittxija bl-isem jew bl-isem tal-kumpanija tal-entità reġistrata, bin-numru ta’ identifikazzjoni tal-persuna jew bin-numru tal-fajl li taħtu l-persuna hija rreġistrata mal-qorti tar-reġistru kompetenti. It-tfittxijiet jistgħu jiġu rfinati permezz ta’ data addizzjonali dwar l-indirizz irreġistrat, l-isem tat-triq, il-qorti li fiha tkun irreġistrata l-entità, il-forma ġuridika ta’ din tal-aħħar, u l-bqija. Huwa possibbli wkoll li wieħed ifittex skont it-tip ta’ involviment f’persuna reġistrata: tista’ ssir tfittxija għal persuni fiżiċi u ġuridiċi reġistrati li jkunu involuti b’xi mod f’persuna ġuridika reġistrata.

Barra minn hekk, data miftuħa hija disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://dataor.justice.cz/. Is-sett tad-data tas-sena kurrenti għall-katalogu lokali ta’ data miftuħa relatat mal-applikazzjoni tar-reġistri pubbliċi jiġi aġġornat kuljum. Jekk is-sett tad-data jkun marbut ma’ sena preċedenti, dan jiġi aġġornat kull sena (dejjem f’Jannar tas-sena kurrenti). Deskrizzjoni tas-sett tad-data tinstab fid-dettalji tas-sett tad-data. Il-kontenut tas-sett tad-data u deskrizzjoni tal-katalgu lokali tad-data miftuħa relatat mal-applikazzjoni tar-reġistri pubbliċi jinstabu fil-gwida għall-utenti disponibbli permezz tal-link li ġejja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://dataor.justice.cz/files/ISVR_OpenData_Uzivatelska_prirucka.pdf.

X’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli?

Huwa possibbli li wieħed ifittex permezz tal-isem, l-isem tal-kumpanija jew in-numru ta’ identifikazzjoni tal-persuna reġistrata, jew bid-dettalji tal-persuna ġuridika jew fiżika involuta.

Kif nista’ nikseb id-dokumenti?

Is-servizz huwa bla ħlas?

Jista’ jinkiseb estratt parzjali jew sħiħ mir-reġistru pubbliku jew mill-ġabra tad-dokumenti. Estratt parzjali jkun fih biss l-aħħar data valida mdaħħla fil-Kodiċi Kummerċjali. Estratt sħiħ ikun fih id-data kollha mdaħħla għall-persuna kkonċernata.

Hemm xi ħlas involut?

Jintalab ħlas għal dan is-servizz biss jekk l-applikant jitlob kopja stampata. Madankollu, hemm ukoll ħlas biex jintbagħtu estratti f’forma elettronika lil kaxxa tad-data jew permezz tal-posta elettronika. Ma hemm l-ebda ħlas involut jekk l-applikant jipprovdi mezz ta’ data. Jekk, madankollu, il-qorti tibgħat estratt elettroniku fuq mezz ta’ data mhux ipprovdut mill-applikant (jiġifieri inkluż f’każijiet fejn il-qorti tibgħat l-estratt elettroniku permezz ta’ kaxxa tad-data jew posta elettronika), jiġi impost ħlas fuq il-bażi li l-ħruġ ta’ estratt iċċertifikat ma huwiex sempliċiment trasferiment ta’ data.

Kif nista’ nikseb estratt mir-reġistru, kopja ċertifikata jew traskrizzjoni tad-dokumenti?

Kopja ċċertifikata tista’ tinkiseb mingħajr ħlas mis-sit web tal-applikazzjoni tar-reġistri pubbliċi. Kemm il-kopji sħaħ kif ukoll dawk parzjali jistgħu jinkisbu b’dan il-mod. Jintalab ħlas biss jekk l-applikant jitlob kopja stampata. Il-kopji stampati huma suġġetti għal tariffa ta’ CZK 70 għal kull paġna (jew parti minn paġna) tal-kopja u jistgħu jintalbu fil-qorti tar-reġistru fejn il-persuna kkonċernata tkun irreġistrata.

Proċedimenti f’materji relatati mar-reġistru tan-negozji

Kif nista’ nibda proċedimenti f’materji relatati mar-reġistru tan-negozju (kif nista’ nippreżenta applikazzjoni lir-reġistru, kif iridu jiġu ċċertifikati d-dokumenti, liema tip ta’ dokumenti jeħtieġ li jiġu mehmuża)?

L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni inizjali, l-emendi u t-tħassir iridu jiġu ppreżentati bl-użu tal-formola preskritta disponibbli fuq is-sit web tal-applikazzjoni għar-reġistri pubbliċi. Il-formola tista’ timtela biss b’mod elettroniku. Ladarba timtela, il-formola li jkun fiha l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni trid tiġi ġġenerata u sottomessa f’forma stampata jew b’mod elettroniku.

Ir-reġistrazzjoni ssir jew mill-qorti tar-reġistru jew minn nutar. Bħala regola ġenerali, il-proċedimenti jinbdew abbażi ta’ rikors. F’xi każijiet, il-proċedimenti jistgħu jinbdew minn qorti fuq inizjattiva tagħha stess; dawn huma prinċipalment sitwazzjonijiet fejn il-qorti ssir taf b’diskrepanza bejn is-sitwazzjoni rreġistrata u dik attwali, jew fejn entrata ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet legali obbligatorji. Wara li jiġi ppreżentat ir-rikors, il-qorti tivverifika jekk għandhiex ġuriżdizzjoni fil-kawża, jekk ir-rikorrent għandux kapaċità ġuridika biex jissottometti r-rikors, jekk ir-rikors fihx id-dettalji kollha meħtieġa, u jekk id-dokumenti rilevanti humiex mehmuża. Jekk ir-rikors ikollu xi nuqqas li jista’ jiġi rrimedjat, il-qorti tistieden lir-rikorrent jirrimedjah (eż. billi jissottometti dokumenti nieqsa jew sabiex ineħħi n-nuqqasijiet fir-rikors). Il-qorti mbagħad tivverifika jekk id-data li trid tiġi rreġistrata abbażi tar-rikors hijiex sostnuta mid-dokumenti mehmuża u jekk l-isem (isem il-kumpanija) li jrid jiġi rreġistrat jistax jiġi konfuż ma’ isem ieħor jew huwiex qarrieqi. Il-qorti mbagħad tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni u tipproċessaha.

Reġistrazzjoni tista’ tiġi pproċessata minn nutar biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali (li mhux dejjem ikun il-każ). Il-vantaġġ ewlieni li r-reġistrazzjonijiet isiru minn nutar huwa li jiġu pproċessati malajr, peress li n-nutar jista’ jagħmel reġistrazzjoni fil-ġurnata stess li fiha jitfassal l-att notarili ta’ sostenn. Vantaġġ ieħor huwa li l-applikant ma jkunx meħtieġ jiġġenera applikazzjoni permezz tal-formola preskritta.

Nutar jista’ jagħmel reġistrazzjoni jekk:

  • il-fatti li jridu jiġu rreġistrati jkunu sostnuti minn att notarili;
  • l-att notarili jkun fih dikjarazzjoni li tgħid li l-kontenut tal-att notarili ta’ sostenn huwa legali; u
  • l-applikant ikun issodisfa formalitajiet oħrajn billi ppreżenta d-dokumenti rilevanti.

Att notarili ta’ sostenn huwa att notarili (tipikament strument ta’ kostituzzjoni) li jservi bħala bażi għar-reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku, jew rekord ta’ deċiżjoni meħuda minn korp li jifforma parti minn persuna ġuridika (eż. deċiżjoni ta’ laqgħa ġenerali li tkeċċi bord maniġerjali). Mhux l-istrumenti legali kollha meħtieġa jkunu fil-forma ta’ dokument pubbliku (att notarili). Madankollu, dan ma jeskludix il-possibbiltà li jinħareġ att notarili bħala strument legali, anke meta dan ma jkunx meħtieġ mil-liġi. Att notarili jista’ jieħu wkoll il-forma ta’ att notarili ta’ sostenn u jintuża għar-reġistrazzjoni diretta minn nutar.

Fi kwalunkwe każ, dawn li ġejjin iridu jiġu mehmuża mal-applikazzjoni:

  1. dokumenti li jagħtu prova tal-fatti li jridu jiġu rreġistrati, u
  2. id-dokumenti li l-liġi tirrikjedi li jiġu ddepożitati fil-ġabra tad-dokumenti.

Il-liġi ma telenkax id-dokumenti kollha meħtieġa. Id-dokumenti li jridu jiġu ppreżentati jvarjaw skont il-forma tal-persuna ġuridika. B’mod ġenerali, provi dokumentarji jkunu meħtieġa għal kwalunkwe fatt li jrid jiġi rreġistrat li ma jistax jiġi aċċertat minn sistema ta’ informazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika jew parti minnha li tikkostitwixxi rekord, reġistru jew lista pubblika.

Fost rekords oħra, iridu jiġu prodotti liċenzji kummerċjali jew liċenzji oħra tan-negozju fir-rigward tal-oqsma tan-negozju jew tal-attivitajiet li jridu jiġu rreġistrati fir-reġistru tan-negozji.

Pereżempju, il-kunsens għar-reġistrazzjoni tal-membri ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata ma għandux għalfejn jiġi ddokumentat, peress li tali kunsens jintwera permezz tal-konklużjoni ta’ strument ta’ inkorporazzjoni fil-forma ta’ att notarili. Meta dan il-kunsens ma jingħatax abbażi ta’ dikjarazzjoni ċċertifikata minn att pubbliku, il-firma tal-membri fuq id-dokument ta’ kunsens trid tiġi awtentikata.

Ir-raġuni legali għall-użu tal-bini fejn korporazzjoni jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha trid tiġi dokumentata wkoll. Dan ifisser li jekk korporazzjoni jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha f’bini li jkun kopert minn ftehim ta’ lokazzjoni, jew il-ftehim ta’ lokazzjoni jew dikjarazzjoni mis-sid li tagħti l-kunsens għall-użu tal-bini bħala uffiċċju reġistrat trid tiġi pprovduta bħala r-raġuni legali għall-użu tal-bini.

Ċerti fatti li jridu jiġu rreġistrati jistgħu jiġu ddokumentati biss permezz ta’ affidavit. Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà relatati mal-korpi kostitwenti ta’ persuna ġuridika.

B’mod ġenerali, id-dokumenti li jintużaw biex jissostanzjaw id-data rreġistrata jridu jiġu ppreżentati fil-forma oriġinali tagħhom jew bħala kopja tagħhom awtentikata uffiċjalment. Id-dokumenti li huma meħtieġa bil-liġi li jiġu ddepożitati fil-ġa tad-dokumenti ma għandhomx għalfejn jiġu awtentikati. Dawn id-dokumenti huma sempliċiment sottomessi f’forma elettronika f’Portable Document Format (pdf.) b’saff ta’ test, jew f’Extensible Hypertext Markup Language (XHTML).

Għal kull entrata fir-reġistru jintalbu t-tariffi tal-qorti li ġejjin:

  • CZK 12 000 għar-reġistrazzjoni inizjali ta’ kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata f’reġistru pubbliku
  • CZK 6 000 għar-reġistrazzjoni inizjali ta’ persuna f’reġistru pubbliku, bl-eċċezzjoni ta’ kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata
  • CZK 2 000 għal bidliet jew żidiet f’reġistrazzjoni.

Tariffi għar-reġistrazzjoni minn nutar:

  • CZK 8 000 għar-reġistrazzjoni inizjali ta’ kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata f’reġistru pubbliku
  • CZK 2 700 għar-reġistrazzjoni inizjali ta’ persuna f’reġistru pubbliku, bl-eċċezzjoni ta’ kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata
  • CZK 1 000 għal bidliet jew żidiet f’reġistrazzjoni.

Jistgħu jitħallsu t-tariffi tal-qorti sa CZK 5,000 permezz ta’ taxxa tal-boll jew bi trasferiment fil-kont bankarju rilevanti tal-qorti. It-tariffi tal-qorti li jaqbżu CZK 5 000 iridu jitħallsu esklussivament permezz ta’ trasferiment fil-kont bankarju rilevanti tal-qorti. It-tariffi għar-reġistrazzjoni minn nutar jistgħu jitħallsu direttament lin-nutar.

Il-proċedimenti f’materji relatati ma’ reġistru pubbliku huma eżentati mit-tariffi jekk:

  1. ir-reġistrazzjoni tikkonċerna entità fiżika jew ġuridika li hija suġġetta għal proċediment ta’ insolvenza, li permezz tiegħu l-insolvenza jew l-insolvenza imminenti tagħha tkun qed tiġi ttrattata u tkun diġà nħarġet deċiżjoni li tiddikjara l-insolvenza, jew
  2. ir-reġistrazzjoni tikkonċerna assoċjazzjoni, assoċjazzjoni sussidjarja, trade union, trade union internazzjonali, organizzazzjoni tal-impjegaturi jew organizzazzjoni internazzjonali tal-impjegaturi, fondazzjoni, dotazzjoni, istitut jew organizzazzjoni tal-karità mdaħħla f’reġistru pubbliku, jew bidliet f’dak ir-reġistru.

Il-proċedimenti li fihom l-applikant ikun trade union, trade union internazzjonali, organizzazzjoni tal-impjegaturi jew organizzazzjoni internazzjonali tal-impjegaturi (jew fergħa tagħhom) huma eżentati minn tariffi meta tali korpi jiġu rreġistrati fir-reġistru pubbliku bħala li ġew inkorporati, immodifikati b’xi mod jew likwidati.

L-istess kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mit-tariffi japplikaw fil-każ ta’ reġistrazzjoni minn nutar. Ir-reġistrazzjoni minn nutar abbażi ta’ att notarili li jikkonċerna l-kostituzzjoni ta’ kumpanija privata b’responsabbiltà limitata li jkun fih biss id-dettalji meħtieġa preskritti mill-Kodiċi Ċivili u mill-Att dwar il-Korporazzjonijiet u li jiddikjara li l-obbligu li tingħata kontribuzzjoni jrid jiġi ssodisfat bil-ħlas fi flus hija wkoll eżentata mit-tariffi.

Personalment

L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku jistgħu jiġu ppreżentati personalment lid-dipartiment tas-sottomissjonijiet tal-qorti tar-reġistru kompetenti jew lil nutar.

Online

L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku. L-applikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati primarjament permezz tal-kaxxa tad-data, fl-indirizz elettroniku tad-dipartiment tas-sottomissjonijiet tal-qorti jew permezz tal-applikazzjoni fuq l-internet tal-ePodatelna. L-applikazzjoni fuq il-web tar-reġistri pubbliċi tista’ tintuża għas-sottomissjoni ta’ dokumenti li jridu jiġu ddepożitati fil-ġabra ta’ dokumenti. Id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fuq CDs u fuq DVDs portabbli. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni f’forma elettronika jridu jiġu ffirmati b’firma elettronika rikonoxxuta sakemm ma jintbagħtux permezz tal-kaxxa tad-data tal-applikant.

Kif jiġu rrieżaminati l-applikazzjonijiet sottomessi?

Il-qorti tar-reġistru l-ewwel teżamina jekk il-persuna li tippreżenta l-applikazzjoni hijiex intitolata tagħmel dan; jekk ġietx ippreżentata bil-mod preskritt, jekk fihiex id-dettalji kollha meħtieġa, jekk tkunx tinftiehem u speċifika, jekk tkunx akkumpanjata minn dokumenti li jsostnu l-fatti li jridu jiġu rreġistrati, u jekk l-għan segwit mill-persuna ġuridika huwiex legali.

Il-qorti mbagħad teżamina jekk id-data li trid tiġi rreġistrata abbażi tal-applikazzjoni hijiex fil-fatt sostnuta mid-dokumenti mehmuża. Huwa importanti li jiġi nnotat li l-fatti kollha li jridu jiġu rreġistrati jridu jkunu sostnuti mid-dokumenti mehmuża mal-applikazzjoni.

Il-qorti tivverifika wkoll li l-isem tal-persuna ġuridika (l-isem tal-kumpanija) li trid tiġi rreġistrata ma jiġix konfuż ma’ isem ieħor (l-isem tal-kumpanija) ta’ persuna diġà reġistrata u li l-isem (l-isem tal-kumpanija) li jrid jiġi rreġistrat ma jkunx qarrieqi.

L-effetti legali tar-reġistrazzjoni

L-effett tar-reġistrazzjoni fuq partijiet terzi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

L-istat tar-reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku huwa stat legalment validu għall-persuni kollha li ma jkunux jafu li l-istat tar-reġistrazzjoni ta’ entità rreġistrata partikolari ma jikkorrispondix għas-sitwazzjoni legali reali. Dan ifisser li l-persuni reġistrati jkunu marbuta b’atti legali implimentati abbażi ta’ fatti reġistrati f’reġistru pubbliku, anke jekk ma jikkorrispondux għas-sitwazzjoni reali. Pereżempju, il-bord maniġerjali ta’ kumpanija jista’ jirrikjedi li l-kumpanija timplimenta atti legali anke wara li ma jkunx għadu l-bord maniġerjali, jekk dan il-fatt ma jkunx iddaħħal fir-reġistru pubbliku u parti terza ma tkunx taf b’dan il-fatt. Dan isir biex tiġi protetta l-bona fide tal-partijiet terzi.

Jekk fatt ma jkunx iddaħħal f’reġistru pubbliku (anke jekk kellu jiddaħħal), il-persuna reġistrata ma tistax tikkwota s-sitwazzjoni reali bħala oġġezzjoni kontra parti terza li aġixxiet in bona fide fir-rigward tas-sitwazzjoni reġistrata. Madankollu, dan ma japplikax jekk il-persuna reġistrata turi li l-parti terza kienet taf bis-sitwazzjoni reali.

Diskrepanzi bejn l-entrata f’reġistru u l-forma ppubblikata tagħha

Is-sitwazzjoni rreġistrata f’reġistru pubbliku hija effettiva fil-konfront ta’ partijiet terzi mid-data meta ssir pubblika. Madankollu, persuna rreġistrata tista’ toġġezzjona li parti terza kienet diġà taf il-fatti rreġistrati. Id-data u l-kontenut tad-dokumenti ddepożitati fil-ġabra tad-dokumenti ma jistgħux jiġu ċċitati mill-persuna reġistrata bħala raġunijiet għal oġġezzjoni kontra partijiet terzi sas-16-il jum wara li jkunu saru pubbliċi, iżda biss jekk il-parti terza turi li ma setgħetx issir taf bil-fatti reġistrati f’dak il-perjodu ta’ żmien. Dan ifisser li l-oneru tal-prova li l-parti terza ma setgħetx tkun taf dwar il-fatti reġistrati jaqa’ fuq il-parti terza.

Min huwa responsabbli għall-akkuratezza tal-entrati?

Il-persuni reġistrati huma meħtieġa jiżguraw li d-data mdaħħla fir-reġistru tan-negozji tkun aġġornata. Barra minn hekk, il-persuni reġistrati għandhom inċentiv biex jiżguraw li d-data fir-reġistru tan-negozji tkun aġġornata u korretta, peress li l-istat ta’ reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku huwa stat legalment validu għall-persuni kollha li ma jkunux jafu li l-istat tar-reġistrazzjoni ta’ entità reġistrata partikolari ma jikkorrispondix għas-sitwazzjoni legali reali. Dan ifisser li l-persuni reġistrati jkunu marbuta b’atti legali implimentati abbażi ta’ fatti reġistrati f’reġistru pubbliku, anke jekk ma jikkorrispondux għas-sitwazzjoni reali. Pereżempju, il-bord maniġerjali ta’ kumpanija jista’ jirrikjedi li l-kumpanija timplimenta atti legali anke wara li ma jkunx għadu l-bord maniġerjali, jekk dan il-fatt ma jkunx iddaħħal fir-reġistru pubbliku u parti terza ma tkunx taf b’dan il-fatt. Dan isir biex tiġi protetta l-bona fide tal-partijiet terzi.

Multa amministrattiva tista’ tiġi imposta wkoll fuq persuna reġistrata jekk din tal-aħħar tonqos milli twieġeb għal sejħa minn qorti tar-reġistru biex tiżvela fatti jew tissottometti dokumenti meħtieġa għal deċiżjoni fi proċedimenti mibdija fuq inizjattiva proprja tal-qorti jew biex tissottometti dokumenti li, skont din il-liġi jew kwalunkwe liġi oħra, iridu jiġu ddepożitati fil-ġabra tad-dokumenti; il-multi amministrattivi jistgħu jammontaw għal CZK 100 000. Jekk il-persuna reġistrata tonqos ripetutament milli tikkonforma ma’ tali rekwiżiti jew jekk in-nuqqas ta’ konformità jista’ jkollu konsegwenzi serji għal partijiet terzi u jekk jeżisti interess legali korrispondenti, il-qorti tar-reġistru tista’ (inkluż fuq inizjattiva proprja) tibda proċedimenti bil-għan li tillikwida persuna ġuridika. Il-qorti tar-reġistru tagħti parir lill-persuna reġistrata dwar dan il-fatt u tagħtiha perjodu ta’ żmien raġonevoli biex tirrimedja n-nuqqasijiet.

Il-qrati tar-reġistru jiġġieldu b’mod attiv ukoll l-eżistenza ta’ kumpaniji inattivi, jiġifieri korporazzjonijiet li ma jiġġeneraw l-ebda attività ekonomika u li jeżistu biss formalment. Ir-raġuni ewlenija għall-penalizzazzjoni u l-eliminazzjoni ta’ korporazzjonijiet inattivi hija r-riskju li dawn jistgħu jservu bħala kurrieri ta’ flus għall-frodi finanzjarja (speċjalment tat-taxxa); huwa aktar faċli li jintużaw korporazzjonijiet eżistenti għal attivitajiet illegali. Qorti tista’ xxolji korporazzjoni li (1) tkun naqset milli tiddepożita r-rapporti finanzjarji tagħha fil-ġabra ta’ dokumenti għal mill-inqas sentejn fiskali, minkejja li tkun meħtieġa tagħmel dan bil-liġi; (2) ma setgħetx tiġi kkuntattjata. Korporazzjoni titqies li ma tistax tiġi kkuntattjata jekk ma tkunx tista’ tiġi nnotifikata b’sejħa biex tippreżenta rapporti finanzjarji neqsin fil-ġabra tad-dokumenti. Jekk korporazzjoni tkun sempliċiment naqset milli tiddepożita r-rapporti finanzjarji tagħha (minkejja li tkun meħtieġa tagħmel dan bil-liġi) iżda tista’ tiġi nnotifikata b’sejħa, il-qorti timponi multa amministrattiva bħala inċentiv għall-persuna reġistrata biex tissottometti d-dokumenti meħtieġa.

Jekk fatt ma jkunx iddaħħal f’reġistru pubbliku (anke jekk kellu jiddaħħal), il-persuna reġistrata ma tistax tikkwota s-sitwazzjoni reali bħala oġġezzjoni kontra parti terza li aġixxiet in bona fide fir-rigward tas-sitwazzjoni reġistrata. Madankollu, dan ma japplikax jekk il-persuna li trid tiġi rreġistrata turi li l-parti terza kienet taf bis-sitwazzjoni reali.

Barra minn hekk, tista’ tiġi imposta penali għal reat amministrattiv skont §l-Artikolu 37a(1)(h) tal-Att Nru 563/1991 dwar il-kontabilità, fil-forma ta’ multa sa 3 % tal-valur tal-assi; l-awtorità tat-taxxa kompetenti hija responsabbli biex tittratta reati amministrattivi. In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti relatati ma’ reġistru pubbliku jista’ jiġi ppenalizzat ukoll bħala reat amministrattiv skont §l-Artikolu 9(2) tal-Att Nru 251/2016 dwar ċerti reati amministrattivi; l-awtorità kompetenti għal każijiet bħal dawn hija muniċipalità b’kompetenza estiża. F’ċerti ċirkostanzi, tali reati jistgħu jikkostitwixxu reat kriminali (§l-Artikolu 254 tal-Att Nru 40/2009 – il-Kodiċi Kriminali).

Proċeduri għall-protezzjoni tad-data

Proċeduri relatati mad-drittijiet tas-suġġett tad-data rigward il-pubblikazzjoni u l-ħżin tad-data personali tiegħu

Mill-perspettiva tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data (ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data – GDPR)), il-bażi ġuridika għal tali pproċessar hija l-Artikolu 6(1)(c) tal-GDPR (jiġifieri l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa suġġett il-kontrollur) u (e) tal-GDPR (l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali vestita fil-kontrollur) flimkien mal-Artikolu 6(3) tal-GDPR, jiġifieri huwa mod ta’ pproċessar li huwa stabbilit direttament mil-liġi.

Ir-raġunijiet li għalihom id-data personali ta’ persuni fiżiċi – inkluża d-data dwar ir-residenza (il-post ta’ soġġorn) – tiġi ppubblikata fir-reġistri pubbliċi jirriżultaw mill-prinċipju ta’ divulgazzjoni kemm formali (§l-Artikoli 3 sa 6 tal-Att dwar ir-Reġistri Pubbliċi) kif ukoll materjali (§l-Artikoli 8 u 9 tal-Att dwar ir-Reġistri Pubbliċi), li jfisser li l-Istat jippermetti lill-persuni kollha jkollhom aċċess ġenerali għad-data ta’ entitajiet individwali mdaħħla fir-reġistru u, fl-istess ħin, iżomm il-prinċipju ta’ bona fide (fiduċja pubblika) fil-fatti reġistrati, sabiex id-data personali mir-reġistru tan-negozji tkun tista’, pereżempju, tintuża biex tiġi vverifikata l-korrettezza tad-data ta’ identifikazzjoni fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali, biex jitwasslu dokumenti uffiċjali lill-membri tal-bordijiet maniġerjali, eċċ.).

Barra minn hekk, id-divulgazzjoni tal-identità tal-membri tal-bordijiet maniġerjali ilha meħtieġa skont id-dritt Ewropew (ara b’mod partikolari l-Artikolu 14(d) u l-Artikolu 30(1)(e) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji, li fih ukoll emenda għad-Direttiva preċedenti tal-Kunsill 68/151/KEE); fil-kuntest tal-liġi Ċeka, ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva japplikaw ukoll għall-entitajiet reġistrati fir-reġistri pubbliċi.

Fir-rigward tad-data reġistrata fir-reġistri pubbliċi, is-suġġetti tad-data personali jgawdu d-drittijiet kollha li jirriżultaw mill-Artikoli 12 sa 22 tal-GDPR, bl-eċċezzjonijiet elenkati fihom. Pereżempju, skont l-Artikolu 17(3)(b) tal-GDPR, talba għat-tħassir ma tistax tingħata peress li “l-ipproċessar ikun meħtieġ għal konformità ma’ obbligu legali li jeħtieġ ipproċessar skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur jew għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur”; dan l-obbligu legali jirriżulta direttament mill-Att Nru 304/2013 dwar ir-reġistri pubbliċi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi u dwar ir-reġistrazzjoni ta’ fondi fiduċjarji.

Is-suġġetti tad-data affettwati jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom direttament mal-qrati tar-reġistru kompetenti jew mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.

Informazzjoni ta’ kuntatt

Dettalji ta’ kuntatt għall-qrati tar-reġistru

Prague City Court

Slezská 2000/9, 120 00 Praha

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodatelna@msoud.pha.justice.cz

Tel: 224 172 111

Kaxxa tad-data: snkabbm

České Budějovice Regional Court

Zátkovo nábř. 10/2, 370 84 České Budějovice

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodatelna@ksoud.cbu.justice.cz

Tel: 389 018 111

Kaxxa tad-data: 832abay

Plzeň Regional Court

Veleslavínova 21/40, 306 17 Plzeň

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodatelna@ksoud.plz.justice.cz

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasbirkalistin@ksoud.plz.justice.cz

Tel: 377 869 611

Kaxxa tad-data: yaraba4

Ústí nad Labem Regional Court

Národního odboje 1274/26, 400 92 Ústí nad Labem

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodatelna@ksoud.unl.justice.cz

Tel: 475 247 111 – switchboard

Kaxxa tad-data: phgaba8

Hradec Králové Regional Court

Československé armády 218/57, 502 08 Hradec Králové

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodatelna@ksoud.hrk.justice.cz

Tel: 498 016 111

Kaxxa tad-data: ep7abae

Brno Regional Court

Husova 353/15, 601 95 Brno

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodatelna@ksoud.brn.justice.cz

Tel: 546 511 111 – switchboard

Kaxxa tad-data: 5wwaa9j

Il-Qorti Reġjonali ta’ Ostrava

Havlíčkovo nábřeží 1835/34, 728 81 Ostrava

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodatelna@ksoud.ova.justice.cz

Tel: 596 153 111

Kaxxa tad-data: jhyaeqv

Referenzi utli

Applikazzjoni tar-reġistru pubbliku bbażata fuq l-internet: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://or.justice.cz/ias/ui/rejstrik

Sottomissjonijiet lir-reġistri pubbliċi: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://or.justice.cz/ias/ui/podani

Informazzjoni dwar is-sottomissjonijiet lir-reġistri pubbliċi fuq il-Portal tal-Amministrazzjoni Pubblika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://portal.gov.cz/sluzby-verejne-spravy/rejstriky-katastry-evidence-vypisy-overeni-a-statistika-KAT-419/rejstriky-pravnickych-a-fyzickych-osob-KAT-642

Informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni fir-reġistri pubbliċi fuq is-sit web tal-Kamra Ċeka tan-Nutara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.nkcr.cz/casopis-ad-notam/detail/39_254-zapis-do-verejneho-rejstriku-notarem

Informazzjoni dwar ir-reġistri pubbliċi fuq il-portal Businessinfo.cz portal: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.businessinfo.cz/navody/verejne-rejstriky-ppbi/2/

L-aħħar aġġornament: 04/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Danimarka

Din it-taqsima tippreżenta ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tan-negozju tad-Danimarka.

L-Awtorità tan-Negozju Daniża (Erhvervsstyrelsen)

L-Istorja tar-Reġistru tan-Negozju Daniż

L-Awtorità tan-Negozju Daniża ġiet stabbilita fl-1 ta' Jannar 2012.

Hija għandha madwar 500 impjegat. Hija għandha portafoll wiesa’ ta’ kompiti u responsabbiltajiet, li b’mod ġenerali għandhom jagħmluha aktar faċli u aktar attraenti li jsir negozju fid-Danimarka. L-awtorità tan-Negozju topera f’ħafna oqsma — mil-liġi dwar l-ippjanar u l-iżvilupp rurali sad-diġitalizzazzjoni, is-superviżjoni u l-monitoraġġ effettivi tal-fondi, il-kumpaniji, il-ħasil tal-flus, il-kontabilità, l-awditjar, l-esportazzjoni u l-kontrolli tal-UE. Huwa responsabbli għar-Reġistru Ċentrali tan-Negozju (CVR), li huwa r-reġistru prinċipali tal-istat għall-informazzjoni dwar il-kumpaniji Daniżi kollha.

L-Awtorità tan-Negozju hija parti mill-Ministeru Daniż għan-Negozju u t-Tkabbir (Erhvervsministeriet).

X'joffri r-Reġistru tan-Negozju Daniż?

Fis-sit erhvervsstyrelsen.dk, tista' ssib informazzjoni dwar l-oqsma ta' ħidma tal-Awtorità, inkluż ir-Reġistru tan-Negozju Daniż CVR.dk.

CVR.dk fil-portal tal-Virk huwa l-punt ta' aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni u d-data dwar in-negozji kollha fid-Danimarka. Irrispettivament mit-tip ta' negozju, tista' ssib informazzjoni kemm dwar in-negozju nnifsu (magħruf ukoll bħala l-entità ġuridika) u kemm dwar l-unitajiet ta' produzzjoni tagħha. Ir-Reġistru jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-fundaturi, is-sidien u l-maniġers.

Għal ċerti tipi ta' negozju – b'mod partikolari kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata u kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata – tista' ssib iktar informazzjoni: kontijiet, fatti u rapporti dwar in-negozju u n-nies li jġestuh.

X’informazzjoni jkun fih ir-Reġistru Ċentrali tan-Negozju;

  • In-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija (CVR)
  • L-isem u l-indirizz
  • Id-data tat-twaqqif u tal-istralċ meta jkun xieraq
  • It-tip ta' negozju
  • Indikazzjoni tal-protezzjoni tar-reklamar meta jkun xieraq
  • Informazzjoni dwar il-krediti
  • Settur u sottosetturi meta jkun xieraq
  • Informazzjoni ta’ kuntatt meta jkun xieraq
  • L-għadd ta’ impjegati meta jkun xieraq
  • Sħab, fundaturi, sidien u maniġers kompletament responsabbli
    • L-isem u l-indirizz
    • In-numru tar-reġistrazzjoni (CPR jew CVR) (in-numri tas-CPR ma jistgħux jingħaddew lil individwi privati)
  • Unitajiet ta’ produzzjoni assoċjati
    • In-numru tal-unità ta’ produzzjoni
    • L-isem u l-indirizz
    • Id-data tat-twaqqif u tal-istralċ meta jkun xieraq
    • Indikazzjoni tal-protezzjoni tar-reklamar meta jkun xieraq
    • Settur u sottosetturi meta jkun xieraq
    • Informazzjoni ta’ kuntatt meta jkun xieraq
    • L-għadd ta’ impjegati meta jkun xieraq

Kif infittex fir-Reġistru tan-Negozji Daniż?

F’CVR fuq Virk, tista’ twettaq tiftixiet u tiftix/filtru ta’ kumpanija individwali fuq il-bażi ta’ serje sħiħa ta’ parametri, bħal isem il-kumpanija, isem persuna, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija, in-numru tal-unità tal-produzzjoni, l-indirizz tal-kumpanija, tal-unità tal-produzzjoni jew tal-persuna. Tista’ ssib data bażika dwar il-kumpaniji kollha rreġistrati fir-Reġistru Ċentrali tan-Negozju.

Fil-paġna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSådan søger du fis-CVR-Data tista’ ssib għajnuna biex tfittex informazzjoni dwar il-kumpanija fir-Reġistru Ċentrali tan-Negozju.

Hemm għadd ta’ soluzzjonijiet għal kwantitajiet akbar ta’ data mir-Reġistru Ċentrali tan-Negozju, bħal “aċċess minn sistema għal sistema” u “servizzi web tas-CVR”. Għal aktar tagħrif: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIkklikkja hawnhekk.

L-aċċess għar-Reġistru tan-Negozju Daniż huwa b'xejn?

Id-dokumenti u s-servizzi mir-Reġistru Ċentrali tan-Negozju li ma jeħtiġux ipproċessar manwali huma bla ħlas. Dawn huma:

  • Diversi displays
  • Kontijiet
  • Aċċess minn sistema għal sistema u servizzi web tas-CVR

Għadd ta’ dokumenti jeħtieġu pproċessar manwali u jiġu fatturati sussegwentement. Madankollu, il-prodotti huma eżenti mill-VAT:

  • Firma miżjuda: DKK 120
  • Kontijiet aktar antiki fuq mikrofilm jew minn arkivji remoti: DKK 300
  • Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni: DKK 300
  • Ċertifikat tal-bidla fl-isem: DKK 500
  • Pjan ta’ fużjoni: DKK 150
  • Il-minuti tal-laqgħa ġenerali annwali: DKK 150
  • Dokumentazzjoni dwar il-kapital: DKK 150
  • Kopja tal-formola tar-reġistrazzjoni: DKK 150
  • Dikjarazzjoni tal-maniġment: DKK 150
  • Rapport dwar akkwiżizzjonijiet sussegwenti: DKK 150
  • Rapport dwar awtofinanzjament DKK 150
  • Pjan ta’ ħall tal-fużjoni: DKK 150
  • Statut ta’ assoċjazzjoni: DKK 150

Dawn il-prezzijiet huma validi mill-5 ta’ Diċembru 2014.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

L-Artikolu 14 tal-Att dwar il-Kumpaniji jittrasponi l-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva dwar id-Dritt tal-Kumpaniji fil-liġi Daniżi tal-kumpaniji, u jiddeskrivi kif ir-rekords huma affidabbli. L-Artikolu 14 tal-Att dwar il-Kumpaniji jgħid:

"Informazzjoni ppubblikata fis-sistema tal-IT tal-Awtorità tan-Negozju Daniża titqies li tkun magħrufa minn partijiet terzi. Il-Punt 1. Madankollu dan ma japplikax għal tranżazzjonijiet li jsiru fi żmien 16-il jum minn meta ssir pubblika, sakemm jintwera li parti terza ma setgħetx tkun taf biċ-ċirkostanzi li ġew ippubblikati.

Sakemm ma jkunux ġew ippubblikati fis-sistema tal-IT tal-Awtorità tan-Negozju Daniża, iċ-ċirkostanzi li jridu jiġu rreġistrati u ppubblikati ma jistgħux jiġu eżegwiti kontra partijiet terzi, sakemm ma jintweriex li l-partijiet terzi kienu jafu bihom. Il-fatt li ċirkostanzi ta' dan it-tip ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati ma jipprevjenix lil parti terza milli tipproċedi abbażi tagħhom."

Responsabbiltà għall-preċiżjoni tar-rekords

In-notifikatur huwa responsabbli għall-preċiżjoni tal-informazzjoni irrappurtata, ara l-Artikolu 8 tal-Ordni tan-Notifika (anmeldelsesbekendtgørelsen), u l-Artikolu 15(2) tal-Att dwar il-Kumpaniji. In-notifikatur jista' jkun kriminalment responsabbli jekk in-notifika ma tkunx saret legalment, jew jekk l-informazzjoni rrappurtata tkun skorretta.

L-Awtorità tan-Negozju Daniża ma tivverifikax il-preċiżjoni tal-informazzjoni rrappurtata, imma tirreġistra l-informazzjoni li tkun irrappurtata lilha. Dan ikun il-każ irrispettivament minn jekk il-kwistjoni kkonċernata tkunx reġistrazzjoni manwali jew awtoreġistrazzjoni li saret f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVirk.dk.

L-Awtorità tan-Negozju Daniża tista' tkun responsabbli għad-danni għall-użu ta' informazzjoni rrappurtata jew dokumenti li jkunu skorretti minħabba fattur amministrattiv, bħal żball fl-ipproċessar.

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Awtorità tan-Negozju Daniża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Ċentrali tan-Negozju

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru Daniż għan-Negozju u t-Tkabbir

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tan-Negozju Ewropew (EBR)

L-aħħar aġġornament: 04/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Ġermanja

Din il-paġna tipprovdi ħarsa ġenerali tar-Reġistru dwar il-Kumpanniji (Unternehmensregister).

L-istorja tar-reġistru nazzjonali

Meta twaqqfet? Meta ġiet iddiġitalizzata?

Ir-Reġistru Kummerċjali fil-forma attwali tiegħu ġie stabbilit fl-1861 u ilu kompletament iddiġitalizzat mill-1 ta’ Jannar 2007. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tar-Reġistru jipprovdi aċċess ċentralizzat għal reġistri kummerċjali, kooperattivi, ta’ sħubija u ta’ assoċjazzjoni mmexxija lokalment u avviżi tar-reġistru.

Fl-1 ta’ Jannar 2007, inħoloq portal uniku ta’ informazzjoni diġitali mar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kumpanniji li permezz tiegħu, flimkien mal-entrati fir-reġistri msemmija hawn fuq, tista’ tiġi aċċessata informazzjoni addizzjonali dwar il-kumpanniji bħal rekords kontabilistiċi u rapporti finanzjarji, avviżi dwar il-liġi tal-kumpanniji u avviżi ta’ qrati tal-insolvenza, u informazzjoni dwar is-suq kapitali.

Liema hija l-leġiżlazzjoni applikabbli attwali?

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-Reġistru Kummerċjali u tal-Kumpanniji huma stabbiliti fl-Artikoli 8-16 tal-Kodiċi Kummerċjali (Handelsgesetzbuch, HGB) u fir-Regolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali (Handelsregisterverordnung, HRV) u r-Regolament dwar ir-Reġistru tal-Kumpanniji (Unternehmensregisterverordnung, URV) u huma ssupplimentati bl-Artikoli 1ff. u 376ff. tal-Att dwar il-Proċedura fi Kwistjonijiet tal-Familja u Kwistjonijiet Mhux Kontenzjużi (Gesetz über das Verfahren in Familiensachen und in den Angelegenheiten der freiwilligen Gerichtsbarkeit, FamFG). Barra minn hekk, għadd kbir ta’ liġijiet individwali, b’mod partikolari l-HGB, l-Att dwar il-Kumpaniji Pubbliċi b’Responsabbiltà Limitata (Aktiengesetz, AktG) u l-Att dwar il-Konverżjoni (Umwandlungsgesetz, UmwG), jirregolaw l-informazzjoni li tista’ u trid tiddaħħal fir-Reġistru Kummerċjali.

X’informazzjoni tiddaħħal fir-Reġistru tal-Kumpanniji?

Min għandu d-dritt ta’ aċċess għar-Reġistru?

Kulħadd jista’ jikkonsulta r-Reġistru Kummerċjali u tal-Kumpaniji mingħajr ma jkollu għalfejn jiżvela xi interess partikolari.

X’informazzjoni tiddaħħal fir-Reġistru?

Liema kategoriji ta’ data huma maħżuna (liema kumpaniji huma rreġistrati fir-reġistru pubbliku, informazzjoni dwar l-insolvenza, rapporti finanzjarji)?

Skont il-forma legali tagħhom, il-kumpanniji jiġu rreġistrati f’varjetà ta’ reġistri. Ir-reġistru Kummerċjali jinkludi, b’mod partikolari, negozjanti uniċi, soċjetajiet kummerċjali (soċjetajiet ġenerali (Offene Handelsgesellschaften, OHG), soċjetajiet in akkomandita (Kommanditgesellschaften, KG)) u kumpanniji b’kapital azzjonarju (kumpanniji b’responsabbiltà limitata (Gesellschaften mit beschränkter Haftung, GmbH), kumpaniji b’ishma konġunti (Aktiengesellschaften, AG), soċjetajiet b’ishma konġunti limitati (Kommanditgesellschaften auf Aktien, KGaA) u kumpaniji Ewropej (Europäische Gesellschaften, SE)). Il-kooperattivi (Genossenschaften, eG) u l-Kooperattivi Ewropej (Europäische Genossenschaften, SCE) huma rreġistrati fir-Reġistru tas-Soċjetajiet Kooperattivi (Genossenschaftsregister), u s-Sħubijiet Reġistrati (Partnerschaftsgesellschaften, PartG) huma rreġistrati fir-Reġistru tas-Sħubijiet (Partnerschaftsregister). Id-dispożizzjonijiet relatati mar-Reġistru Kummerċjali japplikaw mutatis mutandis għal dawn ir-reġistri.

Fatti importanti u relazzjonijiet legali tal-kumpanniji huma rreġistrati fir-reġistri. Dawn huma relatati b’mod partikolari mal-eżistenza ta’ kumpanija, jiġifieri l-ħolqien u t-terminazzjoni tagħha (pereż. permezz ta’ xoljiment, likwidazzjoni jew likwidazzjoni u kanċellazzjoni), ir-rappreżentanza tagħha, jiġifieri l-persuni intitolati li jirrappreżentawha bħad-diretturi maniġerjali (GmbH), il-membri tal-bord tad-diretturi (AG) u l-prokuraturi, inklużi l-ħatra u t-terminazzjoni tagħhom, il-firxa tas-setgħa ta’ rappreżentanza (pereż. rappreżentanza waħedha jew biss b’mod konġunt ma’ rappreżentant awtorizzat ieħor), ir-responsabbiltà tal-kumpanija (b’mod partikolari l-ammont u l-bidliet fl-ammont tal-obbligazzjoni, sakemm l-obbligazzjoni ma tkunx illimitata) u l-bidliet tas-sħab fil-GmbH. L-informazzjoni li trid tiddaħħal tvarja skont il-forma ġuridika tal-kumpanija.

Madankollu, id-dokumenti tal-kontabbiltà bħall-kontijiet annwali u avviżi oħra tal-kumpanniji mhumiex irreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali iżda huma ppubblikati fil-Gazzetta Federali. Dawn id-dokumenti, kif ukoll informazzjoni dwar is-suq kapitali u informazzjoni oħra, b’mod partikolari avviżi ta’ insolvenza, jistgħu jiġu aċċessati wkoll fir-Reġistru tal-Kumpanniji. Mill-1 ta’ Awwissu 2022, id-dokumenti tal-kontabbiltà mhux se jibqgħu jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Federali iżda fir-Reġistru tal-Kumpanniji.

Liema dokumenti jiġu ffajljati / maħżuna (fajls, kontijiet tal-kumpanniji, artikoli ta’ assoċazzjoni, minuti tal-laqgħat)?

Ir-Reġistru Kummerċjali jirreġistra d-dokumenti li fuqhom huma bbażati l-entrati, bħal rikorsi għar-reġistrazzjoni, kuntratti ta’ sħubija u konverżjoni u artikoli ta’ assoċazzjoni għal kumpanniji b’kapital azzjonarju, minuti tal-laqgħat ġenerali tal-AGs u listi ta’ azzjonisti f’kumpaniji b’responsabbiltà limitata.

Kif nista’ nagħmel tiftixa (u x’inhuma l-kriterji tat-tiftix disponibbli)?

Tista’ ssir tiftixa fuq is-sit web tal-portal tar-Reġistru Kummerċjali taħt l-intestatura “Tfittxija Normali” bl-użu tal-isem tal-kumpanija jew kliem ewlieni, kif ukoll il-post ta’ stabbiliment jew l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija. It-tiftixa tista’ tiġi rfinuta aktar bl-użu ta’ informazzjoni bħat-tip ta’ reġistru, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-qorti ta’ reġistrazzjoni. Fit-Taqsima “Tiftixa avvanzata” tista’ tfittex ukoll bl-indirizz.

Tiftixa ta’ malajr bl-użu tal-isem tal-kumpanija tista’ ssir ukoll fuq is-sit web tar-Reġistru tal-Kumpanniji, bl-opzjoni li t-tiftixa tiġi ristretta biex tirreġistra informazzjoni jew pubblikazzjonijiet. Barra minn hekk, tista’ ssir tiftixa avvanzata ta’ kriterji komparabbli bl-użu tal-portal tar-Reġistru Kummerċjali.

Ir-reġistru kummerċjali, tal-kooperattivi u tas-sħubija jista’ jiġi kkonsultat ukoll personalment fl-uffiċċju tal-qorti tar-reġistrazzjoni rilevanti.

Kif nista’ nikseb estratt mir-reġistru, kopja ċċertifikata jew traskrizzjoni ta’ dokumenti?

Estratt mir-reġistru jista’ jiġi aċċessat f’forma elettronika fuq il-portal tar-reġistru bi ħlas ta’ tariffa ta’ EUR 4,50. Id-dokumenti maħżuna fir-Reġistru Kummerċjali, bħal artikoli ta’ assoċazzjoni, kuntratti tal-kumpanija, eċċ., jistgħu jiġu aċċessati wkoll elettronikament fuq il-portal tar-reġistru. Għandha titħallas tariffa ta’ EUR 1,50 għal kull dokument aċċessat. Madankollu, dawn it-tariffi ma jibqgħux japplikaw fl-1 ta’ Awwissu 2022.

Kopja sempliċi jew awtentikata ta’ estratt mir-reġistru tista’ tintalab ukoll, bi ħlas ta’ tariffa, mill-qorti kompetenti tar-reġistrazzjoni, li tista’ tibgħatha lir-rikorrent f’forma stampata jew elettronika u li jkollha firma elettronika kwalifikata jekk tkun meħtieġa kopja awtentikata.

Estratti minn reġistri u dokumenti maħżuna fir-Reġistru Kummerċjali huma disponibbli wkoll fuq is-sit web tar-Reġistru tal-Kumpanniji, bl-istess tariffi bħal dawk għall-aċċess dirett għall-portal tar-reġistru. L-aċċess għad-dokumenti tal-kontabbiltà fir-Reġistru tal-Kumpanniji huwa bla ħlas, filwaqt li ħlas ta’ EUR 1,00 għal kull karta tal-bilanċ huwa pagabbli għall-aċċess għall-karti tal-bilanċ tal-mikrointrapriżi.

Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni

Kif nista’ nirrikorri għar-reġistrazzjoni (preżentata ta’ rikorsi fir-reġistru; awtentikazzjoni ta’dokumenti; tip ta’ dokumenti li għandhom jiġu mehmuża)?

Ir-rikorsi għar-reġistrazzjoni jridu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku f’forma awtentikata uffiċjalment. L-awtentikazzjoni hija pprovduta minn nutar bħala ċertifikat sempliċi elettroniku. Mill-1 ta’ Awwissu 2022, in-nutara jistgħu jawtentikaw ukoll firem elettroniċi kwalifikati online permezz ta’ komunikazzjoni bil-vidjo fil-każ ta’ entrati fir-Reġistru Kummerċjali minn kumpanniji b’responsabbiltà limitata u kummerċjanti uniċi.

Id-dokumenti jiġu ppreżentati wkoll f’forma elettronika, bħala dokumenti skennjati. Id-dokumenti awtentikati jew iċ-ċertifikati nutarili għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat elettroniku sempliċi mfassal minn nutar.

Kif jiġu riveduti r-rikorsi ippreżentati?

In-nutar li jawtentika r-rikors għar-reġistrazzjoni għandu jivverifika li dan jista’ jiġi rreġistrat qabel ma jiġi ppreżentat. Wara l-preżentazzjoni tar-rikors, il-qorti tar-reġistrazzjoni għandha tivverifika wkoll, abbażi tal-prinċipju ta’ “żewġ pari ta’ għajnejn”, jekk il-fatt ippreżentat huwiex reġistrabbli u jekk il-kundizzjonijiet formali għar-reġistrazzjoni humiex issodisfati, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ rikors f’dan is-sens, l-eliġibbiltà tar-rikorrent, id-dokumenti meħtieġa għall-preżentata tar-rikors u l-ġuriżdizzjoni tal-qorti invokata. Madankollu, il-preċiżjoni fattwali tal-fatti preżentati, pereż. jekk id-dħul jew it-tluq ta’ azzjonist effettivament seħħx, ġeneralment ma tiġix ivverifikata.

Effett legali tar-reġistrazzjoni

Effett tar-reġistrazzjoni fuq partijiet terzi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Kumpanija tista’ tirribatti parti terza biss abbażi ta’ fatti mdaħħla u ppubblikati fir-Reġistru Kummerċjali (il-Artikolu 15 (2) tal-HGB).

Jekk fatt li kellu jiddaħħal fir-Reġistru Kummerċjali ma jkunx iddaħħal u ppubblikat, il-partijiet terzi huma protetti fl-aspettattiva tagħhom li l-fatt inkwistjoni ma jeżistix (l-Artikolu 15(1) tal-HGB).

Diskrepanzi bejn l-entrata fir-reġistru u t-tħabbir tagħha

Jekk l-entrata fir-Reġistru Kummerċjali tkun differenti mill-kontenut tal-avviż tagħha, dan tal-aħħar għandu jipprevali. Il-partijiet terzi jistgħu jinvokaw avviż mhux preċiż sakemm ma jkunux jafu bl-iżball (l-Artikolu 15(3) tal-HGB). Madankollu, dan japplika biss jekk l-intrapriża kkonċernata tibda wkoll ir-reġistrazzjoni, jiġifieri tkun tkun għamlet rikors għar-reġistrazzjoni.

Permezz tat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar id-Diġitalizzazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2022, l-entrati fir-reġistru se jiġu żvelati fuq il-Portal tar-Reġistru Kummerċjali hekk kif dawn ikunu jistgħu jiġu rkuprati. Minn dik id-data mhux se ssir aktar pubblikazzjoni (separata). Ma jista’ jkun hemm aktar ebda diskrepanzi bejn entrata fir-reġistru u t-tħabbir tagħha. Għalhekk, minn dak il-mument, l-uniku fattur deċiżiv għall-bona fide meħtieġa mill-Artikolu 15(3) tal-HGB ikun l-ineżattezza tal-entrata fir-reġistru.

Min hu responsabbli għall-preċiżjoni tal-entrati?

Peress li, bħala regola ġenerali, il-qrati ta’ reġistrazzjoni ma jivverfikawx l-eżattezza materjali tal-entrati, l-intrapriżi suġġetti għar-reġistrazzjoni jġorru r-responsabbiltà għall-eżattezza tal-fatti rreġistrati.

Proċeduri tal-protezzjoni tad-data

Proċeduri relatati mad-drittijiet tas-suġġett tad-data rigward il-pubblikazzjoni u l-ħżin tad-data personali tiegħu

It-tiftix permezz tal-Portal tar-Reġistru tan-Negozju jiġi lloggjat bid-dettalji tal-qorti tar-reġistrazzjoni, il-paġna tar-reġistru u l-persuna jew l-entità li taċċessaha. Id-data rreġistrata tista’ tintuża biss għall-fini li jiġi żgurat l-ipproċessar xieraq tad-data u s-saldu tal-ispejjeż u għandha tiġi protetta kontra użu mhux xieraq jew tipi oħra ta’ użu ħażin b’mezzi xierqa. Id-data rreġistrata se tinqered mhux aktar tard minn ħames snin wara l-ħlas tal-ispejjeż.

L-irkupru permezz tar-Reġistru tal-Kumpanniji jista’ jiġi ddokumentat biss għall-fini ta’ saldu u sabiex jiġi evitat aċċess mhux xieraq. Id-data rreġistrata trid titħassar wara mhux aktar minn sitt xhur sakemm ma tkunx meħtieġa ħażna kontinwa għal finijiet kontabilistiċi.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, japplikaw ukoll għall-pubblikazzjoni u l-ħżin tad-data personali.

Informazzjoni ta’ kuntatt

Portal tar-Reġistru Kummerċjali:

Il-Qorti Lokali ta’ Hagen

-Punt ta’ servizz tal-portal tar-reġistrazzjoni-

Heinitzstr. 42, 58097 Hagen

Telefon: +49 (0)2331 985 112

Faks: +49 (0)211 87565 114 100

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservice@handelsregister.de

Reġistru tal-Kumpanniji

Bundesanzeiger Verlag GmbH

Amsterdamer Straße 192, 50735 Köln

Telefon: +49 (0)221 - 976 68-0

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservice@bundesanzeiger.de

Links utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tar-Reġistru Kummerċjali Ġermaniż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTiftixa Avvanzata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTiftixa normali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kumpanniji Ġermaniżi

L-aħħar aġġornament: 26/09/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ispanjoliċ-Ċekid-Daniżil-Ġermaniżil-Griegl-Ingliżil-FranċiżKroatit-Taljanil-Latvjanil-Litwanl-Ungeriżl-Olandiżil-Pollakkil-Portugiżir-Rumenis-Slovakkis-Slovenil-Finlandiżl-Isvediż diġà ġew tradotti.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Estonja

Din il-paġna tipprovdik b'ħarsa ġenerali tar-reġistru kummerċjali Estonjan u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ.

X'informazzjoni tista' tinstab fir-reġistru kummerċjali Estonjan u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ?

Ir-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ huma miżmuma mid-dipartiment tar-reġistrazzjoni tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu. Ir-reġistri huma miżmuma fil-qrati biex jiġi żgurat l-istatus indipendenti u l-għarfien espert ġuridiku tar-reġistrar. Huma għandhom forza ġuridika qawwija u l-għan tagħhom huwa li jiggarantixxu ċertezza legali. Entrata fir-reġistru kummerċjali hija kkunsidrata korretta fir-rigward ta' parti terza, sakemm il-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf li l-entrata ma kinitx korretta. Entrata hija meqjusa li ma tapplikax fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li huma konklużi fi żmien ħmistax-il jum wara li tkun saret l-entrata jekk parti terza turi li l-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf bil-kontenut tal-entrata. Għalhekk parti terza tista', in bona fide, tafda fil-veraċità tal-entrati fir-reġistru, pereżempju billi tissoponi, meta tidħol f'kuntratt, li l-persuna li ddaħħlet fir-reġistru bħala membru tal-bord maniġerjali għandha awtorità firmatarja għall-kumpanija inkwistjoni.

Ċerti ċirkostanzi ġuridiċi huma validi biss jekk jiddaħħlu fir-reġistru: pereżempju, l-awtorità firmatarja ta' membru ta' bord maniġerjali tista' tkun ċirkoskritta fl-artikoli ta' assoċjazzjoni jew fil-kuntratt li tidħol fih mal-membru tal-bord maniġerjali, iżda l-limitazzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru biss japplikaw għal partijiet terzi.

Ċerti ċirkostanzi importanti jidħlu fis-seħħ mill-mument li tiddaħħal l-entrata fir-reġistru: pereżempju, iż-żieda ta' kapital azzjonarju ta' kumpanija tidħol fis-seħħ mill-mument li ż-żieda tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali, u mhux mill-mument tad-deċiżjoni biex jiżdied is-sehem azzjonarju jew mill-mument li jsiru l-kontribuzzjonijiet. L-istess japplika għall-istabbiliment ta' entità ġuridika, l-emenda tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha jew għall-fużjoni, separazzjoni u trasformazzjoni tagħha.

Ir-reġistri huma miżmuma elettronikament.

Id-dipartiment ta' reġistrazzjoni tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu jibqa' r-reġistru kummerċjali ta' persuni li jaħdmu għal rashom, kumpaniji (kumpaniji pubbliċi limitati, kumpaniji privati limitati, soċjetajiet f'isem kollettiv, soċjetajiet limitati, assoċjazzjonijiet kummerċjali, Kumpaniji Ewropej (Societas Europaea),Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (Societas Cooperativa Europaea) u raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali) u fergħat ta' kumpaniji barranin li jinsabu fl-Estonja.

Ir-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ jinkludi informazzjoni dwar assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ (assoċjazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ huma meqjusa li jinkludu assoċjazzjonijiet tal-appartamenti, assoċjazzjonijiet tal-bini u assoċjazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ oħra, kif ukoll partiti politiċi, trejdjunjins, knejjes, kongregazzjonijiet, assoċjazzjonijiet ta' kongregazzjonijiet u monasteri) li jinsabu fl-Estonja. Ir-reġistru tal-assoċjazzjonijiet mhux għal skop ta’ qligħ u l-fondazzjonijiet jinkludi wkoll ir-reġistru tal-assoċjazzjonijiet tad-djar u r-reġistru tal-assoċjazzjonijiet tat-titjib tal-artijiet.

Dawn li ġejjin jiġu miftuħa fir-reġistru kummerċjali jew ir-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ għal kull persuna li taħdem għal rasha, entità ġuridika u fergħa ta' kumpanija barranija:

  • kard tar-reġistru;
  • fajl tan-negozju (fir-reġistru kummerċjali) jew fajl pubbliku (fil-każ ta’ assoċjazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ, fondazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tad-djar);
  • fajl tar-reġistru.

Il-fajls tan-negozju u pubbliċi jinkludu dokumenti li entità ġuridika, persuna li taħdem għal rasha jew il-fergħa ta' kumpanija barranija ssottemettew lir-reġistrar skont il-liġi, pereżempju l-artikoli ta' inkorporazzjoni jew assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn imdaħħla fir-reġistru pubbliku. Sentenzi tal-qorti, appelli kontra sentenzi, korrispondenza u dokumenti oħra li mhumiex miżmuma fil-fajls tan-negozju jew pubbliċi huma miżmuma fil-fajl tar-reġistru.

L-informazzjoni li ġejja hija mdaħħla fil-kard tar-reġistru ta' entità ġuridika, persuna li taħdem għal rasha jew fergħa ta' kumpanija barranija:

  • l-isem tan-negozju jew l-isem u l-kodiċi tar-reġistru;
  • ir-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat u l-indirizz tal-entitajiet ġuridiċi, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-fergħat tal-kumpaniji barranin u għall-kumpaniji, l-indirizz tal-posta elettronika wkoll;
  • dettalji dwar il-persuna li taħdem għal rasha, u d-dettalji rigward is-sospensjoni tal-operazzjonijiet tal-persuna u n-natura staġunali jew temporanja tal-operazzjonijiet;
  • dettalji rigward il-persuni bis-setgħat ta' rappreżentazzjoni (membri tal-bord, soċji solidali, soċji akkomandanti jew partijiet terzi b'setgħat ta' rappreżentazzjoni, stralċjarji u fiduċjarji fil-falliment), kif ukoll ftehimiet rigward setgħat ta' rappreżentazzjoni u l-awtorità mogħtija meta tiġi rappreżentata entità ġuridika;
  • dettalji rigward il-prokuratur;
  • il-forma ġuridika tal-impriża jew it-tip ta' kumpanija;
  • id-data meta l-artikoli tal-assoċjazzjoni ġew approvati;
  • il-valur monetarju tal-kapital azzjonarju tal-kumpanija;
  • notazzjoni rigward it-twaqqif ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata mingħajr il-kontribuzzjonijiet magħmula;
  • nota li tindika li l-ishma ġew irreġistrati fir-reġistru ċentrali Estonjan tat-titoli jew nota mingħand min iżomm ir-reġistru tal-ishma;
  • il-bidu u t-tmiem tas-sena finanzjarja;
  • l-informazzjoni dwar falliment meħtieġa bil-liġi;
  • notazzjoni rigward il-fużjoni, id-diviżjoni u t-trasformazzjoni tal-kumpanija u rigward id-dissoluzzjoni u t-tneħħija mir-reġistru tagħha;
  • referenza għal entrati magħmula mir-reġistrar kif previst bil-liġi u mingħajr ma l-impriża tagħmel talba;
  • informazzjoni fuq id-depożitarju għal dokumenti minn kumpanija likwidata;
  • l-għanijiet tal-fondazzjoni;
  • informazzjoni oħra kif prevista bil-liġi.

Kwistjonijiet dwar ir-reġistru huma rieżaminati bħala kawżi ċivili mhux kontenzjużi li jużaw proċedimenti bil-miktub. Isiru annotazzjonijiet fir-reġistri fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għal entrata jew deċiżjoni tal-qorti jew fuq bażijiet oħra stabbiliti bil-liġi. Applikazzjonijiet għad-dħul iridu jew ikollhom firma diġitali jew ikunu fil-forma ta' dokument notarili.

L-entrati fir-reġistru kummerċjali u r-reġistru tal-assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet volontarji mhux għal skop ta' qligħ huma pubbliċi. Kulħadd għandu d-dritt li jeżamina d-data tal-kard tar-reġistru u d-dokumenti fil-fajls tan-negozju jew pubbliċi u li jikseb kopji tagħhom. Il-fajls tar-reġistru jistgħu jiġu eżaminati minn korpi tal-gvern kompetenti, mill-qrati matul il-proċeduri u persuni oħra jew entitajiet b'interess leġittimu.

Il-bażi tad-data ċentrali tar-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ tinżamm miċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi tal-Informazzjoni. Iċ-Ċentru joffri wkoll is-servizzi li ġejjin:

Ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku

Ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku huwa servizz ibbażat fuq il-bażi tad-data tad-dipartiment tar-reġistrazzjonijiet tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu li juri data f'ħin reali li tikkonċerna l-entitajiet ġuridiċi, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-fergħat ta' kumpaniji barranin rreġistrati fl-Estonja kollha. Ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku jagħmilha possibbli li wieħed:

  • jeżamina d-data tal-kard tar-reġistru, data ġenerali u data dwar l-arretrati tat-taxxa mingħajr ħlas;
  • ifittex bl-isem, bil-kodiċi tar-reġistru, bl-uffiċċju rreġistrat, bil-qasam tal-attivitajiet, eċċ.;
  • jara, billi jħallas tariffa, rapporti annwali, artikli ta' assoċjazzjoni u dokumenti elettroniċi oħrajn, informazzjoni personali u data dwar wegħda kummerċjali, eċċ., li jinsabu fil-fajls tan-negozju jew pubbliċi;
  • jissorvelja f'ħin reali informazzjoni proċedurali li tirrigwarda l-kumpaniji u l-bidliet fl-entrati tagħhom;
  • jiċċekkja bla ħlas kull projbizzjonijiet kummerċjali imposta fuq persuni jew entitajiet Estonjani;
  • jara mingħajr ħlas il-lista ta' membri ta' partiti politiċi;
  • jara r-rabtiet bejn diversi kumpaniji u persuni.

Iktar informazzjoni dwar ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku hija disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku taċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi ta' Informazzjoni.

Portal tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji

Il-Portal tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji huwa ambjent li jippermetti lil persuni u entitajiet jissottomettu dokumenti lid-dipartiment tar-reġistrazzjonijiet tal-qorti tal-kontea huma stess. L-applikazzjonijiet biex tiġi reġistrata kumpanija ġdida, biex tiġi emendata d-data tar-reġistru, biex tiġi likwidata u biex titħassar mir-reġistru, jistgħu jiġu sottomessi permezz tal-portal. Ir-rapporti annwali wkoll jistgħu jitfasslu u jintbagħtu permezz tal-portal. Iċ-ċittadini Estonjani, Finlandiżi, Latvjani u Belġjani u r-residenti elettroniċi tal-Estonjs jistgħu jidħlu fil-portal billi jużaw il-karti tal-identità tagħhom għall-awtentikazzjoni. Iċ-ċittadini Estonjani u Litwani jistgħu jilloggjaw bl-użu tas-servizz tal-Mobile-ID. Il-Portal tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji huwa disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku taċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi ta' Informazzjoni.

Ir-Reġistru Ewropew tan-Negozju (EBR)

Ir-Reġistru Ewropew tan-Negozju (EBR) huwa sistema ta' tiftix ibbażata fuq l-internet li tipprovdi informazzjoni uffiċjali dwar il-kumpaniji Ewropej. It-tiftixiet jistgħu jsiru minn fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku.

  • L-informazzjoni hija disponibbli mir-reġistri kummerċjali ta' total ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida20 pajjiż.
  • It-tiftix jista’ jsir rigward kumpaniji u persuni.
  • Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalista ta' informazzjoni disponibbli tvarja minn pajjiż għall-ieħor.
  • Id-data tar-reġistri għandha effett ġuridiċi differenti f'pajjiżi differenti.
  • Il-funzjoni tat-tiftix tista' tintuża kemm minn individwi privati kif ukoll minn kumpaniji.
  • Trid titħallas tariffa għas-servizz.

Irid isir xi ħlas biex jingħata aċċess għar-reġistru kummerċjali Estonjan?

Id-data tar-reġistru tista’ tiġi aċċessata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonlineIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafl-uffiċċji tan-nutara.

Ma trid titħallas l-ebda tariffa għat-tiftix dwar entitajiet ġuridiċi, persuni li jaħdmu għal rashom u fergħat ta' kumpaniji barranin, għal informazzjoni dwar proċedimenti fil-qrati jew għall-aċċess għal informazzjoni fil-kards tar-reġistru. M’hemmx tariffa għal persuni li jwettqu t-tiftix online huma stess. Madankollu, titħallas tariffa għar-riċerki l-oħra kollha, inklużi d-data tal-kard tar-reġistru storiku u l-aċċess għar-rapporti annwali, l-artikoli ta' assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn. Fejn tintalab tariffa għall-informazzjoni, il-ħlas isir immedjatament permezz ta' trasferiment bankarju bl-internet. L-abbonati bid-dritt li jużaw parametri tat-tiftix estiż iħallsu fuq il-bażi ta' fatturi ta' kull xahar. Ir-rati li jintalbu għall-użu tad-data tal-kompjuter fir-reġistru kummerċjali huma stabbiliti f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Ministru tal-Ġustizzja.

Titħallas tariffa biex jiġu kkonsultati d-data tar-reġistru u d-dokumenti tal-fajl f'uffiċċju ta' nutar. It-tariffi huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida tat-Tariffi tan-Nutara.

Kif issir tiftixa fir-reġistru kummerċjali Estonjan

It-tiftixiet jistgħu jsiru fir-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ billi jintuża r-Reġistru tan-Negozju Elettroniku fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku taċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi ta' Informazzjoni.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti misjuba fir-reġistru?

Din il-paġna tispjega kif l-użu ta' data u dokumenti misjuba fir-reġistru kummerċjali huwa regolat fl-Estonja.

Id-dipartiment tar-reġistrazzjoni tal-Qorti tal-Kontea ta' Tartu jżomm ir-reġistru kummerċjali. Persuni li jaħdmu għal rashom, fergħat ta' kumpaniji barranin, u kumpaniji (kumpaniji pubbliċi limitati, kumpaniji privati limitati, soċjetajiet f'isem kollettiv, soċjetajiet limitati, assoċjazzjonijiet kummerċjali, Kumpaniji Ewropej (Societas Europaea), Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (Societas Cooperativa Europaea) u ragruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali) jiddaħħlu fir-reġistru kummerċjali. Dan ir-reġistru elettroniku għandu forza ġuridika qawwija u l-għan tiegħu huwa li jiggarantixxi ċertezza tad-dritt. Ir-reġistru kummerċjali jinżamm bl-Estonjan.

Entrata fir-Reġistru Kummerċjali hija kkunsidrata korretta fir-rigward ta' parti terza, sakemm il-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf li l-entrata ma kinitx korretta. Entrata hija meqjusa li ma tapplikax fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li huma konklużi fi żmien ħmistax-il jum wara li tkun saret l-entrata jekk parti terza turi li l-parti terza ma kinitx taf jew kellha tkun taf bil-kontenut tal-entrata. Għalhekk parti terza tista', in bona fide, tafda fil-veraċità tal-entrati fir-reġistru, pereżempju billi tissoponi, meta tidħol f'kuntratt, li l-persuna li ddaħħlet fir-reġistru bħala membru tal-bord maniġerjali għandha awtorità firmatarja għall-kumpanija inkwistjoni.

Ċerti ċirkostanzi ġuridiċi huma validi biss jekk jiddaħħlu fir-reġistru: pereżempju, l-awtorità firmatarja ta' membru ta' bord maniġerjali tista' tkun ċirkoskritta fl-artikoli ta' assoċjazzjoni jew fil-kuntratt li tidħol fih mal-membru tal-bord maniġerjali, iżda l-limitazzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru biss japplikaw għal partijiet terzi.

Ċerti ċirkostanzi importanti jidħlu fis-seħħ mill-mument li tiddaħħal l-entrata fir-reġistru: pereżempju, iż-żieda ta' kapital azzjonarju ta' kumpanija tidħol fis-seħħ mill-mument li ż-żieda tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali, u mhux mill-mument tad-deċiżjoni biex jiżdied is-sehem azzjonarju jew mill-mument li jsiru l-kontribuzzjonijiet. L-istess japplika għall-istabbiliment ta' entità ġuridika, l-emenda tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha jew għall-fużjoni, separazzjoni u trasformazzjoni tagħha.

Dawn li ġejjin jiġu miftuħa fir-reġistru kummerċjali għal kull persuna li taħdem għal rasha, entità ġuridika u fergħa ta' kumpanija barranija:

  • kard tar-reġistru;
  • fajl tan-negozju;
  • fajl tar-reġistru.

Il-fajl tan-negozju jinkludi dokumenti li kumpanija, persuna li taħdem għal rasha jew il-fergħa ta' kumpanija barranija ssottemettew lir-reġistrar skont il-liġi, pereżempju l-artikoli ta' inkorporazzjoni jew assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn imdaħħla fir-reġistru pubbliku. Sentenzi tal-qorti, appelli kontra sentenzi, korrispondenza u dokumenti oħra li mhumiex miżmuma fil-fajl tan-negozju huma miżmuma fil-fajl tar-reġistru.

Id-dokumenti f’lingwa barranija jridu jintbagħtu lir-reġistratur bi traduzzjoni għall-Estonjan minn traduttur ġuramentat. Impriża ma tistax tibbaża fuq traduzzjoni li hija differenti mid-dokument oriġinali. Parti terza tista' tibbaża fuq it-traduzzjoni ta' dokument sottomess lir-reġistrar sakemm l-impriża tipprova li l-parti terza kienet konxja tal-inakkuratezza tat-traduzzjoni.

L-entrati fir-reġistru kummerċjali huma pubbliċi. Kulħadd għandu dritt jeżamina l-informazzjoni li tinsab fil-kards tar-reġistru u d-dokumenti fil-fajls tan-negozju u li jiksbu kopji tagħhom. Il-fajls tar-reġistru jistgħu jiġu eżaminati minn korpi tal-gvern kompetenti, mill-qrati matul il-proċeduri u persuni oħra jew entitajiet b'interess leġittimu.

Id-dokumenti fil-fajl huma pubbliċi u jistgħu jiġu mitluba kopji tagħhom mingħand ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku jew nutar.

Storja tar-Reġistru kummerċjali Estonjan

Ir-reġistru kummerċjali Estonjan jinkludi informazzjoni li tmur lura sal-1 ta' Settembru 1995. Id-data tiġi aġġornata regolarment.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Ewropew tan-Negozju

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFittex ir-reġistru kummerċjali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tan-Negozju Elettroniku

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartimenti tar-Reġistrazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNutara

L-aħħar aġġornament: 21/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Irlanda

Din it-taqsima tipprovdik b’ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tal-Irlanda.

X’għandu x’joffri r-reġistru kummerċjali Irlandiż?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kumpaniji jżomm ċerti dokumenti li huma miżmuma u maħżuna mill- Uffiċċju għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji skont l-obbligi ta' sottomissjoni tal-kumpaniji skont u minħabba l-Att dwar il-Kumpaniji, 1963-2012.  Ir-reġistru jipprovdi informazzjoni bażika fuq il-kumpanija, bħal:

  • L-indirizz,
  • Id-data ta’ inkorporazzjoni
  • Data tal-aħħar dħul annwali ppreżentat

Id-dokumenti kollha sottomessi minn kumpaniji skont l- Att dwar il-Kumpaniji huma aċċessibbli għall-pubbliku. Profil tal-kumpaniji jista’ jinxtara. Dan jipprovdi estratt tal-informazzjoni fir-reġistru, inklużi l-uffiċjali tal-kumpanija, l-imposti u lista tad-dokumenti ppreżentati.

L-aċċess għar-reġistru tal-kumpaniji Irlandiż huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għal informazzjoni bażika dwar il-kumpaniji hija mingħajr ħlas. Madankollu, titħallas tariffa għall-irkupru ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra.

Kif issir tiftixa fir-reġistru tal-kumpaniji Irlandiż u ismijiet kummerċjali?

It-tiftix jista’ jsir permezz ta’ numru jew isem tal-kumpanija/negozju. Hemm erba’ tipi ta' tiftix bl-isem possibbli:

  • Tiftix tat-tip ‘Fiha dawn il-kelmiet kollha” għal ismijiet li fihom dawn il-kelmiet (rakkomandat)
  • Tiftix tat-tip "Jibda b’din il-frażi" għal ismijiet li jibdew b’din il-frażi
  • Tiftix tat-tip "Fiha din il-frażi" għal ismijiet li fihom din il-frażi.
  • Din hija sekwenza alphasort hija maħluqa permezz tat-tneħħija ta’ kliem komuni bħal “l-Irlanda”, “Ristretti”, “The”, “U”, eċċ. u billi jitneħħew sinkijiet, spazji, virgoli eċċ. mill-isem tal-kumpanija. Biex twettaq tiftixa alphasort għandek tagħmel l-istess.

It-tiftix bl-isem jista’ jiġi ristrett billi jiġi nkluż l-indirizz.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

L-Uffiċċju għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji (CRO) huwa r-repożitorju ċentrali għall-informazzjoni statutorja pubblika dwar il-kumpaniji fl-Irlanda. L-Att dwar il-Kumpaniji 2014, u leġiżlazzjoni relatata huma l-bażi statutorja li permezz tagħha l-kumpaniji huma obbligati jipprovdu informazzjoni lis-CRO għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni.

L-informazzjoni fir-reġistru tal-kumpaniji hija fornuta lis-CRO minn partijiet terzi, skont obbligu statutorju, inkluż l-obbligu li ma tingħatax informazzjoni falza xjentement jew bi traskuraġni lill-CRO. L-CRO ma jistax u m’għandux ikun responsabbli għall-korrettezza tal-informazzjoni li ġiet ipprovduta lilu minn terzi.

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tressiq ta’ ċerti dokumenti u dettalji, hemm rekwiżit statutorju li l-persuna li qiegħda tagħmel is-sottomissjoni għandha tiffirma dikjarazzjoni solenni li hija temmen li d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa ġew sottomessi b’mod xieraq. Skont l-Att dwar id-Dikjarazzjonijiet Statutorji tal-1938 kif emendat, kull persuna li xjentement tagħmel dikjarazzjoni statutorja falza jew qarrieqa hija soġġetta għall-prosekuzzjoni u, wara kundanna, għal multa jew priġunerija, jew għat-tnejn li huma.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 876 tal-Att dwar il-Kumpaniji tal-2014, huwa reat kriminali li wieħed xjentement jew bi traskuraġni jinnotifika informazzjoni falza lill-CRO fuq il-forom statutorji.

L-istorja tar-reġistru tal-kumpaniji Irlandiż

Id-dejta elettronika dwar ir-reġistru hija kompluta fir-rigward tal-kumpanniji kollha bi status normali.

Ħoloq relatati

Is-sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS)

L-aħħar aġġornament: 16/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Greċja

Storja ta’ kif ġie stabbilit ir-reġistru nazzjonali

Meta ġie stabbilit?

Ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (Geniko Emporiko Mitroo - G.E.MI.) ġie stabbilit skont il-Liġi 3419/2005 u sar operattiv fl-4 ta’ April 2011. Sussegwentement il-Liġi 3419/05 ġiet imħassra u ssostitwita mil-Liġi reċenti 4919/2022.

Meta ġie diġitalizzat?

Ir-Reġistru ġie stabbilit bħala reġistru elettroniku diġitali u jżomm id-dokumenti u d-data kollha sottomessi mill-kumpaniji f’forma diġitali.

X’inhi l-leġiżlazzjoni applikabbli bħalissa?

Ir-Reġistru huwa rregolat mil-Liġi 4919/2022, li hija maqsuma f’żewġ partijiet: il-Parti A (l-Artikoli 1–14), li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ kumpaniji tal-forom legali kollha fil-Greċja, u l-Parti B (l-Artikoli 15–59), li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar id-dokumenti u d-data sottomessi minn kwalunkwe forma ta’ entità, minn fergħat fl-UE u f’pajjiżi terzi, kif ukoll materji relatati mal-aċċess, il-ħruġ ta’ dokumenti u data, is-sanzjonijiet rilevanti, eċċ. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.businessportal.gr/backOffice/backOfficeFiles/2022-04-21-115740s02218f074dd98ef8bc23788fcfdb4d6.pdf

X’informazzjoni joffri r-reġistru kummerċjali?

Ir-Reġistru jirreġistra d-divulgazzjonijiet kollha ta’ dokumenti kummerċjali u d-data ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata u ta’ impriżi individwali, ta’ fergħat f’pajjiżi tal-UE kif ukoll fergħat f’pajjiżi terzi. Dawn id-divulgazzjonijiet huma msemmija fil-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-kumpaniji u fid-Direttiva (UE) 2017/1132. Is-sit web tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali jservi bħala l-“Gazzetta Nazzjonali għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali”. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet ta’ tali persuni, kif imsemmija fl-Artikolu 16(1) tal-Liġi Nru 4919/22, huma obbligati jirreġistraw fir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali.

Tista’ tfittex fis-sit web tar-Reġistru għal informazzjoni divulgata mit-tipi ta’ negozji li ġejjin:

(a) Kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata (anonymes etaireies - A.E.), kif previst mil-Liġi 4548/2018 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 104).

(b) Kumpaniji privati b’responsabbiltà limitata (etaireies periorismenis efthynis - EPE), kif previst mil-Liġi 3190/1955 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 91).

(c) Kumpaniji b’kapital privat (idiotikes kefalaiouchikes etaireiesIKE), kif previst mil-Liġi 4072/2012 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 86).

(d) Soċjetajiet f’isem kollettiv (omorrythmes etaireies) jew soċjetajiet limitati (eterrorythmes etaireies) (ordinarji jew b’kapital azzjonarju), kif previst mil-Liġi 4072/2012.

(e) Kooperattivi rregolati mid-dritt ċivili (astikoi synetairismoi), kif previst mil-Liġi 1667/1986 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 196), li jinkludu assoċjazzjonijiet ta’ assigurazzjoni reċiproka, kooperattivi ta’ kreditu, kooperattivi tal-bini u komunitajiet tal-enerġija.

(f) Intrapriżi kooperattivi soċjali (koinonikes synetairistikes epicheiriseis) u kooperattivi tal-impjegati (synetairismoi ergazomenon), kif previst mil-Liġi 4430/2016 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 205).

(g) Kooperattivi soċjali b’responsabbiltà limitata (koinonikoi synetairismoi periorismenis efthynis), kif previst mill-Artikolu 12 tal-Liġi 2716/1999 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 96).

(h) Kumpaniji tad-dritt ċivili ta’ interess ekonomiku (astikes etaireies me oikonomikou skopou), kif previst mill-Artikolu 784 tal-Kodiċi Ċivili u fl-Artikolu 270 tal-Liġi 4072/2012.

(i) Gruppi Ewropej b’interess ekonomiku, kif previst mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/1985 (ĠU L 199, rettifika L 247) li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fil-Greċja.

(j) Kumpaniji Ewropej, kif previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 (ĠU L 294) li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fil-Greċja.

(k) Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej, kif previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 (ĠU L 207), li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fil-Greċja.

(l) Fergħat jew aġenziji li kumpaniji barranin fil-forma ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, kumpaniji privati b’responsabbiltà limitata u soċjetajiet limitati b’kapital azzjonarju li l-kwartieri ġenerali tagħhom jinsabu fi Stat Membru tal-UE, għandhom fil-Greċja.

(m) Fergħat jew aġenziji li kumpaniji barranin li l-kwartieri ġenerali tagħhom jinsabu f’pajjiż terz u li għandhom forma ġuridika simili għal dik tal-kumpaniji barranin imsemmija hawn fuq fil-paragrafu (l), għandhom fil-Greċja.

(n) Fergħat jew aġenziji li permezz tagħhom il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet ta’ tali persuni li għandhom il-post prinċipali tan-negozju jew il-kwartieri ġenerali tagħhom f’pajjiż barrani u li ma jaqgħux taħt il-punti (l) jew (m) iwettqu tranżazzjonijiet fil-Greċja.

(o) Konsorzji, kif previst mill-Artikolu 293 tal-Liġi 4072/2012, (p) impriżi individwali orjentati lejn il-profitt li għandhom stabbiliment fil-Greċja u li: (i) ikunu involuti b’mod regolari fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali f’isimhom; jew (ii) jiddistribwixxu oġġetti jew servizzi jew jaġixxu bħala aġenti għad-distribuzzjoni tagħhom, b’riskju ta’ negozju, jew permezz ta’ infrastruttura organizzata jew permezz tal-ingaġġ ta’ persuni terzi.

Min għandu d-dritt li jaċċessa r-reġistru?

1. Id-dokumenti u d-data li kumpanija jew fergħa tissottometti bħala parti mill-istabbiliment ta’ kumpanija, ir-reġistrazzjoni ta’ fergħa jew is-sottomissjoni ta’ informazzjoni jinħażnu mir-Reġistru f’format li jista’ jinqara mill-magni tat-tiftix jew bħala data strutturata.

2. Kwalunkwe parti interessata tista’ tirċievi, esklużivament f’forma elettronika, ċertifikati, kopji jew estratti ta’ dokumenti u data mill-fajls ta’ dawk obbligati li jirreġistraw, malli jissottomettu, esklużivament f’forma elettronika, applikazzjoni lid-dipartiment tar-Reġistru kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Liġi 2690/1999 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 45). Iċ-ċertifikati, il-kopji jew l-estratti msemmija hawn fuq jinħarġu esklużivament f’forma elettronika. Bl-istess mod, kwalunkwe parti interessata tista’ titlob kopji, estratti jew ċertifikati tad-dokumenti u tad-data li jinżammu fil-fajl u li ma jiġux ippubblikati fuq is-sit web tar-Reġistru. Ir-Reġistru ma huwiex meħtieġ li joħroġ kopji ta’ dokumenti u data mill-fajls ta’ dawk obbligati li jirreġistraw, jekk tali dokumenti u data kienu ġew sottomessi fuq karta qabel il-31 ta’ Diċembru 2006.

X’tip ta’ informazzjoni tiġi rreġistrata fir-reġistru kummerċjali Grieg?

Liema tipi ta’ data huma maħżuna (liema entitajiet jiġu rreġistrati fir-reġistru pubbliku, informazzjoni dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza, rapporti finanzjarji...)?

Id-dokumenti u d-data li jiġu ppubblikati u li jistgħu jiġu ddivulgati lil kwalunkwe parti terza kkonċernata huma tal-anqas dawn li ġejjin:

1. Id-dokumenti u d-data li ġejjin jiġu ppubblikati fir-Reġistru fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 16(1)(a) sa (c), (e) sa (g) u (i) sa (k) tal-Liġi 4919/22, li l-kwartieri ġenerali tagħhom jinsabu fil-Greċja:

(a) l-att ta’ kostituzzjoni, l-istatuti u, fejn meħtieġ, id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-maniġment;

(b) l-emendi tal-istatuti u t-test konsolidat sħiħ tal-istatuti;

(c) il-ħatra, it-terminazzjoni tal-kariga u d-dettalji, kif previst mill-Artikolu 33(2), tal-persuni li, bħala korp ikkostitwit skont il-liġi jew bħala membri ta’ tali korp:

(i) huma awtorizzati jirrappreżentaw lill-kumpanija f’negozjati ma’ partijiet terzi. Fl-eventwalità li dan jirrigwarda iktar minn persuna waħda, l-entrata rilevanti trid tiddikjara jekk dawn il-persuni jistgħux jaġixxu waħedhom jew jekk iridux jaġixxu flimkien;

(ii) jirrappreżentaw lill-kumpanija quddiem qorti; u

(iii) jipparteċipaw fl-amministrazzjoni, is-superviżjoni jew il-kontroll tal-kumpanija;

(d) tal-inqas darba f’sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt, fejn l-att ta’ kostituzzjoni jew l-istatuti jsemmu kapital awtorizzat, sakemm żieda fil-kapital sottoskritt ma tkunx teħtieġ emenda tal-istatuti;

(e) id-dokumenti ta’ kontabbiltà għal kull sena finanzjarja li huma mandatorji skont id-Direttivi tal-Kunsill 86/635/KEE (ĠU L 372) dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, 91/674/KEE (ĠU L 374) dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni, u 2013/34/UE (ĠU L 182) dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE;

(f) kwalunkwe bidla fil-kwartieri ġenerali tal-kumpanija;

(g) l-istralċ u l-irkupru tal-kumpanija;

(h) kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ nullità tal-kumpanija mill-qrati;

(i) il-ħatra u d-dettalji tal-likwidaturi, f’konformità mal-Artikolu 33(2) u (3);

(j) ir-rapporti finanzjarji għall-ftuħ u l-għeluq tal-likwidazzjoni u t-tneħħija mir-Reġistru;

(k) l-għadd ta’ azzjonijiet tas-soċji kif ukoll id-dettalji sħaħ tal-persuni msemmija hawn fuq.

2. Id-dokumenti u d-data li ġejjin jiġu ppubblikati fir-Reġistru fir-rigward tal-impriżi individwali kif imsemmija fl-Artikolu 16(1)(d), (h) u (o) tal-Liġi 4919/22, li l-kwartieri ġenerali tagħhom jinsabu fil-Greċja:

(a) il-memorandum ta’ assoċjazzjoni u l-emendi tiegħu, f’forma konsolidata;

(b) l-iskop;

(c) l-isem tal-kumpanija u l-isem fil-qosor;

(d) l-indirizz sħiħ tal-kwartieri ġenerali;

(e) id-dettalji tas-soċji, f’konformità mal-Artikolu 33(2) u (3), il-ħatra ta’ direttur maniġerjali u l-firxa tas-setgħat tad-direttur maniġerjali. Jekk il-persuni msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu entitajiet ġuridiċi, id-data ppubblikata tkun in-numru tar-Reġistru, jekk ikun hemm, id-dettalji ewlenin ta’ identifikazzjoni, bħall-isem tal-kumpanija, il-forma ġuridika u l-kwartieri ġenerali, u d-dettalji tal-persuna fiżika li tirrappreżenta l-persuni ġuridiċi;

(f) l-irtirar jew l-esklużjoni ta’ soċju;

(g) kwalunkwe bidla fir-rati ta’ parteċipazzjoni tas-soċji fil-profitti u t-telf tal-kumpanija;

(h) l-istralċ u l-irkupru tal-kumpanija;

(i) kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ nullità tal-kumpanija mill-qrati;

(j) il-ħatra u d-dettalji tal-likwidaturi, f’konformità mal-Artikolu 33(2) u (3);

(k) ir-rapporti finanzjarji annwali, jekk jinħolqu ċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 1(2)(b) u (c) tal-Liġi 4308/2014 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 251) dwar l-applikazzjoni tal-istandards tal-kontabbiltà Griegi;

(l) ir-rapporti finanzjarji għall-ftuħ u l-għeluq tal-likwidazzjoni u t-tneħħija mir-Reġistru.

3. Id-dokumenti u d-data li ġejjin jiġu ppubblikati fir-Reġistru fir-rigward tal-fergħat fl-UE kif imsemmija fl-Artikolu 16(1)(l) u (n) tal-Liġi 4919/22:

(a) l-att ta’ kostituzzjoni u l-istatuti jekk ikunu jinsabu f’att separat, flimkien mal-emendi tiegħu;

(b) attestazzjoni mir-reġistru li fih tkun ġiet irreġistrata l-kumpanija (ċertifikat ta’ affidabbiltà tajba mill-awtorità kompetenti jew mir-reġistru kummerċjali tal-pajjiż ta’ oriġini);

(c) l-indirizz postali tal-fergħa;

(d) l-indikazzjoni tal-attivitajiet tal-fergħa;

(e) ir-reġistru li fih ikun infetaħ il-fajl imsemmi fl-Artikolu 21(2) għall-kumpanija, kif ukoll l-identifikatur uniku Ewropew (EUID);

(f) l-isem tal-kumpanija u l-forma ġuridika tagħha, u l-isem tal-fergħa jekk differenti mill-isem tal-kumpanija;

(g) il-ħatra, it-terminazzjoni ta’ kariga u d-dettalji, kif previst mill-Artikolu 33(2) u (3), tal-persuni li huma awtorizzati jirrappreżentaw lill-kumpanija f’negozjati ma’ partijiet terzi u fi proċedimenti legali bħala:

(i) korpi tal-kumpaniji kkostitwiti skont il-liġi jew il-membri ta’ tali korp, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-kumpanija skont l-Artikolu 14(d) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 (ĠU L 169) dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji;

(ii) rappreżentanti permanenti tal-kumpanija għall-attivitajiet tal-fergħa, bl-indikazzjoni tal-grad tas-setgħat tagħhom;

(h) l-istralċ tal-kumpanija, il-ħatra tal-likwidaturi, id-dettalji tagħhom u tas-setgħat tagħhom u t-terminazzjoni tal-likwidazzjoni f’konformità mad-divulgazzjoni mill-kumpanija kif previst mill-Artikolu 35(h), (j) u (k), il-proċedimenti ta’ insolvenza, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet jew kwalunkwe proċediment analogu li għalih tkun soġġetta l-kumpanija;

(i) id-dokumenti ta’ kontabbiltà (ir-rapporti finanzjarji) tal-kumpanija, kif imħejjija, ivverifikati u ppubblikati f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li tirregola l-kumpanija, f’konformità mad-Direttivi 2013/34/KEE (ĠU L 182) u 2006/43/KEE (ĠU L 157) dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE;

(j) l-għeluq tal-fergħa.

3. Id-dokumenti u d-data li ġejjin jiġu ppubblikati fil-G.E.MI. fir-rigward tal-fergħat fl-UE kif previst mill-Artikolu 16(1)(m) u (n) tal-Liġi 4919/22:

(a) l-att ta’ kostituzzjoni u l-istatut ta’ assoċjazzjoni jekk ikunu jinsabu f’att separat, flimkien mal-emendi tiegħu;

(b) l-indirizz postali tal-fergħa;

(c) l-indikazzjoni tal-attivitajiet tal-fergħa;

(d) il-liġi tal-Istat li tirregola l-kumpanija;

(e) in-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ kumpanija fi kwalunkwe reġistru li ż-żamma tiegħu hija prevista mil-liġi tal-Istat Membru li tirregola l-kumpanija;

(f) il-forma ġuridika tal-kumpanija, il-post prinċipali tan-negozju tagħha u l-għan tagħha u, mill-inqas kull sena, l-ammont ta’ kapital sottoskritt jekk dawk id-dettalji ma jingħatawx fl-att ta’ kostituzzjoni jew fl-istatut ta’ assoċjazzjoni;

(g) l-isem tal-kumpanija u l-isem tal-fergħa jekk differenti mill-isem tal-kumpanija;

(h) il-ħatra, it-terminazzjoni ta’ kariga u d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-persuni li huma awtorizzati jirrappreżentaw lill-kumpanija f’negozjati ma’ partijiet terzi u fi proċedimenti legali:

(i) bħala korpi tal-kumpaniji kkostitwiti skont il-liġi jew bħala membri ta’ kwalunkwe korp bħal dan,

(ii) bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpanija għall-attivitajiet tal-fergħa, b’indikazzjoni tal-firxa tas-setgħat tagħhom u jekk jistgħux jeżerċitaw dawn is-setgħat waħedhom;

(i) l-istralċ tal-kumpanija, il-ħatra tal-likwidaturi, id-dettalji tagħhom u tas-setgħat tagħhom u t-terminazzjoni tal-likwidazzjoni f’konformità mad-divulgazzjoni mill-kumpanija kif previst mill-Artikolu 35(h), (j) u (k), il-proċedimenti ta’ insolvenza, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet jew kwalunkwe proċediment analogu li għalih tkun soġġetta l-kumpanija;

(j) id-dokumenti ta’ kontabbiltà tal-kumpanija, bħar-rapporti finanzjarji, kif imħejjija, ivverifikati u ppubblikati f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li tirregola l-kumpanija. Fil-każ li l-liġi tal-Istat Membru ma tipprevedix it-tħejjija ta’ dokumenti tal-kontabbiltà b’mod ekwivalenti għal-liġi Griega u tal-UE, huma meħtieġa d-dokumenti tal-kontabbiltà, bħar-rapporti finanzjarji, għall-attivitajiet tal-fergħa;

(k) l-għeluq tal-fergħa.

Liema dokumenti jiġu ppreżentati/maħżuna (fajls, ġabriet ta’ dokumenti, statuti, minuti ta’ laqgħat ġenerali, eċċ.)?

Jiġu ppreżentati d-dokumenti li ġejjin:

  • Ir-rapporti finanzjarji f’ESEF
  • Ir-rapporti finanzjarji f’XBRL u f’xHTML
  • Il-minuti tal-Laqgħat Ġenerali jew tal-Laqgħat tas-Soċji jew tas-Soċju uniku f’format pdf
  • Il-minuti tal-Bord tad-Diretturi jew tad-Diretturi Maniġerjali u/jew tal-Maniġers f’format pdf
  • Id-dikjarazzjonijiet elettroniċi tar-rappreżentanti legali mingħajr format stampat
  • Il-pjanijiet ta’ konverżjoni nazzjonali jew transfruntieri għall-kumpaniji (fużjonijiet, diviżjonijiet u konverżjonijiet)
  • Ir-rapporti tal-esperti (awdituri statutorji) għal kull fini legali

Kif nista’ nagħmel tfittxija (u x’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli)?

Personalment

Id-dokumenti, id-data u d-dettalji jinżammu f’forma diġitali u għalhekk ma huwiex meħtieġ li tmur personalment fid-dipartimenti tar-Reġistru.

Fuq is-sit web tar-Reġistru

Tista’ tfittex kwalunkwe divulgazzjoni kummerċjali fuq is-sit web tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kummerċjali Ġenerali.

X’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli?

Tista’ tagħmel tfittxija billi tuża wieħed mill-elementi ta’ informazzjoni li ġejjin dwar il-kumpanija:

  • In-Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa (A.F.M. - abbrevjazzjoni Griega) jew
  • In-numru tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (Γ.Ε.ΜI.) jew
  • Isem il-kumpanija jew
  • L-isem fil-qosor

Kif nista’ nikseb id-dokumenti?

Mingħajr ħlas?

L-informazzjoni li ġejja relatata mal-kumpanija hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit web tar-Reġistru, u permezz tas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS):

(a) l-isem, l-isem jew l-ismijiet fil-qosor u l-forma ġuridika tal-kumpanija;

(b) l-uffiċċju rreġistrat tagħha u l-Istat Membru fejn tkun irreġistrata;

(c) in-numru tar-Reġistru tagħha u l-identifikatur uniku Ewropew (EUID);

(d) id-dettalji tas-sit web, l-istatus tal-kumpanija, jiġifieri jekk hijiex attiva, jekk issospendietx ir-reġistrazzjonijiet, jekk hix qed tiġi stralċjata, jekk hijiex f’likwidazzjoni, jekk tneħħietx mir-reġistru jew jekk waqfitx l-operazzjonijiet tagħha;

(e) l-iskop tal-kumpanija;

(f) id-dettalji tad-diretturi tagħha;

(g) id-data relatata mal-fergħat tagħha fl-Istati Membri tal-UE.

Barra minn hekk, kwalunkwe parti interessata tista’ taċċessa mingħajr ħlas, tniżżel, taħżen b’mod diġitali fit-tagħmir elettroniku tagħha u tipprintja jew b’mod ieħor tirriproduċi kwalunkwe dokument, informazzjoni jew avviż imtella’ fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tar-Reġistru għall-konsultazzjoni pubblika mid-dipartiment tar-Reġistru jew awtomatikament mill-persuni meħtieġa li jagħmlu dan.

Bi ħlas?

Kwalunkwe parti interessata tista’ tikseb kopji, estratti u ċertifikati ċċertifikati mir-Reġistru bi ħlas minn qabel ta’ tariffa għal kwalunkwe dokument, data, kopja, estratt jew ċertifikat.

Kif nista’ nikseb estratt mir-reġistru, kopja ċertifikata jew traskrizzjoni tad-dokumenti?

Jekk kwalunkwe parti interessata tixtieq tikseb ċertifikati uffiċjali (awtentiċi) jew kopji ta’ dokumenti jew data rreġistrata fl-entrata ta’ kumpanija fir-Reġistru, tista’ tirreġistra mingħajr ħlas mad-dipartiment ta’ kuntatt tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali.

Tista’ tirreġistra permezz tal-iperlinks li ġejjin:

(A) Bħala persuna fiżika Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://services.businessportal.gr/welcomeNonGemi/nonGemiRegistrationForm

(B) Bħala persuna ġuridika Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://services.businessportal.gr/welcomeNonGemi/nonGemiRegistrationForm

Tista’ tikseb ċertifikati jew kopji uffiċjali ta’ dokumenti u dettalji bi ħlas minn qabel ta’ EUR 5.00 permezz tal-applikazzjoni elettronika rilevanti msemmija iktar ’il fuq. Iċ-ċertifikati jew il-kopji tad-dokumenti jew tad-data rilevanti jintbagħtu b’żewġ modi differenti: b’mod diġitali permezz tal-applikazzjoni ta’ kuntatt tar-Reġistru, jew bil-posta lid-destinatarju, kullimkien fid-dinja.

Proċedura ta’ reġistrazzjoni

Kif nista’ nibda l-proċedura ta’ reġistrazzjoni (kif nippreżenta applikazzjonijiet lir-reġistru, iċ-ċertifikazzjoni tad-dokumenti, it-tip ta’ dokumenti li jridu jkunu mehmuża)?

Personalment

Il-proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ dokumenti jew ta’ data fir-Reġistru titwettaq mill-bogħod u kompletament b’mod elettroniku. Għalhekk, ma huwiex possibbli li wieħed imur personalment.

Online

Il-proċedura għas-sottomissjoni tad-dokumenti u tad-data ssir kompletament b’mod elettroniku.

Kull entità ġiet iċċertifikata fis-sistema tar-Reġistru għas-sottomissjoni ta’ dokumenti u data. L-entità (ir-rappreżentant legali jew awtorizzat tagħha) tidħol fis-Sistema ta’ Informazzjoni tar-Reġistru u tagħżel l-applikazzjoni elettronika xierqa. Kull applikazzjoni hija standardizzata u titlob (telenka) għadd ta’ dokumenti u data li għandhom jiġu sottomessi.

Kif jiġu rrieżaminati l-applikazzjonijiet sottomessi?

L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jaqgħu f’żewġ kategoriji ġenerali:

(A) applikazzjonijiet li huma soġġetti għal rieżami tal-legalità, u

(B) applikazzjonijiet li huma soġġetti għal rieżami tal-kompletezza.

L-applikazzjonijiet li huma soġġetti għal rieżami tal-legalità jiġu indirizzati lil uffiċjal kompetenti tad-dipartiment tar-Reġistru, li jwettaq ir-rieżami tal-legalità tad-dokument sottomess u, jekk ma jkun hemm l-ebda impediment, japprova u jirreġistra l-applikazzjoni. Is-sistema tirreġistra d-dokument, toħloq entrata unika, toħroġ kodiċi ta’ reġistrazzjoni u tipproduċi awtomatikament mudell ta’ avviż standardizzat.

L-applikazzjonijiet li huma soġġetti għal rieżami tal-kompletezza huma rreġistrati fir-Reġistru awtomatikament, mingħajr intervent mill-bniedem, immedjatament wara li l-entità tissottomettihom. Is-sistema ta’ informazzjoni twettaq serje ta’ kontrolli biex tivverifika l-kompletezza tad-dokument f’konformità mal-liġi.

Effetti legali tar-reġistrazzjoni

Effett tal-entrati fuq partijiet terzi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Huwa obbligatorju għall-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 16(1) tal-Liġi 4919/22, f’każijiet għajr dawk previsti fil-paragrafi (l), (m), (n) u (p), li jirreġistraw u jippubblikaw fir-Reġistru fatti legali, rapporti, dokumenti u informazzjoni oħra sabiex jipproduċu l-effetti legali li ġejjin:

(a) il-kisba ta’ personalità ġuridika jekk ikunu fil-proċess li jiġu stabbiliti;

(b) l-emendi tal-istatuti tagħhom;

(c) it-tlestija tal-fużjoni, tad-diviżjoni jew tal-konverżjoni tagħhom;

(d) l-istralċ tagħhom, wara deċiżjoni tas-soċji tagħhom jew wara l-ħruġ tal-att amministrattiv rilevanti;

(e) l-irkupru tagħhom, jekk ikunu f’likwidazzjoni, kif ukoll fil-każijiet fejn ma jitkomplewx il-proċedimenti ta’ falliment minħabba s-sodisfar tal-pretensjonijiet tal-kredituri tagħhom, ta’ kwittanza, jew fi kwalunkwe każ ieħor fejn ikun previst l-irkupru ta’ persuna ġuridika;

(f) it-telf ta’ personalità ġuridika mar-reġistrazzjoni tat-tneħħija tal-persuna ġuridika mir-Reġistru;

(g) ir-reġistrazzjoni mill-ġdid fir-Reġistru u l-ftuħ ta’ proċedimenti ġodda ta’ stralċ f’konformità mal-Artikolu 28(4).

Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet ta’ tali persuni kif imsemmi fl-Artikolu 16 tal-Liġi 4919/22 ma jistgħux jiddependu fuq dokumenti u data li fir-rigward tagħhom ma jkunux ġew irrispettati l-formalitajiet ta’ divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 17, kontra partijiet terzi, sakemm ma jagħtux prova li l-partijiet terzi msemmija kienu konxji minn dawn id-dokumenti u d-data.

Diskrepanzi bejn l-entrata fir-Reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha

Jekk it-test divulgat ma jkunx konsistenti mad-dokument jew mad-data ppreżentata fir-Reġistru, il-persuni msemmija fl-Artikolu 16(1) sa (4) ma jistgħux jiddependu fuqu kontra partijiet terzi. Il-partijiet terzi jistgħu jiddependu fuq id-data divulgata sakemm il-persuni msemmija hawn fuq ma jġibux prova li l-partijiet terzi msemmija kienu jafu bit-test ippreżentat fir-Reġistru.

Il-partijiet terzi jistgħu jibbażaw, f’konformità ma’ dan ta’ hawn fuq, fuq dokumenti jew data li fir-rigward tagħha l-formalitajiet ta’ divulgazzjoni jkunu għadhom ma ġewx kompluti, sakemm in-nuqqas ta’ divulgazzjoni ma jagħmilx dawn id-dokumenti invalidi.

Jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-data tal-preżentazzjoni u d-data tad-divulgazzjoni, id-data tad-divulgazzjoni titqies bħala d-data tal-preżentazzjoni għall-finijiet tal-perjodi ta’ preskrizzjoni għall-użu tad-drittijiet u r-rimedji legali.

Min hu responsabbli għall-akkuratezza tar-rekords?

Id-dipartiment tar-Reġistru kompetenti huwa responsabbli għall-akkuratezza tar-rekords. B’mod aktar speċifiku, f’konformità mal-Artikolu 20 tal-Liġi 4919/22, id-dipartiment tar-Reġistru kompetenti huwa responsabbli għal dan li ġej:

(a) ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru ta’ dawk obbligati jirreġistraw skont l-Artikolu 16;

(b) kull preżentazzjoni u divulgazzjoni relatati ma’ dawk obbligati li jirreġistraw;

(c) ir-riċevuta, ir-reġistrazzjoni, jekk ma ssirx b’mod elettroniku, ir-rieżami tal-kompletezza u, fejn meħtieġ, tal-legalità tal-applikazzjonijiet rilevanti, tad-dokumenti ta’ akkumpanjament, tal-informazzjoni jew tar-rapporti, kif ukoll il-verifika tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-isem u tal-isem fil-qosor, u r-riżerva ta’ dawk l-ismijiet, f’konformità mal-Artikolu 55(3);

(d) it-tweġiba għall-mistoqsijiet sottomessi permezz tal-BRIS dwar id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 33, 35 u 39;

(e) il-ħruġ ta’ ċertifikati, kopji u estratti, f’konformità mal-Artikolu 46(3);

(f) it-twettiq ta’ kontrolli ta’ kampjuni fuq l-istabbiliment ta’ kumpaniji permezz tas-Servizz Elettroniku ta’ Punt Uniku ta’ Servizz (e-YMS) u l-preżentazzjoni awtomatika fir-Reġistru li jsiru f’konformità mal-Artikolu 26(4).

Proċeduri għall-protezzjoni tad-data

Proċeduri relatati mad-drittijiet tas-suġġett tad-data rigward l-iżvelar u l-ħżin tad-data personali tiegħu

Jekk ir-Reġistru jipproċessa d-data personali, id-Dipartiment għall-Appoġġ u l-Iżvilupp tas-Sistemi tal-Informazzjoni għar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI.) u s-Servizz ta’ Punt Uniku ta’ Servizz tal-Unjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ Griegi huwa l-kontrollur tad-data, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119) u l-Liġi 4624/2019 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 137), flimkien mal-Artikolu 47 tal-Liġi 4623/2019 (il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 134), dwar id-data tas-settur pubbliku.

Informazzjoni ta’ kuntatt

Il-Ministeru għall-Iżvilupp u l-Investiment

Is-Segretarjat Ġenerali għall-Kummerċ

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ Domestiku u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Indirizzi tal-kumpanija:

Pl. Kaningos, 10181 ATENI

email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacompanylaw@mindev.gov.gr

Indirizzi tal-web utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPubblikazzjoni Elettronika mir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistrazzjoni ta’ membri tal-pubbliku għas-servizzi online tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI.)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistrazzjoni ta’ negozji fir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI.)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVerifika tal-awtentiċità taċ-ċertifikati u l-kopji maħruġa mir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI.)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLeġiżlazzjoni dwar ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI.)

L-aħħar aġġornament: 12/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ispanjol diġà ġew tradotti.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Spanja

Fi Spanja, ir-‘Registradores’ (Reġistraturi) huma responsabbli biex iżommu r-reġistri li ġejjin:

  • Reġistri tal-Artijiet u tal-Proprjetà ('Registros de la Propiedad de Bienes Inmuebles', li b’mod ġeneriku huma magħrufa bħala Reġistri tal-Artijiet (“Registros de la Propiedad”).
  • Reġistri tal-Proprjetà Mobbli ('Registros de la Propiedad de Bienes Muebles').
  • Reġistri Kummerċjali ('Registros Mercantiles').
  • Ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali ('Registro de Condiciones Generales de la Contratación')

Fit-taqsima dwar ir-Reġistri tal-Artijiet tal-portal tal-Ġustizzja Elettronika ssib spjegazzjoni dwar ir-'Registros de la Propiedad', flimkien ma’ links relatati.

Din il-paġna fiha:

  • Spjegazzjoni dwar ir-Reġistri Kummerċjali fi Spanja, flimkien ma' websajts relatati.
  • Spjegazzjoni qasira tar-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli, flimkien ma' links relatati.
  • Spjegazzjoni qasira tar-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali, flimkien ma' links relatati.

X’jipprovdi r-Reġistru Kummerċjali Spanjol?

Ċertezza legali u ekonomika.

Il-karatteristiċi prinċipali tas-sistema tar-Reġistru Kummerċjali Spanjol jinsabu hawn taħt.

1. – Skop tar-Reġistru Kummerċjali.

1.1 – Entitajiet li għandhom ikunu rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali.

  • L-imprendituri individwali
  • Il-kumpaniji kummerċjali
  • L-organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ
  • L-entitajiet ta’ kreditu u tal-assigurazzjoni u l-kumpaniji ta' garanziji reċiproċi
  • L-impriżi tal-investiment kollettiv
  • Il-gruppi ta’ interess ekonomiku
  • Il-banek għat-tfaddil tal-flus
  • Il-fondi tal-pensjonijiet
  • Il-fergħat ta’ kwalunkwe mill-entitajiet imsemmija hawn fuq
  • Il-fergħat ta’ kumpaniji barranin
  • Il-kumpaniji barranin li jittrasferixxu l-uffiċċju reġistrat tagħhom lejn it-territorju Spanjol.
  • Kwalunkwe entità li twettaq attività kummerċjali, sakemm iċ-ċifri tax-xiri li tkun għamlet jew li tkun intermedjarja fihom, jew il-kwantità ta’ bejgħ, ikunu iktar minn EUR 600 000.

1.2 – L-oqsma ta’ attività tar-Reġistru Kummerċjali.

  • Dokumenti tal-kumpaniji.- Ir-reġistrazzjoni tal-inkorporazzjoni ta' kumpaniji kummerċjali tkun l-ewwel dokument fil-kronoloġija tar-reġistru ta' kumpanija. Wara dan, ikun hemm iskrizzjonijiet li jirrigwardaw id-dokumenti u l-kuntratti relatati ma’ kull kumpanija (pereżempju żieda jew tnaqqis fil-kapital azzjonarju, bdil fil-kostituzzjoni tal-bord, il-ħatra jew it-terminazzjoni tal-inkarigu ta' amministraturi jew maniġers, proċeduri ta' insolvenza, appelli kontra deċiżjonijiet korporattivi, etc.).
  • Il-kotba tal-kontabilità.- L-intraprendituri u l-kumpaniji għandhom obbligatorjament iżommu sensiela ta' kotba tal-kontabilità u jippreżentawhom lir-Reġistru Kummerċjali lokali tagħhom biex jiġi awtentikat mir-Reġistratur Kummerċjali. Il-kontijiet iridu jiġu ppreżentati mill-inqas erba' xhur wara li tispiċċa s-sena finanzjarja tal-kumpanija. Għaldaqstant, dawk il-kumpaniji li s-sena finanzjarja tagħhom tispiċċa fil-31 ta' Diċembru għandhom jippreżentawhom sal-31 ta’ Mejju.
  • Preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-intraprendituri u ta' individwi oħrajn li huma meħtieġa jippreżentawhom.- Skont il-Pjan Ġenerali tal-Kontabilità, iż-żamma ta' kontijiet annwali hija obbligatorja. Dawn għandhom jiġu approvati mis-sħab jew mill-azzjonisti fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja tal-kumpanija u, ladarba jiġu approvati, fi żmien xahar għandhom jiġu ppreżentati għal awtentikazzjoni obbligatorja mir-Reġistru Kummerċjali lokali. Għaldaqstant, f’ċirkostanzi normali, l-impriżi li s-sena finanzjarja tagħhom tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru u li jkunu approvaw il-kontijiet tagħhom sat-30 ta’ Ġunju, għandhom jippreżentawhom sat-30 ta’ Lulju.
  • L-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-ħatra ta’ awdituri u esperti.- Kwalunkwe azzjonarju li jkollu 5% mill-kapital azzjonarju ta’ kumpanija għandu d-dritt li fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja jitlob lir-Reġistru Kummerċjali lokali biex jaħtar awditur. Fil-każ ta’ kumpaniji li s-sena finanzjarja tagħhom tispiċċa fil-31 ta' Diċembru, is-sħab jew l-azzjonisti li jkollhom mill-inqas 5% mill-kapital azzjonarju jistgħu, sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara, jitolbu li jinħatar awditur. Huma jistgħu wkoll jitolbu lir-Reġistratur Kummerċjali lokali biex jaħtar esperti fin-negozju f’każijiet meta jkun jeħtieġ li jsiru kontributi mhux finanzjarji f’każ ta’ amalgamazzjoni jew diviżjoni.

2. – Ċertezza tad-dritt fir-Reġistru Kummerċjali Spanjol.

Ir-Reġistru Kummerċjali huwa l-istrument legali prinċipali biex tiġi rreġistrata l-attività tan-negozji. Huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku, bħala mezz biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet.

L-informazzjoni tiddaħħal fir-Reġistru wara li jsiru l-verifiki: verifiki tal-legalità u l-validità tal-kontenut tad-dokumenti u tal-ftehimiet korporattivi u tal-kapaċità u l-leġittimità ta’ dawk li jkunu ffirmawhom.

B’konsegwenza ta’ dawn il-verifiki li jsiru mir-Reġistratur, dawn l-iskrizzjonijiet ikollhom stat legali sod ħafna:

  1. Il-kontenut tar-Reġistru jitqies preċiż u validu.
  2. L-istrumenti rreġistrati jistgħu jintużaw bħala prova kontra partijiet terzi b’bona fidi.
  3. Dak li jiddaħħal fir-Reġistru jiġi protett mill-qrati u jkollu effett sakemm ma jiġix iddikjarat mhux preċiż jew null permezz ta’ sentenza mogħtija minn qorti.
  4. Sentenza li tiddikjara li informazzjoni mdaħħla fir-reġistru mhix preċiża jew hija nulla ma tippreġudikax id-drittijiet miksuba legalment ta’ partijiet terzi b’bona fidi.

B’hekk, kemm il-kumpaniji kif ukoll iċ-ċittadini u d-dipartimenti tal-gvern jevitaw spejjeż għoljin tat-tranżazzjonijiet peress li jkollhom biżżejjed informazzjoni akkreditata dwar l-entitajiet li magħhom ikollhom il-ħsieb li jibdew relazzjoni kuntrattwali, u dwar is-sitwazzjoni legali u ekonomika tagħhom.

3.- Il-Proċedura tar-Reġistrazzjoni.

Il-prinċipju ġenerali huwa li huwa neċessarju li ssir ċertifikazzjoni pubblika biex l-informazzjoni tiddaħħal fir-Reġistru. Id-dokumenti jistgħu jiġu awtentikati minn nutara, mill-qrati jew mill-awtoritajiet amministrattivi. Id-dokumenti privati jistgħu jiddaħħlu biss f’każijiet speċifikament stipulati mil-liġi u skont ir-regolamenti tar-Reġistru Kummerċjali. Xi eżempji ta’ dokumenti privati li jistgħu jiddaħħlu huma: reġistrazzjoni ta' kumpaniji individwali li mhumiex involuti fl-industrija tal-bastimenti merkantili; il-ħatra, it-terminazzjoni ta’ servizz, l-aċċettazzjoni u r-riżenji minn karigi ta’ amministraturi, likwidaturi u awdituri.

Il-proċedura trid tintalab. Ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, dan ifisser li tinbeda mill-persuna li tkun talbet l-iskrizzjoni.

L-aċċess għar-Reġistru Kummerċjali huwa bla ħlas?

L-aċċess għar-Reġistru Kummerċjali fi Spanja mhux bla ħlas.

It-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTariffi tar-Reġistraturi Kummerċjali u r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali jistipulaw l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni u tal-pubblikazzjonijiet.

It-tariffi għar-reġistrazzjoni jiddependu minn fatturi varji u għandhom jiġu kkonsultati direttament fit-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTariffi tar-Reġistraturi Kummerċjali.

L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni jvarjaw minn EUR 1.20 sa EUR 24 u jistgħu jinsabu direttament fit-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTariffi tar-Reġistraturi Kummerċjali jew fil-paġna tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tar-Reġistraturi ta’ Spanja.

Kif nista’ nikkonsulta r-Reġistru Kummerċjali Spanjol?

1. – In-natura pubblika tar-reġistru.

Ir-Reġistru Kummerċjali huwa pubbliku. Ir-Reġistratur Kummerċjali għandu r-responsabbiltà li jipproċessa l-kontenut ta’ dak li jiddaħħal fir-reġistru għal skopijiet professjonali.

2. Estratt mir-Reġistru.

Deskrizzjoni.- in-natura ta' estratt mir-reġistru ("nota simple") hija biss informattiva u mhix rappreżentazzjoni awtentika tal-kontenut tal-iskrizzjoni. Din ikun fiha xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha relatati mal-iskrizzjoni kkonċernata.

Kif tikseb estratt.- Hemm żewġ metodi:

  • Bil-miktub fuq karta. Billi titlobha personalment mir-Reġistru Kummerċjali rilevanti.
  • Bl-internet. Billi tuża l-ewwel ħolqa f'qiegħ din il-paġna.

3.- Ċertifikati.

Deskrizzjoni. - Ċertifikat huwa kopja, traskrizzjoni jew trasferiment, f’forma kompluta jew f’forma ta’ taqsira, tal-kontenut tal-informazzjoni miżmuma fir-Reġistru li, ladarba tiġi pproċessata mir-Reġistratur, jirrappreżenta l-uniku mod li bih tiġi trażmessa n-natura awtentika tal-iskrizzjoni fir-Reġistru Kummerċjali. Ir-Reġistraturi jistgħu wkoll jiċċertifikaw dokumenti li jiġu depożitati jew arkivjati fir-Reġistru.

Kif tikseb ċertifikat.- Iċ-ċertifikati jinkisbu biss permezz ta’ talba bil-miktub. Tista’ titlobhom personalment, bil-posta jew bil-faks jew b’xi mezz simili.Tista' titlob ukoll Ċertifikati elettroniċi li jkun fihom il-firma elettronika rikonoxxuta tar-Reġistratur.

4. – Kif tikkonsulta r-Reġistru Kummerċjali permezz tal-Internet.

Ara l-"ĦOLOQ UTLI" f'qiegħ il-paġna. Il-proċedura hija sempliċi ħafna. Kulma għandek tagħmel huwa li ssegwi l-istruzzjonijiet fil-paġna indikata:

Il-websajt tagħtik il-possibilità li tħallas permezz ta’ karta ta' kreditu jekk ma tkunx abbonat jew ma jkollokx ċertifikat rikonoxxut mill-Assoċjazzjoni tar-Reġistraturi:

  • "ħlas b'karta ta’ kreditu". Jeħtieġ li ddaħħal id-dettalji tal-karta ta’ kreditu.
  • Imbagħad agħfas fuq "Entrar".

F'din il-paġna tkun tista’ tagħżel bejn: ir-Reġistru tal-Artijiet, ir-Reġistru Kummerċjali, ir-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli jew ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali. Agħżel: "Publicidad Mercantil" (Dokumentazzjoni Kummerċjali Pubblika).

  • Wara agħżel il-qasam li jinteressak u li trid tikkonsulta.

Kulħadd jista' jikkonsulta, fil-ħin reali, l-informazzjoni kummerċjali interattiva pprovduta mill-Assoċjazzjoni tar-Reġistraturi permezz ta’ din il-paġna web. Xi informazzjoni dwar il-kumpaniji, inkluż il-kontenut eżatt tal-kontijiet annwali rreġistrati, hija immedjatament disponibbli, 24 siegħa kuljum, 365 jum fis-sena. L-informazzjoni li tinkiseb minn dokumenti ta’ kumpanija li jkunu rreġistrati tkun aġġornata u veraċi.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti tar-Reġistru?

Id-Direttiva 2012/17/UE dwar l-interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali tintroduċi, fost l-oħrajn, l-Artikolu 3a tad-Direttiva 2009/101/KE li jikkonċerna l-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu informazzjoni aġġornata li tispjega d-dispożizzjonijiet nazzjonali li bis-saħħa tagħhom partijiet terzi jistgħu joqogħdu fuq l-indikazzjonijiet u kull tip ta' att imsemmi fl-Artikolu 2, b'konformità mal-Artikolu 3(5), (6) u (7). Fi ftit kliem, l-Istati Membri jridu jipprovdu din l-informazzjoni għall-pubblikazzjoni fuq il-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika b'konformità mar-regoli u r-rekwiżiti tekniċi tal-portal. Din l-informazzjoni tirreferi għall-mod kif għal kull ordinament ġuridiku, jistgħu jsiru talbiet biex jiġu kkonsultati d-dettalji msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva, kif ukoll għall-eżekutorjetà fil-konfront ta' partijiet terzi tal-atti rreġistrati fir-Reġistru.

Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva jiġu ppubblikati fir-Reġistru Kummerċjali Spanjol, li huwa rregolat mill-prinċipji tal-forma personali, ċertifikazzjoni pubblika, legalità, leġittimità, awtorità uffiċjali, eżekutorjetà, sekwenza tat-trasferimenti tat-titolu u pubblikazzjoni.

L-Artikolu 19 tal-Liġi 14/2013, u t-13-il Dispożizzjoni Addizzjonali, dwar is-sostenn għall-intraprendituri u l-internazzjonalizzazzjoni tagħhom, jistabbilixxu li r-Reġistru Kummerċjali għandu jinżamm f'format elettroniku, permezz ta' sistema informatika unika, kif mitlub mil-liġi.

Id-dettalji tar-Reġistru Kummerċjali jiġu ppubblikati bħala ċertifikat jew testratt informattiv.

Iċ-ċertifikat maħruġ mir-Reġistru Kummerċjali huwa l-uniku mezz ta' akkreditazzjoni inkonfutabbli tal-kontenut tal-kotba u hemm referenza għalih fl-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi Kummerċjali u l-Artikoli 12 u 77 tar-Regolament tar-Reġistru Kummerċjali.

L-Artikoli 12 u 78 tar-Regolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali jirreferu għall-estratt informattiv ta' xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha mdaħħla fir-Reġistru.

Huwa possibbli wkoll li tikkonsulta r-Reġistru onlajn, kif imsemmi fl-Artikolu 79 tal-istess Regolament.

Skont l-Artikolu 23(4) tal-Kodiċi Kummerċjali u l-Artikolu 80 tar-Regolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali, japplikaw ukoll ir-regoli tal-pubblikazzjoni li jinsabu fil-leġiżlazzjoni ipotekarja, b'mod partikolari l-Artikoli 221, 222, 222bis, 227 y 248 tal-Liġi Ipotekarja, li jipprevedu l-possibilità li l-informazzjoni tkun ippubblikata b'mezzi elettroniċi. L-Artikolu 110(1) tal-Liġi 24/2001 jittratta l-pubblikazzjoni mir-Reġistratur bl-użu tal-firma elettronika u japplika wkoll għar-Reġistri Kummerċjali, bħala parti mill-inkorporazzjoni tat-tekniki elettroniċi, informatiċi u diġitali (l-Artikoli 106 sa 115).

Skont l-Artikolu 379 tar-Regolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali, l-għan tar-Reġistru Kummerċjali Ċentrali huwa li jorganizza, jirreġistra u jippubblika, għal finijiet ta' informazzjoni biss, id-dettalji li jirċievi mir-Reġistri Kummerċjali, iżomm u jippubblika l-ismijiet ta' entitajiet u persuni ġuridiċi, jippubblika l-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġistru Kummerċjali, iżomm ir-Reġistru tal-kumpaniji u tal-entitajiet li jkunu mexxew l-indirizz irreġistrat tagħhom 'il barra minn Spanja mingħajr ma tilfu n-nazzjonalità Spanjola u jikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2157/2001. Ir-Reġistru Kummerċjali Ċentrali jista' jipprovdi estratti, b'konformità mal-Artikolu 23 tal-Kodiċi Kummerċjali u l-Artikolu 382 tar-Regolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali imma ma jistax joħroġ ċertifikati ħlief dawk relatati mal-ismijiet tal-kumpaniji rreġistrati.

Talba għall-pubblikazzjoni tista' ssir bil-posta, b'faks jew b'xi ħaġa simili.

Permezz tal-paġna web tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistraturi ta' Spanja tista' titlob l-informazzjoni permezz tal-għodda ta' tiftix (FLEI - Fichero Localizador de Entidades Inscritas).

B'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali, fir-rigward tal-eżekutorjetà, "1. L-atti li jridu jiġu rreġistrati jistgħu jkunu eżegwiti biss fil-konfront ta' persuni terzi b'bona fidi ladarba jkunu ġew ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġistru Kummerċjali. L-effetti proprji tar-reġistrazzjoni mhumiex affettwati. 2. Fir-rigward ta' operazzjonijiet realizzati fi żmien 15-il jum wara l-pubblikazzjoni, l-atti rreġistrati u ppubblikati ma jkunux eżekutorji fuq terzi li jippruvaw li ma setgħux ikunu jafu bihom. 3. F'każ ta' diskrepanza bejn il-kontenut tal-pubblikazzjoni u l-kontenut tar-reġistrazzjoni, terzi b'bona fidi jistgħu jinvokaw il-pubblikazzjoni jekk tkun favorevoli għalihom. Min ikun responsabbli għad-diskrepanza, ikun obbligat jagħti kumpens lill-persuna preġudikata. 4. Il-bona fidi tat-terza persuna hija preżunta sakemm ma jkunx ippruvat li kien jaf bl-att li kellu jiġu rreġistrat u ma ġiex, bl-att irreġistrat imma mhux ippubblikat jew bid-diskrepanza bejn il-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni."

Għal aktar informazzjoni tista' tikkonsulta:

L-istorja tar-Reġistru Kummerċjali fi Spanja

1.- Leġiżlazzjoni preċedenti.

Fi Spanja, il-leġiżlazzjoni storika ta' qabel il-leġiżlazzjoni attwali dwar ir-Reġistru Kummerċjali hija:

  • L-Ordenanzas de Bilbao tal-1737, li waqqfu reġistru tan-numri ta’ reġistrazzjoni u l-bnadar għall-vapuri.
  • Il-Código de Comercio tal-1885 (il-Kodiċi Kummerċjali).
  • Ir-Regolament Provviżorju dwar it-tfassil tar-Reġistru Kummerċjali tal-1885 u r-Regolamenti li segwew tal-1919 u tal-14 ta’ Diċembru 1956, kif emendati permezz tad-Digriet tal-21 ta’ Lulju 1973.

2. Leġiżlazzjoni attwali dwar ir-Reġistru Kummerċjali.

Regoli ġenerali li jinsabu fil-Kodiċi Kummerċjali tat-22 ta’ Awwissu 1885. Filwaqt li f’dan il-Kodiċi hemm id-dispożizzjonijiet bażiċi dwar ir-Reġistru Kummerċjali, dawn ġew emendati ħafna darbi, u l-iktar reċentement permezz tal-Liġi Nru 19/1989 tal-25 ta’ Lulju 1989.

  • Digriet Leġiżlattiv Irjali Nru 1/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 dwar il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata. Liġi Nru 3/2009 tat-3 ta’ April 2009 dwar modifiki strutturali tal-kumpaniji.
  • Leġiżlazzjoni speċifika dwar ċerti kumpaniji skont il-qasam tal-attività tagħhom (entitajiet finanzjarji, kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-qasam tal-elettriku, il-kumpaniji fil-qasam tal-leasing, eċċ.)
  • Ir-Reġolament dwar ir-Reġistru Kummerċjali tad-19 ta’ Lulju 1996. Bħalissa qed jitħejja test ġdid tar-Regolament.

3.- Organizzazzjoni.

Ir-Reġistru Kummerċjali huwa istituzzjoni pubblika li tinsab fil-kapitali tal-provinċji kollha u fi bliet oħrajn imsemmija mil-liġi, li titmexxa minn Reġistratur Kummerċjali wieħed jew iktar u taqa’ taħt l-awtorità diretta tal-Ministeru tal-Ġustizzja, b’mod speċifiku d-Direttorat Ġenerali tar-Reġistri u tan-Nutara.

Ir-Reġistratur huwa espert legali professjonist li jwettaq servizz pubbliku: għandu r-responsabbiltà li jikklassifika u jivverifika d-dokumenti kollha li għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru.

F'kull kapitali tal-provinċji fi Spanja hemm Reġistru Kummerċjali wieħed. Hemm Reġistri Kummerċjali wkoll f'Ceuta, Melilla, Ibiza, Mahón, Arrecife, Puerto del Rosario, Santa Cruz de la Palma, San Sebastián de la Gomera, Valverde u f’Santiago de Compostela. Reġistru Kummerċjali Ċentrali jittratta l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-entitajiet kummerċjali.

Il-kumpaniji jiksbu l-personalità ġuridika billi jinkitbu fir-Reġistru Kummerċjali fil-post fejn ikunu stabbilew is-sede prinċipali tagħhom, u dan ifisser li huwa obbligatorju li jinkitbu fir-Reġistru u huwa pass li jagħmel parti mill-proċess tat-twaqqif tal-kumpanija.

Ħoloq relatati

IR-REĠISTRU TAL-PROPRJETÀ MOBBLI.

1. X’inhu l-iskop tar-Reġistru Spanjol tal-Proprjetà Mobbli?

Ċertezza legali u ekonomika.

1.1.– L-iskop tar-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli.

L-iskop tar-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli huwa li tiġi rreġistrata s-sjieda u drittijiet oħrajn in rem relatati ma' proprjetà mobbli li tista' tiġi rreġistrata.

1.2.– X’tip ta’ proprjetà mobbli tista’ tiġi rreġistrata?

Proprjetà mobbli proprja: Vetturi bil-mutur, oġġetti tal-konsum, makkinarju industrijali, stabbilimenti industrijali, stokk, makkinarju agrikolu u rziezet tal-bhejjem u tipi oħrajn ta’ proprjetà mobbli previsti mil-liġi.

Xi beni u drittijiet intanġibbli li jistgħu jiġu rreġistrati: Drittijiet industrijali u intellettwali, drittijiet ta’ sfruttament ta’ films, liċenzji amministrattivi u self b'mod ġenerali.

1.3.– X’tipi ta’ drittijiet jiġu rreġistrati fir-rigward tal-proprjetà mobbli?

Sjieda, sekwestri, riserva ta’ sjieda, projbizzjoni fuq it-trasferiment ta' proprjetà, ipoteki fuq proprjetà immobbli, rahan ta’ oġġetti mingħajr ma jibdlu l-idejn u beni oħrajn li jistgħu jiġu rreġistrati jew iskritti skont il-liġi.

2.– Il-karatteristiċi tar-Reġistru Spanjol tal-Proprjetà Mobbli.

Dan huwa Reġistru tal-Istat fir-responsabilità tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Huwa Reġistru legali u mhux biss wieħed amministrattiv. Ġeneralment jaħdem fuq bażi volontarja. Madankollu hemm inċentiv biex issir ir-reġistrazzjoni minħabba l-impatt favorevoli tagħha. M’hemmx rekwiżiti formali: il-kuntratti ġeneralment jiġu rreġistrati bħala dokumenti privati u anki bħala mudelli uffiċjali. Hemm ukoll sistema ta’ approvazzjoni li permezz tagħha, qabel ir-reġistrazzjoni, ir-Reġistratur jivverifika l-leġalità tad-deskrizzjoni, tat-titolu u tal-att li jkunu qed jiġu rreġistrati.

3.- Organizzazzjoni.

Dan ir-Reġistru jinżamm b’mezzi elettroniċi u fiżiċi.

Id-Digriet Irjali 1828/1999 jaqsam ir-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli f’sitt taqsimiet:

  • Bastimenti u mezzi tal-ajru
  • Karozzi u vetturi oħrajn bil-mutur
  • Makkinarju industrijali, stabbilimenti kummerċjali u oġġetti kapitali
  • Kollateral ieħor
  • Proprjetà mobbli oħra li tista' tiġi rreġistrata
  • Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali

4.– L-aċċess għar-Reġistru Spanjol tal-Proprjetà Mobbli huwa bla ħlas?

Le. It-tariffi tiegħu huma stipulati mill-Ordinanza tal-20 ta’ Lulju 1999, fl-Artikolu 36 li fih lista tal-ammonti li għandhom jitħallsu skont il-valur ta’ dak li jkun qed jiġi rreġistrat:

  • Sa valur ta’ EUR 600: EUR 2.40
  • Valur bejn EUR 600 u EUR 6000: EUR 6
  • Valur bejn EUR 6000 u EUR 12000: EUR 10
  • Valur bejn EUR 12000 u EUR 18000: EUR 13
  • Valur ogħla minn EUR 18000: EUR 1.20 għal kull EUR 3000 jew parti minn dak l-ammont.

Is-sistema ta’ tariffi tar-Reġistru tal-Artijiet tapplika għal ipoteki fuq proprjetà immobbli u rahan mingħajr bdil ta' pussess, għalhekk jiġu applikati t-tariffi ta' dik is-sistema (jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima dwar ir-Reġistru tal-Artijiet).

Fir-rigward tal-informazzjoni f'dan ir-Reġistru, isir ħlas ta' EUR 3 għal kull nota ta' informazzjoni u EUR 6 sa EUR 24 għal kull ċertifikazzjoni.

Titħallas wkoll il-VAT applikabbli f’dak il-mument.

5.– Kif tikkonsulta r-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli permezz tal-Internet

Ara l-"ĦOLOQ UTLI" f'qiegħ il-paġna. Il-proċedura hija sempliċi ħafna. Kulma għandek tagħmel huwa li ssegwi l-istruzzjonijiet fil-paġna indikata:

Wara agħfas fuq: “Aċċess għar-Reġistru Elettroniku”. Is-sit jagħtik il-possibilità li tħallas permezz ta’ karta ta' kreditu jekk ma tkunx abbonat jew ma jkollokx ċertifikat rikonoxxut preċedentement mill-Assoċjazzjoni tar-Reġistraturi:

  • "ħlas b'karta ta’ kreditu". Jeħtieġ li ddaħħal id-dettalji tal-karta ta’ kreditu.
  • Imbagħad agħfas fuq "Entrar".

F'din il-paġna tkun tista’ tagħżel bejn: ir-Reġistru tal-Artijiet, ir-Reġistru Kummerċjali, ir-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli jew ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali. Agħżel: “Reġistru Pubbliku tal-Proprjetà Mobbli”.

  • Wara agħżel il-qasam li jinteressak u li trid tikkonsulta.

6.- Ħoloq utli.

REĠISTRU TAL-KUNDIZZJONIJIET KUNTRATTWALI ĠENERALI.

1. X’inhu l-iskop tar-Reġistru Spanjol tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali?

Dan ir-Reġistru jipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u tal-utenti li jiffirmaw kuntratt ma’ persuna fiżika jew ġuridika li tuża kundizzjonijiet kuntrattwali ġenerali. Joffri iktar sigurtà fit-tranżazzjonijiet legali privati u b’hekk anki l-mezzi meħtieġa biex jiġi evitat it-tilwim.

1.2.- L-iskop tar-Reġistru Spanjol tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali.

Ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali għandu l-għan li jikseb l-objettivi li ġejjin:

1.- Huwa d-depożitu ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali ġenerali.

Il-kundizzjonijiet kuntrattwali ġenerali huma klawżoli kuntrattwali li jkunu ġew abbozzati unilateralment minn parti waħda fil-kuntratt (klawżoli standard), li jintużaw f’għadd ta’ kuntratti. Fil-fatt huma kundizzjonijiet li ma jkunux ġew innegozjati individwalment. Mhux bilfors ikunu inġusti.

Fil-prattika, mhux il-kundizzjonijiet ġenerali kollha fil-kuntratti jiġu ddepożitati fir-Reġistru, minkejja li huwa daqshekk faċli biex jintuża. Il-kundizzjonijiet ġenerali jiġu ddepożitati fuq bażi volontarja, ħlief f’xi oqsma speċifiċi li jistgħu jiġu ddeterminati mill-Gvern.

F’dawk il-każijiet meta l-kundizzjonijiet ġenerali jiġu ddepożitati, il-parti li tiddepożitahom spiss tagħmel referenza għall-fatt li jkunu ġew depożitati f'dan ir-Reġistru meta tiffirma kuntratti oħrajn fil-futur. Għalhekk, minflok jiġu riprodotti f’kuntratti li jsiru fil-futur, issir biss referenza għall-fatt li ġew depożitati fir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali. Ħafna utenti li jkunu ffirmaw kuntratt li jkun fih kundizzjonijiet ġenerali kuntrattwali ma jkunux jafu bl-eżatt liema huma l-kundizzjonijiet li jorbtuhom, għalhekk jaf ikun vitali li l-utent ikun jaf x’kienu t-termini tal-kuntratt, għal xiex impenja ruħu, kif jista’ jinħeles minn dawn l-impenji iktar 'il quddiem u l-konsegwenzi ta’ dan.

2.- Sentenzi mogħtija mill-Qrati li jiddikjaraw li ċerti klawżoli f’dawn il-kuntratti standard huma nulli u bla effett.

Dawn ikunu sentenzi finali favur l-attur f’kawżi miftuħa minn individwi privati (kawżi individwali) jew minn organizzazzjoni tal-konsumaturi li tirrappreżenta għadd ta’ individwi privati (kawżi kollettivi).

Meta sentenza finali tiġi rreġistrata, hija taffettwa proċeduri oħrajn li jinvolvu klawżoli identiċi.

Eluf ta’ lmenti jistgħu jiġu solvuti permezz ta’ sentenza waħda li tiddikjara li ċerti klawżoli huma inġusti, u jekk sussegwentement terġa’ tintuża l-istess klawżola inġusta ma jkunx meħtieġ li jittieħdu passi legali ulterjuri, sakemm tkun involuta l-istess parti li tkun oriġinarjament stabbiliet dawn il-klawżoli. Għaldaqstant huwa importanti li dawn is-sentenzi jiġu ppubblikati f' dan ir-Reġistru.

In-natura estremament legali ta’ dan ir-Reġistru tinsilet mill-effetti tar-reġistrazzjoni fuq dikjarazzjoni legali li klawżola hija nulla u bla effett. Jekk jiġi rreġistrat li klawżola tkun inġusta, dan ikollu effetti fir-rigward ta' partijiet terzi. Ir-Reġistru jistipula li meta sentenza finali tkun ġiet irreġistrata, u jibqgħu jintużaw il-klawżoli li jkunu ġew iddikjarati nulli u bla effett b’riżultat ta’ kawża individwali jew kollettiva, ir-Reġistratur jista’ jagħmel nota dwar il-fatt li l-użu ta' dawn il-klawżoli baqa’ jippersisti u jagħmel rapport lill-Ministeru tal-Ġustizzja.

2.- Il-leġiżlazzjoni li tirregola r-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali.

Il-Liġi tal-1998 dwar il-Kundizzjonijiet Ġenerali stabbiliet ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali u fdatu lir-Reġistraturi tal-Proprjetà u Kummerċjali. Huwa jagħmel parti mir-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli.

3.- Organizzazzjoni.

Ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali huwa Taqsima waħda tar-Reġistru tal-Proprjetà Mobbli. Jista' jinkiseb aċċess għar-Reġistru bl-użu tal-ħoloq imniżżla f'qiegħ din il-paġna.

4.– L-aċċess għar-Reġistru Spanjol tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali huwa bla ħlas?

Iva.

5. – Kif tikkonsulta r-Reġistru Kummerċjali permezz tal-Internet.

Jekk jogħġbok ara l-“ĦOLOQ UTLI” iktar 'l isfel. Il-proċedura hija sempliċi ħafna. Kulma għandek tagħmel huwa li ssegwi l-istruzzjonijiet fil-paġna indikata:

  • Indirizz: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.registradores.org
  • Wara agħfas fuq: “Ikkonsulta r-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Ġenerali Kuntrattwali”
  • Wara agħżel il-qasam li jinteressak u li trid tikkonsulta.

6.- Ħoloq utli.

L-aħħar aġġornament: 26/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Franza

F’din il-paġna, se ssib informazzjoni dwar l-għażliet disponibbli għall-konsultazzjoni tar-reġistri kummerċjali fi Franza.

X’joffru r-reġistri kummerċjali fi Franza?

Ir-reġistri lokali kummerċjali u tal-kumpaniji (registres du commerce et des sociétés - RCS) huma miżmuma mir-reġistraturi (greffiers) tal-qrati kummerċjali (tribunaux de commerce) fi Franza kontinentali, mill-qrati kummerċjali mħallta (tribunaux mixtes de commerce) fid-dipartimenti u fir-reġjuni ekstra-Ewropej, u mir-reġistraturi tal-qrati kkombinati b’ġuriżdizzjoni kummerċjali (tribunaux judiciaires à compétence commerciale) fid-dipartimenti ta’ Bas-Rhin, Haut-Rhin u Moselle. Id-dikjarazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni, emenda u tneħħija magħmula mill-impriżi fir-reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji jiġu vverifikati mir-reġistraturi biex jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti u jikkorrispondu għad-dokumenti ta’ sostenn u d-dokumenti mehmuża bħala annessi. Dawn il-verifiki dwar ir-rekwiżiti sostantivi u formali jitwettqu taħt superviżjoni tal-president jew ta’ mħallef inkarigat b’dak il-kompitu li għandu ġuriżdizzjoni biex isolvi kwalunkwe tilwim bejn il-persuna taxxabbli u r-reġistratur.

Il-Kbis, li huwa estratt mir-reġistru kummerċjali u tal-kumpaniji, huwa “l-karta tal-identità” ta’ impriża u fih l-informazzjoni kollha li l-impriża għandha l-obbligu li tiddikjara. L-objettiv tal-estratt Kbis huwa li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tat-tranżazzjonijiet kummerċjali billi jipprovdi lil kwalunkwe parti interessata b’informazzjoni dwar l-istruttura legali tal-impriża, id-diretturi tagħha, l-attività tagħhom u l-post fejn titwettaq l-attività u kif topera l-impriża. Jiddikjara wkoll jekk tressqux proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza kontriha jew le. Dan id-dokument uffiċjali (acte auentique), maħruġ u ffirmat mir-reġistratur tal-qorti, jitqies li huwa awtentiku sakemm ma tiddaħħalx eċċezzjoni ta’ falsifikazzjoni.

Fil-livell nazzjonali, reġistru nazzjonali kummerċjali u tal-kumpaniji (registre national du commerce et des sociétés - RNCS) huwa miżmum mill-Istitut Nazzjonali għall-Proprjetà Industrijali (Institut National de la Propriété Industrielle - INPI). Dan ir-reġistru nazzjonali jiċċentralizza l-informazzjoni u d-dokumenti kollha li ġew ivverifikati u vvalidati mir-reġistraturi u mdaħħla fir-reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji miżmuma f’kull reġistru. L-INPI huwa responsabbli għad-disseminazzjoni u għad-disponibilità pubblika, mingħajr ħlas, tal-informazzjoni teknika, kummerċjali u finanzjarja li tinsab fl-RNCS, għall-finijiet ta’ użu ulterjuri.

Is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInfogreffe huwa l-pjattaforma ta’ disseminazzjoni għar-reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji kollha (ta’ Franza kontinentali, inkluż Alsace-Moselle, u tad-dipartimenti u r-reġjuni ekstra-Ewropej). Is-sit web Infogreffe.de jipprovdi aċċess għall-informazzjoni legali ta’ impriżi fi New Caledonia. Is-sit web Infogreffe jippermetti wkoll li diversi formalitajiet (ir-reġistrazzjoni, l-emenda, it-tneħħija u d-dikjarazzjoni tal-kontijiet annwali) isiru online. Is-servizz jingħata bil-Franċiż u bl-Ingliż.

Is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaINPI jippermetti l-aċċess, permezz tal-portal DATA INPI u bħala data miftuħa, ir-rekords tar-reġistrazzjonijiet, l-emendi u t-tneħħija u l-kontijiet annwali tal-kumpaniji.

Bullettin Uffiċjali ta’ Avviżi Ċivili u Kummerċjali (Bulletin officiel des annonces civiles et commerciales - BODACC)

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBODACC huwa l-bullettin uffiċjali għall-pubblikazzjoni tad-dokumenti rreġistrati fir-reġistru kummerċjali u tal-kumpaniji, mill-istabbiliment ta’ impriża għat-tneħħija tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-bejgħ u t-trasferimenti, il-proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza u d-dikjarazzjoni tal-kontijiet. Id-dokumenti inkwistjoni jintbagħtu lill-BODACC mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda azzjoni jew inizjattiva mill-partijiet interessati. L-avviżi fil-BODACC isiru taħt ir-responsabbiltà tar-reġistratur li jirċievi l-informazzjoni.

Il-pubblikazzjoni fil-BODACC, li tiżgura d-disseminazzjoni l-aktar wiesa’ possibbli tar-reġistrazzjonijiet fil-reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji, taqa’ fil-kompetenza tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Informazzjoni Legali u Amministrattiva (Direction de l’information légale et administrative - Dila).

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali huwa mingħajr ħlas?

Is-sit web Infogreffe jipprovdi aċċess għal ċerta informazzjoni dwar in-negozji elenkati fuqu mingħajr ħlas. L-estratti mir-reġistru kummerċjali u tal-kumpaniji u d-dokumenti annessi miegħu jistgħu jinkisbu, soġġetti għal tariffa stabbilita mill-Istat.

L-aċċess għad-data tal-RNCS tal-INPI permezz tal-portal DATA INPI huwa mingħajr ħlas. L-użu ulterjuri ta’ tali data huwa soġġett għal liċenzja.

Mill-1 ta’ Lulju 2015, il-BODACC tqassam biss b’mezzi elettroniċi. Il-kontenut tas-sit web (jiġifieri l-avviżi tal-BODACC) ilu mingħajr ħlas minn Lulju 2011.

Fl-aħħar nett, f’Ġunju 2016 ġie stabbilit portal ġdid ta’ aċċess diġitali msejjaħ « Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortail de la Publicité Légale des Entreprises» [portal pubbliku li jagħti aċċess għall-informazzjoni legali tal-kumpaniji]. Dan jippermetti lill-utenti jaċċessaw, permezz ta’ interfaċċa unika, ir-reklamar u l-informazzjoni legali ppubblikati fuq it-tliet siti web li ġejjin: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.infogreffe.fr/Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://actulegales.fr/Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.bodacc.fr/.

Kif issir tiftixa f’reġistru kummerċjali fi Franza?

Fis-sit web Infogreffe tista’ tfittex negozju:

  • bl-isem tiegħu,
  • bl-isem tad-diretturi u l-amministraturi tiegħu,
  • bil-belt jew id-dipartiment amministrattiv tad-domiċilju tiegħu jew fejn għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu jew fejn għandu l-unitajiet operatorji tiegħu,
  • bin-numru SIREN tiegħu (is-Sistema ta’ Identifikazzjoni tar-Reġistru Kummerċjali - Système d’Identification du Répertoire des Entreprises),
  • bin-numru ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru kummerċjali u tal-kumpaniji.

Fis-sit web DATA INPI tista’ tfittex impriża billi tuża n-numru SIREN tagħha, l-isem tal-kumpanija, l-isem tad-ditta, l-isem tad-direttur jew l-isem tal-muniċipalità tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża jew billi tuża kliem li jinsab fid-deskrizzjoni tal-attività tal-impriża.

Fis-sit web tal-BODACC tista’ tfittex avviż relatat ma’ impriża billi tuża n-numru SIREN tagħha jew l-isem tal-kumpanija tagħha.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegistre de Commerce européen (Reġistru Kummerċjali Ewropew)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInfogreffe

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaINPI

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCNGTC

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBODACC

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPPLE

L-aħħar aġġornament: 22/02/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - il-Kroazja

Fir-Repubblika tal-Kroazja r-reġistru tal-qorti huwa mmaniġġjat mill-qrati kummerċjali (trgovački sudovi).

Ir-reġistru tal-qorti (Sudski registar)

Ir-reġistru tal-qorti huwa reġistru pubbliku li fih dejta u dokumenti dwar entitajiet li skont il-liġi għandhom jiġu mdaħħla. Kull qorti li twettaq ir-reġistrazzjoni hija responsabbli għall-awtentiċità tal-entrati tagħha fir-reġistru. Fir-reġistru jiddaħħal dan li ġej: kumpaniji kummerċjali pubbliċi, soċjetajiet limitati , gruppi b'interess ekonomiku, kumpaniji b'ishma konġunti, kumpaniji b'responsabbiltà limitata , negozjanti waħedhom , Kumpaniji Ewropej (SEs), Gruppi Ewropej b'Interess Ekonomiku (EEIGs), Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs), istituzzjonijiet, komunitajiet ta' istituzzjonijiet, kooperattivi, unjonijiet ta' kooperattivi, unjonijiet tal-kreditu, kumpaniji b'responsabbiltà limitata (j.d.o.o.) u persuni oħra li skont il-liġi jridu jiġu reġistrati. Is-sussidjarji jiddaħħlu fir-reġistru jekk dan ikun mitlub mil-liġi.

Ir-reġistru ma fihx dejta dwar artiġġani jew assoċjazzjonijiet.

Kulħadd, mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti prova ta' xi interess leġittimu, huwa intitolat li jeżamina l-informazzjoni mdaħħla fir-reġistru ġenerali, id-dokumenti li fuqhom tkun ibbażata entrata u d-dokumenti u l-informazzjoni l-oħrajn maħżuna fil-ġabra ta' dokumenti (ħlief għal dokumenti li l-liġi tgħid li mhumiex soġġetti għall-prinċipju tad-dominju pubbliku). Kulħadd jista' jitlob ukoll estratt, kopja ċertifikata jew traskrizzjoni ta' dokumenti u dejta maħżuna fil-ġabra ta' dokumenti.

Reġistru

Informazzjoni dwar id-dħul fir-reġistru u l-pubblikazzjoni ta' dejta dwar entitajiet reġistrati

Il-biċċiet ewlenin ta' leġiżlazzjoni li jirregolaw it-twaqqif ta' entitajiet soġġetti għal reġistrazzjoni u d-dħul tagħhom fir-reġistru huma: l-Att dwar ir-Reġistru tal-Qorti (Zakon o sudskom registru) (minn issa 'l quddiem "ZSR"), l-Att dwar il-Kumpaniji Kummerċjanti (Zakon o trgovačkim društvima) (minn issa 'l quddiem "ZTD") u r-Regoli dwar il-metodu li bih issir entrata fir-reġistru tal-qorti (Pravilnik o načinu upisa u sudski registar). Id-dejta stipulata mil-liġi, u kull bidla lil tali dejta, tiddaħħal fir-reġistru abbażi ta' dawn il-liġijiet.

Id-dejta dwar entitajiet reġistrati hija aċċessibbli 24 siegħa kuljum u tista' tiġi kkonsultata mingħajr ħlas fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tar-reġistru tal-qorti.

It-tnedija tal-proċedura ta' reġistrazzjoni

Il-proċedura li biha ssir entrata fir-reġistru titnieda permezz ta' applikazzjoni bil-miktub għad-dejta li għandha tiddaħħal, jew għad-dejta li trid tiġi emendata, li tiġi konsenjata f'forma kartaċja jew elettronikament lill-qorti tar-reġistrazzjoni. Applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lil qorti fi żmien 15-il jum mid-data li fuqhom jintlaħqu l-kundizzjonijiet għad-dħul, ħlief meta l-liġi tipprevedi mod ieħor. Qorti tista' tniedi l-proċedura ex officio meta dan ikun previst mil-liġi.

In-nutara jistgħu jikkomunikaw elettronikament mal-qorti li tkun qed twettaq ir-reġistrazzjoni, skont is-setgħat tagħhom u d-dispożizzjonijiet taz-ZSR.

Hemm proċedura simplifikata għar-reġistrazzjoni ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata sempliċi (j.d.o.o.) (kumpanija b'mhux iktar minn tliet membri, bord maniġerjali ta' persuna waħda u kapital azzjonarju ta' mill-inqas HRK 10.00). Sabiex jiġu stabbiliti b'dan il-mod, tali kumpaniji jridu jużaw il-formoli mfassla minn nutar.

Il-persuni li ġejjin huma awtorizzati jissotomettu applikazzjonijiet għad-dħul fir-reġistru:

  • Nutara (li huma awtorizzati jissottomettu applikazzjonijiet elettronikament u li joħorġu estratti, kopji u traskrizzjonijiet skont l-Artikolu 4(2) ZSR).
  • Persuni li huma awtorizzati skont il-liġi li jipproponu entrati fir-reġistru (personalment jew permezz ta' rappreżentant awtorizzat).
  • Persuni li jittrattaw ma' kwistjonijiet tal-uffiċċji HITRO.HR (li huma awtorizzati jissottomettu applikazzjonijiet għall-istabbiliment ta' kumpaniji kummerċjanti permezz tas-sistema e-Tvrtka, b'konformità mas-setgħat stabbiliti f'regolamenti separati).

Effett ta' entrata

Entrata jkollha effett legali għall-entità reġistrata fil-jum wara l-entrata fir-reġistru (ħlief meta l-liġi tipprevedi mod ieħor) u jkollha effett legali għal partijiet terzi fil-jum li fih tkun ippubblikata.

Ħadd ma jista' jgħid li ma jafx informazzjoni mdaħħla fil-ktieb ġenerali tar-reġistru li tkun ġiet ippubblikata fil-manjiera stipulata miz-ZSR.

Kull persuna tista' tiċċita entrata fir-reġistru rigward dejta legalment stabbilita u fatti li jiddaħħlu fir-reġistru f'konformità mal-liġi, ħlief għal persuna li jintwera li kienet taf li d-dejta relevanti fl-entrata fir-reġistru ma kinitx tikkorrispondi għar-realtà. L-azzjonijiet meħuda minn parti terza qabel is-sittax-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' entrata fir-reġistru ma tistax tiġi opposta abbażi tad-dejta reġistrata jew id-dokumenti msemmija fil-pubblikazzjoni, jekk il-parti terza tista' tagħti prova li hi ma setgħetx tkun taf dwarhom.

Persuna b'bona fede ma tistax issofri dannu talli tkun qagħdet fuq entrata fir-reġistru rigward dejta u fatti legalment stabbiliti.

Reati u mġiba ħażina u l-pieni imposti mill-qrati li jwettqu r-reġistrazzjoni

Ir-reati, imġiba ħażina u l-pieni imposti mill-qrati li jwettqu r-reġistrazzjoni huma stipulati fl-Artikoli 624 sa 632 ZTD, u t-tnedija ta' proċedura tat-twissija u l-penalizzazzjoni ta' persuni li kellhom id-dmir li jwettqu obbligi legali rigward is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għad-dħul fir-reġistru hija regolata mill-Artikoli 81 u 81a ZSR.

L-aħħar aġġornament: 06/09/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Italja

Din it-taqsima fiha tagħrif ġenerali dwar ir-reġistru tal-impriżi fl-Italja.

Liema tagħrif jinsab fir-reġistru tal-impriżi Taljan?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Impriżi Taljan jinżamm mill-Kmamar tal-Kummerċ, bl-appoġġ ta' Unioncamere, taħt is-sorveljanza tal-imħallef tar-Reġistru u tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku. L-infrastruttura telematika nbniet u tinżamm minn InfoCamere, kumpanija konsorzjali tal-Kmamar tal-Kummerċ.

Ir-Registru jagħti tagħrif dettaljat relatat mal-impriżi, fosthom:

  • l-isem sħiħ tal-kumpanija
  • is-sede legali
  • in-numru tal-VAT
  • l-attività u l-forma ġuridika
  • l-organi amministrattivi
  • il-kapital investit
  • ir-rappreżentanti legali
  • il-kapaċitajiet rappreżentattivi
  • il-fergħat

Ir-reġistru barra minn hekk jagħti l-possibiltà li jiġu konsultati dokumenti pubbliċi tal-kumpanija, fosthom:

  • rendikonti finanzjarji kompluti
  • strumenti ta' inkorporazzjoni
  • listi tal-azzjonisti

Ir-Reġistru tal-Impriżi Taljan joffri żewġ tipi ta' divulgazzjoni:

  1. divulgazzjoni ġuridika
  • għall-fini tal-garanzija tal-eżistenza tal-kumpanija
  • biex l-informazzjoni tkun tista' tiġi fdata f'atti ma' partijiet terzi (l-Artikolu 2193 tal-Kodiċi Ċivili)
  1. divulgazzjoni ekonomika
  • għall-finijiet statistiċi u ekonomiċi

Il-konsultazzjoni tar-reġistru tal-impriżi hija mingħajr ħlas?

Huwa possibbli li wieħed jaċċessa r-Reġistru mingħajr ħlas biex jikseb xi informazzjoni (pereżempju l-isem u l-indirizz ta' kumpanija). Madankollu, l-aċċess sħiħ għall-informazzjoni fir-Reġistru jista' jsir biss fuq talba u bi ħlas.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti li jinsabu fir-reġistru?

Ir-Reġistru tal-Impriżi jinżamm, fl-Italja, minn uffiċċji apposta tal-kmamar tal-kummerċ, l-industrija, l-artiġjanat u l-agrikoltura. Dawn l-uffiċċji huma magħrufa bħala uffiċċji tar-Reġistru tal-Impriżi u jaġixxu taħt il-viġilanza - tat-tip ġuriżdizzjonali - ta' mħallef delegat mit-tribunal li għandu kompetenza fit-territorju (viġilanza fuq ir-regolarità formali tal-iskrizzjoni unika), kif ukoll taħt is-sorveljanza amministrattiva tal-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku.

Ir-Reġistru tal-Impriżi jaf l-organizzazzjoni tiegħu attwali fl-Italja lil riforma tal-1993 (l-Artikolu 8 tal-Liġi nru 580 tal-1993) li ġiet attwata b'regolament tal-1995 (digriet tal-President tar-Repubblika nru 581 tal-1995).

B'din ir-riforma, ir-Reġistru tal-Impriżi, li sa dak iż-żmien kien jinżamm purament f'forma kartaċja mill-kanċelleriji kummerċjali tat-tribunali, ġie trasferit għall-kmamar tal-kummerċ, l-industrija, l-artiġjanat u l-agrikoltura, sabiex iżommuh b'mod kompletament kompjuterizzat, b'disponibbiltà sħiħa u immedjata tat-tagħrif u tal-atti preżenti fir-reġistru fit-territorju nazzjonali kollu kemm hu.

Dawn id-dispożizzjonijiet ġew suċċessivament integrati fl-Artikolu 31 tal-Liġi Nru 340 tal-2000, li għamlet obbligatorju għal kważi kull tip ta' impriża (b'mod partikolari għal kull kumpanija) l-użu tal-firma diġitali u tal-għodod tal-informatika u tat-telekomunikazzjoni għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, u tad-dokumenti li jakkumpanjawhom, għar-Reġistru tal-Impriżi.

Wara żviluppi fir-regolamenti (l-Artikolu 9 tad-digriet-liġi nru. 7 tal-2007) illum kull tip ta' impriża, inklużi dawk individwali, ikollhom laqgħat mar-Reġistru tal-Impriżi, għall-finijiet tal-iżvolġiment tar-rekwiżiti tar-rapportar, permezz tal-użu tal-firma diġitali kif ukoll il-mezzi ta' telekomunikazzjoni xierqa.

Qabel ma jkomplu bl-iskrizzjoni, l-uffiċċju tar-Reġistru tal-Impriżi jivverifika (l-Artikolu 11(6), tad-digriet iċċitat tal-President tar-Repubblika Nru 581 tal-1995):

a) l-awtentiċità tal-applikazzjoni;

b) li l-formola ta' applikazzjoni tkun imtliet tajjeb;

c) li l-att jew il-fatt li jkun qed jiġi mitlub li jkun reġistrat jikkorrespondi għal dak li titlob il-liġi;

d) li d-dokumenti li l-liġi titlob li jkunu ppreżentati jkunu mehmuża;

e) li l-kundizzjonijiet l-oħra li titlob il-liġi għar-reġistrazzjoni jkunu ssodisfati.

Ta' min jinnota wkoll li kważi kull att marbut mar-reġistrazzjoni ta' kumpaniji fir-Reġistru tal-Impriżi jitħejjew bl-intervent ta' nutar: l-Artikolu 11(4) tad-digriet iċċitat tal-President tar-Repubblika Nru 581 tal-1995 jgħid, infatti: "L-att li għandu jiġi rreġistrat jiġi ddepożitat fil-kopja oriġinali, bis-sottoskrittura awtentikata, jekk dan ikun jittratta skrittura privata li ma tkunx ġiet depożitata għand nutar. Fil-każijiet l-oħra tiġi depożitata l-kopja awtentika. L-estratt jiġi depożitat fil-forma awtentika skont it-tifsira tal-Artikolu 2718 tal-Kodiċi Ċivili."

Skont it-tifsira tal-Artikolu 2193 tal-Kodiċi Ċivili:

  1. L-informazzjoni li l-liġi tgħid li għandha tiġi rreġistrata, jekk ma tiġix reġistrata, ma tistax tintuża fil-konfront ta' partijiet terzi minn min huwa obbligat li jitlob li tiġi rreġistrata, sakemm dan ma jurix li l-partijiet terzi kellhom għarfien tagħha.
  2. Il-partijiet terzi ma jistgħux jgħidu li mhumiex mgħarrfa b'informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata ladarba din tiġi rreġistrata.
  3. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet partikolari tal-liġi.

L-istorja tar-reġistru tal-impriżi

Ir-Reġistru tal-Impriżi Taljan ġie mwaqqaf fl-1993.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali Ewropew

L-aħħar aġġornament: 18/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Ċipru

Din it-taqsima tal-paġna tippreżenta test ta' introduzzjoni dwar ir-Reġistru tal-Kumpaniji ta' Ċipru.

It-Taqsima dwar il-Kumpaniji titratta r-reġistrazzjoni, is-segwitu, il-verifika u t-tħassir tal-kumpaniji domestiċi, il-kumpaniji barranin, l-isħubiji, l-ismijiet tan-negozji u taqa' wkoll taħt id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali (DRCOR) tal-Ministeru tal-Enerġija, il-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu.

Is-servizzi disponibbli fuq l-internet huma:

  • Id-Dokumenti u l- Applikazzjonijiet huma aċċessibbli għat-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTaqsima tal-Kumpaniji.
  • Iċ-ċittadini jistgħu isiru jafu aktar (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTariffi) għal kull dokument u formola ta' applikazzjoni sottomessa.
  • Hemm l-I (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstatistika) dwar it-Taqsima tal-Kumpaniji.

X'joffri r-Reġistru tal-Kumpaniji?

Kulħadd jista' jsir jaf onlajn jekk organizzazzjoni partikolari tinsabx fir-Reġistru tal-Kumpaniji jew le u x'inhu l-istatus tagħha (attwalment reġistrata jew imħassra). Tista' ssir tiftixa onlajn tad-dejta tal-kumpaniji kollha u verifika tad-dokumenti fil-fajls elettroniċi tal-kumpaniji.

Id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali huwa responsabbli għaż-żamma tar-reġistru tal-kumpaniji.

L-aċċess għar-reġistru tal-kumpaniji huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess onlajn għar-reġistru huwa mingħajr ħlas fir-rigward tal-informazzjoni bażika dwar il-kumpanija.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti tar-reġistru?

L-affidabilità tad-dokumenti fir-reġistru hija assigurata fil-Kapitolu 113 tal-Liġi dwar il-Kumpaniji, li jassigura l-validità tal-informazzjoni mogħtija lil partijiet terzi abbażi tal-Artikolu 3(a) tad-Direttiva Ewropea 2009/101/KE, permezz tal-Artikoli tal-Liġi li ġejjin:

L-Artikolu 365

L-ispezzjoni, il-produzzjoni u l-prova tad-dokumenti miżmuma mir-reġistratur.

L-Artikolu 365A

Avviż mir-Reġistratur dwar iż-żamma tar-rekords - Prevalenza tad-dettalji fir-reġistru jew ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika.

L-Artikolu 365B(7)

Ir-Reġistratur tal-Kumpaniji jassigura illi l-istrumenti u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 huma disponibbli permezz tas-sistema elettronika intra-UE ta' interkonnessjoni tar-reġistri f'format ta' messaġġ standard u huma aċċessibbli elettronikament, b'konformità mar-rekwiżiti minimi ta' sigurtà għat-trażmissjoni tad-dejta.

L-Artikolu 366

L-eżekuzzjoni tal-obbligu tal-kumpanija li ddaħħal ritorni lir-reġistratur, inkluż ir-Rapport Annwali u d-Dikjarazzjoni Finanzjarja għal kull sena. (l-Artikoli 118 - 121)

Kif tista' twettaq tiftixa fir-Reġistru?

Tista' tfittex bl-isem u/jew bin-numru tal-kumpanija. Fil-paġna tat-tiftix issib iktar informazzjoni dwar kif għandek tagħmel tiftixa.

L-isfond tar-Reġistru

Ir-reġistru onlajn tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali jinkludi l-organizzazzjonijiet kollha reġistrati mill-1923 sal-ġurnata tal-lum, inkluż il-kumpaniji barranin, l-isħubiji u l-ismijiet tan-negozji.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartiment tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali (Τμήμα Εφόρου Εταιρειών και Επίσημου Παραλήπτη)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu (Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού)

L-aħħar aġġornament: 19/07/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Latvja

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni ġenerali dwar ir-reġistru kummerċjali tal-Latvja.

X’joffri r-reġistru kummerċjali tal-Latvja?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja (Latvijas Republikas Uzņēmumu reģistrs) hu korp pubbliku Latvjan li jirreġistra negozji (kumpaniji), kummerċjanti, il-fergħat u l-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom u tibdiliet fl-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħhom, u jwettaq attivitajiet oħra previsti fil-leġiżlazzjoni. Ir-Reġistru tal-Intrapriżi jirreġistra wkoll media tal-massa, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet, rahan kummerċjali, interessi kontrollanti, ftehimiet dwar il-proprjetà matrimonjali, ftehimiet ta’ sħubija pubblika-privata, partiti politiċi, tribunali tal-arbitraġġ, trade unions, organizzazzjonijiet reliġjużi u istituzzjonijiet reliġjużi, u proċedimenti ta’ insolvenza.

Jeħtieġ li tħallas biex tikkonsulta r-reġistru kummerċjali?

Iva, fil-Latvja ma jeżisti l-ebda reġistru kummerċjali online mingħajr ħlas.

Madankollu, bl-użu tal-funzjonijiet tat-tfittxija disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tar-Reġistru tal-Intrapriżi, tista’ tinkiseb mingħajr ħlas l-informazzjoni bażika li ġejja dwar l-entitajiet legali mdaħħla fir-reġistri miżmuma mir-Reġistru tal-Intrapriżi:

  • it-tip ta’ entità legali;
  • l-uffiċċju reġistrat;
  • l-isem jew l-isem kummerċjali ġdid jew attwali u l-isem jew l-isem storiku jew l-isem kummerċjali rreġistrat qabel;
  • in-numru ta’ reġistrazzjoni;
  • Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-benefiċjarju taż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (jekk allokat);
  • id-data tar-reġistrazzjoni;
  • id-data tat-tħassir tal-entità legali mir-reġistru (jew id-data tar-riorganizzazzjoni jekk ir-raġuni għat-tħassir tkun riorganizzazzjoni);
  • l-iskadenza għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet reliġjużi li jerġgħu jirreġistraw;
  • u jistgħu jsiru verifiki fuq uffiċjali intitolati jirrappreżentaw entità legali partikolari.

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tal-Latvja jippermetti li l-informazzjoni li ġejja dwar l-entitajiet legali reġistrati kollha tinkiseb mingħajr ħlas bħala data miftuħa:

  • in-numru ta’ reġistrazzjoni;
  • l-isem jew l-isem kummerċjali tal-entità;
  • it-tip ta’ entità legali;
  • f’liema reġistru tinsab irreġistrata l-entità;
  • id-data tar-reġistrazzjoni;
  • informazzjoni rigward it-tħassir tal-entità legali mir-reġistru jew ir-riorganizzazzjoni tagħha;
  • id-data tat-tħassir tal-entità legali mir-reġistru (jew id-data tar-riorganizzazzjoni jekk ir-raġuni għat-tħassir tkun riorganizzazzjoni);
  • l-uffiċċju reġistrat;
  • il-qasam ta’ attività tal-assoċjazzjonijiet, tal-fondazzjonijiet, u tat-trade unions.

Din l-informazzjoni tingħata f’formati tad-data .csv, .txt jew .xlsx u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-aċċess għaliha huwa hawn. L-utent jista’ jagħżel il-format tad-data f’konformità mal-użu intenzjonat tagħha. Id-data tiġi aġġornata kuljum.

L-entrati kollha fir-reġistru kummerċjali jiġu ppubblikati elettronikament fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagazzetta uffiċjali Latvijas Vēstnesis. L-istess proċedura tapplika għall-pubblikazzjoni ta’ dokumenti ppreżentati separatament.

Kif titlob informazzjoni mir-reġistru kummerċjali tal-Latvja

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi jista’ jipprovdi informazzjoni dwar l-entitajiet legali kollha rreġistrati u dwar l-atti legali.

L-informazzjoni tista’ tinkiseb mir-Reġistru tal-Intrapriżi tal-Latvja mingħajr ħlas, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamis-sit web ta’ informazzjoni tar-Reġistru, fejn hija disponibbli d-data kurrenti kollha mingħajr il-ħtieġa ta’ awtentikazzjoni, filwaqt li d-dokumenti reġistrati, id-dokumenti mehmużin mal-fajls tar-reġistrazzjoni u r-rekords storiċi kollha jistgħu jiġu aċċessati wara l-awtentikazzjoni b’karta ta’ e-identifikazzjoni nazzjonali tal-Latvja, b’firma elettronika, b’apparati ta’ identifikazzjoni tal-banek jew b’servizzi ta’ awtentikazzjoni tal-EIDAS (għaċ-ċittadini tal-UE).

Meta jkun hemm bżonn li tinkiseb dikjarazzjoni mir-Reġistru tal-Intrapriżi dwar entità legali reġistrata, fatt legali (kuntratt) jew persuna fiżika, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola għat-talba ta’ informazzjoni jew applikazzjoni tiġi ppreżentata personalment, bil-posta, jew fuq l-indirizz tal-posta elettronika uffiċjali tar-Reġistru Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapasts@ur.gov.lv bħala dokument elettroniku b’firma elettronika u bi kronogramma diġitali siguri. It-talba trid tagħti dettalji tal-pagament magħmul lir-Reġistru tal-Intrapriżi (dokument li jiċċertifika li jkun sar il-pagament, kopja ta’ tali dokument, jew verżjoni stampata tat-tranżazzjoni elettronika bl-internet). Meta titlob informazzjoni, jekk jogħġbok indika l-mezz li tippreferi biex tirċeviha (bil-posta jew bil-posta elettronika).

Ir-Reġistru joħroġ dokumenti mingħand entitajiet legali (kumpaniji privati b’responsabbiltà limitata (SIA), assoċjazzjonijiet, partiti politiċi, eċċ.) jew minn fajls ta’ reġistrazzjoni jew ta’ rekord ta’ fatt legali (rahan kummerċjali jew kuntratt). Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDokumenti mill-parti pubblika tal-fajl ta’ reġistrazzjoni (skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 415 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja jistgħu jinkisbu online fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web ta’ informazzjoni tar-Reġistru tal-Intrapriżi mingħajr ċertifikat ta’ awtentiċità, mingħajr ħlas u immedjatament, jekk ikunu mehmużin mal-fajl jew skennjati fih.

Biex tinkiseb kopja tad-dokument b’ċertifikat ta’ awtentiċità, trid tiġi sottomessa formola mimlija għat-talba ta’ informazzjoni jew trid issir sottomissjoni mingħajr format partikolari. Il-ħruġ ta’ kopji ta’ dokumenti b’ċertifikat ta’ awtentiċità hu servizz soġġett għall-ħlas ta’ tariffa. Dan is-servizz jista’ jiġi pprovdut bil-posta jew bil-posta elettronika.

Biex tikseb dokumenti mhux imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 415 tal-Liġi dwar ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja, minbarra dawn ta’ hawn fuq, it-talba bil-miktub trid tiddikjara r-raġuni għat-talba u l-iskop tal-użu tal-informazzjoni.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista tat-tariffi tinstab fuq l-internet.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti li hemm fir-reġistru?

Mill-1 ta’ Awwissu 2021, l-entrati kollha fir-reġistru kummerċjali u d-dokumenti kollha mehmużin mal-fajl ta’ reġistrazzjoni li jinsabu fir-reġistru kummerċjali u, f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 415 tal-Liġi dwar ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja, fil-parti pubblika tal-fajl ta’ reġistrazzjoni jiġu ppubblikati elettronikament mingħajr ħlas fuq is- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-informazzjoni tar-Reġistru tal-Intrapriżi, u b’hekk tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku online mill-ewwel. L-entrati kollha magħmula fir-reġistru kummerċjali qabel il-31 ta’ Lulju 2021 u kwalunkwe informazzjoni dwar dokumenti speċifiċi ġew ippubblikati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagazzetta uffiċjali Latvijas Vēstnesis.

L-entrati jitqiesu li ġew ippubblikati fil-jum (jiġifieri wara nofsillejl) wara li jsiru fih, u d-dokumenti jitqiesu li ġew ippubblikati fil-jum (jiġifieri wara nofsillejl) li jaħbat l-għada tal-jum li fih jithemżu mal-fajl ta’ reġistrazzjoni. L-entrati fir-reġistru kummerċjali jsiru vinkolanti fuq partijiet terzi biss wara l-pubblikazzjoni tagħhom, sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx magħrufa mill-parti terza qabel il-pubblikazzjoni. Min-naħa l-oħra, jekk parti terza tista’ turi li ma kinitx konxja u ma setgħetx tkun konxja dwar l-informazzjoni ppubblikata, dik l-informazzjoni ma tistax tkun invokata fir-rigward ta’ passi legali meħuda fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

Jekk l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali tiġi rreġistrata jew ippubblikata b’mod żbaljat, parti terza tista’ tinvoka l-informazzjoni ppubblikata fir-rigward tal-parti li fl-interessi tagħha tkun ġiet ippubblikata l-informazzjoni, iżda mhux jekk il-parti terza kienet konxja li l-informazzjoni ppubblikata fir-reġistru kummerċjali ma kinitx tikkorrispondi għas-sitwazzjoni legali attwali. Għal informazzjoni aktar dettaljata, jekk jogħġbok ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikoli 11 u 12 tal-Liġi Kummerċjali.

Kif tikkuntattja r-reġistru kummerċjali tal-Latvja

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Register of Enterprises of the Republic of Latvia
Pērses iela 2
Riga
Latvia
LV 1011

Numru tat-telefown għall-informazzjoni: 67031703 (Jekk jogħġbok kun af li ma jingħatawx pariri legali)

Indirizz tal-posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapasts@ur.gov.lv

Il-viżitaturi għandhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-kap tal-istituzzjoni, bil-kundizzjoni li jispeċifikaw il-mistoqsija jew il-problema li trid tiġi indirizzata, il-ħin li fih jixtiequ jżuru, u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom.

L-istorja tar-reġistru kummerċjali tal-Latvja

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja twaqqaf fl-1 ta’ Diċembru 1990.

Links

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali Ewropew (aċċess ipprovdut minn Lursoft)

L-aħħar aġġornament: 20/09/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Litwanja

Hu possibbli li tfittex skont il-kodiċi, l-isem jew parti mill-isem tal-persuna ġuridika.

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi.

L-istorja tal-istabbiliment tar-reġistru nazzjonali

Meta ġie stabbilit?

Ir-reġistru tal-persuni ġuridiċi, li ħa post ir-reġistru preċedenti tal-impriżi u s-sistemi ta’ reġistrazzjoni separati għall-organizzazzjonijiet pubbliċi u għal korpi oħra, beda jopera fl-1 ta’ Jannar 2004.

Ir-reġistrazzjoni ta’ persuni ġuridiċi fil-Litwanja bdiet f’Ottubru 1990 mas-servizzi tar-reġistri muniċipali, filwaqt li l-organizzazzjonijiet pubbliċi kienu jiġu rreġistrati ma’ ministeri separati u ma’ istituzzjonijiet oħra.

Meta ġie ddiġitalizzat?

Id-diġitalizzazzjoni tar-reġistru tal-persuni ġuridiċi bdiet fl-1990. Illum, ir-reġistru hu kompletament diġitalizzat.

X’inhi l-leġiżlazzjoni applikabbli bħalissa?

Il-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, il-Liġi dwar ir-reġistru tal-persuni ġuridiċi, u l-liġijiet li jirregolaw l-attivitajiet tal-forom legali speċifiċi tal-persuni ġuridiċi, eż. il-Liġi dwar il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata, ir-regolamenti tar-reġistru tal-persuni ġuridiċi.

Japplikaw ukoll liġijiet oħra relatati mal-attivitajiet ta’ persuni ġuridiċi, bħal-Liġi dwar l-insolvenza tal-persuni ġuridiċi, eċċ.

X’informazzjoni joffri r-reġistru kummerċjali?

Min għandu aċċess għar-reġistru?

Id-data fir-reġistru tal-persuni ġuridiċi, id-dokumenti maħżuna fir-reġistru u kull informazzjoni oħra sottomessa lir-reġistru huma pubbliċi. Kwalunkwe persuna li tissottometti talba, filwaqt li tindika għal liema skop u skont liema bażi legali se tintuża d-data, għandha d-dritt li tikseb id-data mir-reġistru tal-persuni ġuridiċi u kopji tad-dokumenti maħżuna hemm.

X’informazzjoni fih ir-reġistru?

X’tipi ta’ data huma maħżuna? (Liema entitajiet jiddaħħlu fir-reġistru pubbliku? Informazzjoni dwar insolvenza, rapporti finanzjarji ...)

Il-kodiċi tal-persuna ġuridika; l-isem tagħha; l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat; il-korpi tal-persuna ġuridika: data dwar il-membri tal-korpi maniġerjali tal-persuna ġuridika, il-likwidaturi jew l-amministraturi tal-insolvenza tagħha; data dwar il-persuni intitolati jidħlu fi tranżazzjonijiet f’isem il-persuna ġuridika; ir-regola li tippermetti lill-persuni jaġixxu f’isem il-persuna ġuridika; ir-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-persuna ġuridika; id-dati tal-bidu u tat-tmiem tas-sena finanzjarja; il-perjodu ta’ żmien tal-attivitajiet, jekk dan il-perjodu jkun limitat; l-istatus legali tal-persuna ġuridika (f’falliment, f’likwidazzjoni, fil-proċess ta’ ristrutturar jew ta’ riorganizzazzjoni); informazzjoni li l-persuna ġuridika twettaq l-attività ta’ fornitur ta’ trust jew ta’ kumpanija u servizzi ta’ amministrazzjoni, operatur ta’ skambju ta’ muniti virtwali, jew operatur ta’ kartiera tal-muniti virtwali tad-depożiti; meta kumpanija pubblika jew privata b’responsabbiltà limitata jkollha azzjonist wieħed: data dwar l-azzjonist tal-kumpanija, id-data tal-akkwiżizzjoni tal-ishma kollha, id-data tat-trasferiment tal-ishma kollha tal-kumpanija jew ta’ parti minnhom lil persuni oħra; data dwar il-membri tal-korpi superviżorji; data dwar il-fundatur ta’ fergħa jew l-uffiċċju rappreżentattiv tal-persuna ġuridika; it-titoli tar-rapporti finanzjarji annwali jew, fil-każijiet stipulati bil-liġi, it-titoli tar-rapporti finanzjarji konsolidati annwali, u d-dati li fihom ġew iffirmati u sottomessi lir-reġistru ta’ persuni ġuridiċi, eċċ.

Liema dokumenti qed jiġu arkivjati/jinħażnu (fajls, kotba ta’ dokumenti, statuti, minuti tal-laqgħat ġenerali ...)?

Talbiet għar-reġistrazzjoni ta’ data; minuti u deċiżjonijiet tal-laqgħat tal-parteċipanti; minuti u deċiżjonijiet tal-laqgħat tal-korpi maniġerjali kolleġġjali; statuti/regolamenti; strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fergħat u tal-uffiċċji rappreżentattivi ta’ persuni ġuridiċi barranin; settijiet ta’ rapporti finanzjarji annwali jew, fil-każijiet stabbiliti mil-liġi, settijiet ta’ rapporti finanzjarji konsolidati annwali; rapporti ta’ valutazzjoni tal-assi, eċċ.

Kif nista’ nagħmel tfittxija (u x’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli)?

Personalment

Tfittxija tista’ ssir personalment.

Fuq is-sit web tar-reġistru

Tfittxija tista’ ssir fuq is-sit web tar-reġistru.

X’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli?

Hu possibbli li tfittex skont il-kodiċi, l-isem jew parti mill-isem tal-persuna ġuridika.

Kif nista’ nikseb id-dokumenti?

Mingħajr ħlas?

Id-dokumenti ma jistgħux jinkisbu mingħajr ħlas.

Bi ħlas?

Tintalab tariffa fl-ammont stabbilit mill-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja biex jinkisbu data, informazzjoni u kopji tad-dokumenti mir-reġistru.

Kif nista’ nikseb silta mir-reġistru, kopja attestata jew traskrizzjoni tad-dokumenti?

Silta ċċertifikata mir-reġistru tal-persuni ġuridiċi tista’ tiġi ordnata online mis-sistema ta’ awtoservizz, bil-posta elettronika, bil-posta jew permezz ta' żjara ta' dipartiment tas-servizz għall-klijenti.

Kopja attestata ta’ dokument mir-reġistru tal-persuni ġuridiċi tista’ tiġi ordnata bil-posta elettronika, bil-posta jew permezz ta' żjara ta' dipartiment tas-servizz għall-klijenti. Kopja mhux attestata ta’ dokument tista’ tiġi ordnata u tiġi miksuba online mis-sistema ta’ awtoservizz.

Tintalab tariffa stabbilita mill-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja biex tinħareġ silta jew kopja ta’ dokument.

Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni

Kif nista’ nibda l-proċedura ta’ reġistrazzjoni (kif nippreżenta applikazzjonijiet lir-reġistru, iċ-ċertifikazzjoni tad-dokumenti, it-tip ta’ dokumenti li jridu jkunu mehmuża)?

Personalment

Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tista’ tinbeda personalment.

Iridu jiġu sottomessi d-dokumenti li ġejjin biex tirreġistra persuna ġuridika fir-reġistru tal-persuni ġuridiċi:

  1. applikazzjoni fil-forma stabbilita għar-reġistrazzjoni ta’ persuna ġuridika;
  2. l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-persuna ġuridika;
  3. dokumenti oħra stabbiliti mil-liġi.

Nutar jew il-Ministeru tal-Ġustizzja jivverifika l-veraċità tad-data sottomessa lill-proċessur tad-data tar-reġistru, il-konformità tal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni mar-rekwiżiti regolatorji u jekk ikunx possibbli li tiġi rreġistrata jew li tiddaħħal il-persuna ġuridika, il-fergħa jew l-uffiċċju rappreżentattiv, id-data emendata u l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, u r-regolamenti tal-fergħa jew tal-uffiċċju rappreżentattiv, minħabba li jkunu ġew issodisfati l-obbligi stabbiliti fil-liġijiet jew f’memorandum u statut ta’ assoċjazzjoni u jkunu seħħew iċ-ċirkustanzi stabbiliti fil-liġijiet jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni.

Online

L-aktar forom legali popolari ta’ persuna ġuridika, bħal kumpaniji privati b’responsabbiltà limitata, sħubijiet żgħar, intrapriżi individwali, korpi pubbliċi, assoċjazzjonijiet, u għaqdiet tal-karità u ta’ appoġġ, jistgħu jiġu stabbiliti online. Dawn jirrappreżentaw madwar 80% tal-persuni ġuridiċi kollha rreġistrati fir-reġistru tal-persuni ġuridiċi.

Id-dokumenti jistgħu jiġu sottomessi b’mod elettroniku direttament mal-proċessur tad-data tar-reġistru permezz tas-sistema ta’ awtoservizz għall-klijenti taċ-Ċentru tar-Reġistri, dment li l-fundatur ikollu firma elettronika kwalifikata; id-dokumenti jkunu mfasslin f’konformità mal-mudelli approvati (ir-regolamenti, l-istatuti, att ta’ twaqqif jew memorandum ta’ inkorporazzjoni); ma jkunx hemm intenzjoni li jintuża l-isem imqassar tal-Istat (“Lietuva”) fl-isem tal-persuna ġuridika; ikun hemm prova ffirmata b’mod elettronika tal-kunsens mingħand is-sidien tal-bini għall-bini li jkun se jintuża għar-reġistrazzjoni tal-uffiċċju reġistrat, jekk il-bini ma jkunx jappartjeni għall-fundatur; l-ishma ta’ kumpanija privata b’responsabbiltà limitata jitħallsu b’kontribuzzjoni fi flus kontanti; l-objettivi u l-oqsma ta’ attività ta’ assoċjazzjoni, ta’ korp pubbliku jew ta’ għaqda tal-karità u ta’ appoġġ ikunu konsistenti mal-klassifikazzjoni tal-objettivi u tal-oqsma ta’ attività tal-persuni ġuridiċi pubbliċi; għaqda tal-karità u ta’ appoġġ ma jkollhiex kapital ta’ dotazzjoni.

Kif jiġu rrieżaminati l-applikazzjonijiet sottomessi?

Meta jeżamina d-dokumenti sottomessi, il-proċessur tad-data tar-reġistru jiddetermina jekk:

  1. l-applikazzjoni sottomessa lir-reġistru ta’ persuna ġuridika (tibdil fid-data u fid-dokumenti li jkunu se jiddaħħlu fir-reġistru, tħassir ta’ data) tikkonformax mal-forma stabbilita, jew ġewx sottomessi d-dokumenti kollha;
  2. inqabżux it-termini msemmijin fl-Artikolu 2.46(4) tal-Kodiċi Ċivili;
  3. id-data u d-dokumenti sottomessi lir-reġistru jkunux konsistenti b’mod reċiproku, ċari u li dawn ma jkunux qarrieqa;
  4. il-formola jew il-kontenut tad-dokumenti ma jiksirx il-liġi.

Il-proċessur tad-data tar-reġistru jista’ jirrifjuta li jirreġistra persuna ġuridika biss jekk tinstab waħda miċ-ċirkustanzi ta’ hawn fuq.

Jekk id-data tal-applikazzjoni u l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni riċevuti jkunu ġew iċċertifikati minn nutar jew mill-Ministeru tal-Ġustizzja, il-proċessur tad-data tar-reġistru ma jivverifikax il-veraċità tad-data sottomessa jew il-konformità tal-kontenut tad-dokumenti mar-rekwiżiti regolatorji.

L-effetti legali tar-reġistrazzjoni

L-effett tal-entrati fuq partijiet terzi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Id-data u l-informazzjoni fir-reġistru tal-persuni ġuridiċi jitqiesu korretti dment li ma jkunux ikkontestati skont il-proċedura stabbilita mil-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja u mill-atti legali tal-Unjoni Ewropea.

Diskrepanzi bejn l-entrata f’reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha

Il-pubblikazzjoni hija bbażata fuq l-entrati ċċertifikati fir-reġistru u fuq il-fatt li ma jkun hemm l-ebda diskrepanza. In-notifiki jiġu ġġenerati b’mod awtomatiku fl-informazzjoni ppubblikata fuq il-bażi tad-data mdaħħla fir-reġistru tal-persuni ġuridiċi.

Min hu responsabbli għall-akkuratezza tar-rekords?

Il-korp maniġerjali tal-persuna ġuridika hu responsabbli għall-akkuratezza tad-dokumenti u tad-data sottomessi u għas-sottomissjoni fil-ħin tagħhom lill-proċessur tad-data tar-reġistru, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi jew mill-istrumenti ta’ inkorporazzjoni.

Proċeduri dwar il-protezzjoni tad-data

Proċeduri relatati mad-drittijiet tas-suġġett tad-data rigward il-pubblikazzjoni u l-ħżin tad-data personali tiegħu

Id-data, l-informazzjoni u d-dokumenti fir-reġistru huma pubbliċi. Kwalunkwe persuna tista’ taċċessa d-data, l-informazzjoni u d-dokumenti fir-reġistru f’konformità mal-proċedura stabbilita mil-liġijiet u mir-regolamenti tar-reġistru tal-persuni ġuridiċi. Ir-riċevituri tad-data jistgħu jużaw id-data tar-reġistru biss għall-iskop, sal-limitu u bil-mod indikati meta jirċivuha. Id-data personali tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Informazzjoni ta’ kuntatt

Il-proċessur tad-data tar-reġistru tal-persuni ġuridiċi – l-intrapriża tal-Istat, iċ-Ċentru tar-Reġistri.

Tel. +370 5 268 8262

Indirizz tal-posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@registrucentras.lt

Links utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.registrucentras.lt/p/671

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.registrucentras.lt/en

L-aħħar aġġornament: 07/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Lussemburgu

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-għażliet disponibbli biex tikkonsulta r-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji tal-Lussemburgu (registre de Commerce et des Sociétés - RCS).

Storja ta’ kif ġie stabbilit ir-reġistru nazzjonali

Meta nħoloq?

Ir-reġistru tal-kumpaniji, li kien ikopri biss persuni fiżiċi, inħoloq bil-liġi tat-23 ta’ Diċembru 1909 li tistabbilixxi reġistru tal-kumpaniji. Fl-1972 u bi spinta mil-leġiżlazzjoni Ewropea, ġie stabbilit reġistru kummerċjali. Fl-1987, dawn iż-żewġ reġistri ġew magħquda f’reġistru wieħed, ir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji. Mill-2003, dan ir-reġistru opera taħt l-awtorità tal-Ministru għall-Ġustizzja u l-ġestjoni tiegħu hija fdata lil grupp b’interess ekonomiku, LUXEMBOURG BUSINESS REGISTERS.

Meta ġie diġitalizzat?

Id-diġitalizzazzjoni tar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji bdiet fl-2006 u tlestiet fl-2007. Ir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji issa huwa disponibbli biss b’mod elettroniku u jista’ jsir tiftix fih kollu.

X’leġiżlazzjoni tapplika bħalissa?

  • il-Liġi emendata tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji u dwar il-kontabilità u l-kontijiet annwali;
  • ir-Regolament Gran Dukali emendat tat-23 ta’ Jannar 2003 li jimplimenta l-liġi tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji u dwar il-kontabilità u l-kontijiet annwali;
  • ir-Regolament Ministerjali emendat tas-27 ta’ Mejju 2016 li jistabbilixxi l-kriterji għall-preżentazzjoni u l-forma ta’ dokumenti maħsuba għall-pubblikazzjoni fil-Kompendju Elettroniku tal-Kumpaniji u l-Assoċjazzjonijiet (Recueil électronique des sociétés et associations).

X’informazzjoni jipprovdi r-reġistru kummerċjali?

-

Min għandu d-dritt li jaċċessa r-reġistru?

Ir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji huwa pubbliku.

X’informazzjoni fih ir-reġistru kummerċjali?

X’tip ta’ data tinħażen? (entitajiet elenkati fir-reġistru pubbliku, informazzjoni dwar l-insolvenza, rapporti finanzjarji, eċċ.)

L-entitajiet li huma obbligati jirreġistraw fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji huma:

  • negozjanti li huma persuni fiżiċi;
  • kumpaniji kummerċjali;
  • gruppi b’interess ekonomiku u gruppi Ewropej b’interess ekonomiku;
  • fergħat maħluqa fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu minn kumpaniji regolati mil-liġi kummerċjali u ċivili, gruppi b’interess ekonomiku u gruppi Ewropej b’interess ekonomiku, regolati mil-liġi ta’ Stat ieħor;
  • kumpaniji regolati mil-liġi ċivili;
  • assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ;
  • assoċjazzjonijiet tat-tfaddil tal-pensjoni;
  • assoċjazzjonijiet agrikoli;
  • stabbilimenti pubbliċi tal-Istat u tal-muniċipalitajiet;
  • assoċjazzjonijiet tal-assigurazzjoni mutwa;
  • soċjetajiet limitati speċjali;
  • fondi mutwi u fondi ta’ titolizzazzjoni;
  • soċjetajiet mutwi.

L-informazzjoni maħżuna fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji hija kollha stabbilita mil-liġi u tiddependi mill-forma ġuridika tal-entità kkonċernata.

B’mod ġenerali, jinġabru żewġ tipi ta’ informazzjoni:

  • data legali (l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat, il-kapital, l-identità tar-rappreżentanti legali, is-sena finanzjarja, informazzjoni dwar deċiżjoni tal-qorti, eċċ.);
  • data finanzjarja (kontijiet annwali).

X’dokumenti jiġu ffajljati/maħżuna? (Fajls, ġabriet ta’ dokumenti, statuti ta’ assoċjazzjoni, minuti ta’ laqgħat ġenerali, eċċ.)

Id-dokumenti preskritti mil-liġi biss jiġu ffajljati fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji. Il-lista ta’ dokumenti li għandhom jiġu ffajljati tiddependi mill-forma ġuridika tal-entità kkonċernata.

Id-dokumenti kollha ffajljati għal entità rreġistrata huma inklużi f’fajl elettroniku speċifiku għall-entità, u jinżammu fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji.

Bħala tali, ir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji jżomm id-dokumenti li ġejjin (lista mhux eżawrjenti):

  • l-atti kostituttivi u li jemendaw l-istatut ta’ assoċjazzjoni;
  • l-istatut ta’ assoċjazzjoni kkoordinat;
  • il-minuti jew l-estratti tal-minuti li jikkonċernaw bidliet fl-uffiċċju rreġistrat, fl-aġenti, fis-soċji, fil-persuni responsabbli għall-awditjar tal-kontijiet;
  • l-estratti ta’ deċiżjonijiet tal-qorti li jaffettwaw entità rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji;
  • id-dokumenti tal-kontabilità;
  • l-atti jew l-estratti ta’ atti li jiddikjaraw ix-xoljiment tal-entità rreġistrata;
  • l-abbozz tat-termini tal-fużjonijiet, eċċ.

Kif nista’ nfittex (u xi kriterji ta’ tiftix huma disponibbli)?

Personalment

Ir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji jista’ jiġi kkonsultat direttament fuq is-sit web tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji, li huwa kompletament elettroniku. Madankollu, għal persuni li ma għandhomx it-tagħmir tal-kompjuter meħtieġ, fil-Lussemburgu hemm uffiċċju fiżiku fejn tista’ tagħmel tiftix fuq kompjuter apposta.

Fuq is-sit web tar-Reġistru

Il-fajls jistgħu jiġu mfittxija u kkonsultati fuq is-sit web tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji (RCS) permezz tal-menù “servizzi offruti” u “fittex fajl tal-RCS”.

Sabiex jara d-dokumenti ffajljati, l-utent irid jirreġistra fis-sit web, kemm billi joħloq kont personali kif ukoll mingħajru.

X’kriterji tat-tiftix huma disponibbli?

It-tfittxijiet pubbliċi jsiru bin-numru tar-reġistrazzjoni jew bl-isem tal-entità kkonċernata.

Kif nista’ nikseb id-dokumenti?

Mingħajr ħlas?

Id-dokumenti ffajljati mar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji huma disponibbli mingħajr ħlas. Meta tikkonsulta fajl, id-dokument iffajljat jiġi aċċessat billi sempliċiment tikklikkja fuq l-ikona PDF korrispondenti.

Bi ħlas?

Estratti, ċertifikati jew kopji ċertifikati maħruġa mill-Amministratur tar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji huma disponibbli bi ħlas.

Kif nista’ nikseb estratt mir-reġistru, kopja ċertifikata jew traskrizzjoni tad-dokumenti?

L-estratti u ċ-ċertifikati jistgħu jiġu ordnati fuq is-sit web, permezz tal-menù Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida“servizzi offruti”.

Tista’ tordna kopja ċertifikata ta’ dokument iffajljat billi tikkonsulta l-fajl elettroniku tal-entità kkonċernata u timmarkja l-kaxxa “ċertifikat”, li tinsab ħdejn l-ikona PDF biex tara d-dokument iffajljat.

Proċedura ta’ reġistrazzjoni

Kif nibda l-proċedura ta’ reġistrazzjoni (kif nippreżenta applikazzjonijiet lir-reġistru, iċ-ċertifikazzjoni tad-dokumenti, it-tip ta’ dokumenti li jridu jkunu mehmuża)?

Personalment

Ir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji għandu helpdesk miftuħ għal kull min jeħtieġ xi ħaġa mir-Reġistru. Uffiċjal tal-amministratur tar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji mbagħad jieħu ħsieb il-proċeduri elettroniċi mal-persuna. Dan is-servizz jeħtieġ appuntament minn qabel.

Online

Kwalunkwe pass li jittieħed fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji jeħtieġ login fis-sit web tar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji.

sabiex wieħed jilloggja għal finijiet ta’ ffajljar/reġistrazzjoni, huwa meħtieġ ċertifikat luxtrust jew eIDAS u jrid jinħoloq kont tal-utent. Ladarba jkun illoggjat, l-utent irid jagħżel il-menù “iffajljar elettroniku” biex jibda l-proċess.

Kif jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni?

Ladarba l-utent ikun iffinalizza l-applikazzjoni tiegħu għall-iffajljar/għar-reġistrazzjoni, l-amministratur tar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji jwettaq kontroll legali qasir tal-applikazzjoni, fi żmien 3 ijiem minn meta jirċievi l-applikazzjoni. Dan il-kontroll jikkonsisti fil-verifika tal-konsistenza tad-diversi biċċiet ta’ informazzjoni sottomessi u l-verifika li l-informazzjoni kollha meħtieġa tkun ġiet trażmessa u li jkun hemm bażi ġuridika għall-iffajljar jew għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni/tad-dokument ippreżentat.

Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta jew tkun żbaljata jew ma tikkonformax mal-liġi, din tiġi rritornata lill-utent għall-verifika u għar-rettifika.

Effetti legali tar-reġistrazzjoni

Effett tar-reġistrazzjoni fuq il-partijiet terzi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Att jew biċċa informazzjoni tiġi ppubblikata billi tiġi ffajljata mar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji, u mbagħad din tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, jiġifieri fil-Kompendju Elettroniku tal-Kumpaniji u tal-Assoċjazzjonijiet (Recueil électronique des sociétés et associations - RESA). Ladarba tiġi ffajljata fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji, l-informazzjoni tkun aċċessibbli fuq is-sit web tar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji. Il-pubblikazzjoni fir-RESA sseħħ fi żmien 15-il jum mill-iffajljar u fil-prattika normalment dakinhar tal-iffajljar.

L-atti jew l-estratti tal-atti jistgħu jiġu invokati biss kontra partijiet terzi mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħhom fir-RESA, sakemm il-kumpanija ma tkunx tista’ turi li dawn il-partijiet terzi kellhom għarfien minn qabel dwarhom. Madankollu, il-partijiet terzi jistgħu jinvokaw atti jew estratti ta’ atti li jkunu għadhom ma ġewx ippubblikati. Fejn tranżazzjoni tkun seħħet qabel is-16-il jum wara d-data ta’ pubblikazzjoni, dawn l-atti u l-estratti ta’ atti ma jkunux eżegwibbli fil-konfront ta’ partijiet terzi li jistgħu juru illi ma setgħux ikunu jafu bihom.

Differenzi bejn ir-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni

F’każ ta’ diskrepanza bejn it-test iffajljat u t-test li jkun ġie ppubblikat fil-Kompendju Elettroniku tal-Kumpaniji u l-Assoċjazzjonijiet, dan tal-aħħar ma huwiex eżegwibbli kontra partijiet terzi. Madanakollu, il-partijiet terzi nfushom jistgħu jinvokawhom, sakemm il-kumpanija ma turix illi huma kienu fil-fatt jafu li t-test kien ġie ffajljat.

Wara riforma fl-2016 meta l-amministratur tar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji sar l-amministratur tal-Kompendju Elettroniku tal-Kumpaniji u tal-Assoċjazzjonijiet, ma għad hemm l-ebda riskju ta’ diskrepanzi bejn it-test iffajljat u t-test ippubblikat.

Min huwa responsabbli għall-akkuratezza tal-informazzjoni reġistrata?

Talbiet għal aċċess għal operazzjonijiet ta’ pproċessar, jew għar-rettifika jew għal-limitazzjoni tagħhom, li għalihom l-amministratur tar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji huwa sottokuntrattur u li għalihom il-Ministru għall-Ġustizzja huwa kontrollur tad-data jridu jiġu indirizzati lil-Luxembourg Business Registers (fl-indirizz tal-posta elettronika li ġej Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahelpdesk@lbr.lu, jew bil-posta lil G.I.E. LUXEMBOURG BUSINESS REGISTERS, għall-attenzjoni tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, L-2961, il-Lussemburgu), li jibgħathom lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Ministeru għall-Ġustizzja.

L-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji tinżamm għal 20 sena mit-tħassir tal-fajl tal-entità reġistrata, f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji applikabbli.

Il-persuna li tkun iffajljat dokument hija responsabbli għall-akkuratezza tal-informazzjoni li tinsab fil-filing.

Prinċipji tal-protezzjoni tad-data

Proċeduri relatati mad-drittijiet tas-suġġett tad-data rigward il-pubblikazzjoni u l-ħżin tad-data personali tiegħu

Talbiet għal aċċess għal operazzjonijiet ta’ pproċessar, jew għar-rettifika jew għal-limitazzjoni tagħhom, li għalihom l-amministratur tar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji huwa sottokuntrattur u li għalihom il-Ministru għall-Ġustizzja huwa kontrollur tad-data jridu jiġu indirizzati lil-Luxembourg Business Registers (fl-indirizz tal-posta elettronika li ġej Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahelpdesk@lbr.lu, jew bil-posta lil G.I.E. LUXEMBOURG BUSINESS REGISTERS, għall-attenzjoni tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, L-2961, il-Lussemburgu), li jibgħathom lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Ministeru għall-Ġustizzja.

L-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji tinżamm għal 20 sena mit-tħassir tal-fajl tal-entità reġistrata, f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji applikabbli.

Informazzjoni ta’ kuntatt

Indirizz tal-uffiċċju

Indirizz postali

Ħinijiet ta’ ftuħ

14, Rue Erasme
L-1468 il-Lussemburgu

Tel: (+352) 26 428-1
Fax: (+352) 26 42 85 55
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahelpdesk@lbr.lu

Luxembourg Business Registers
L-2961, il-Lussemburgu

Uffiċċju: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-9.00 sa 12.00 u mis-13.30 sal-16.00

Helpdesk bit-telefown: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 sal-17.30

Links utli

Sit web tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistri Kummerċjali tal-Lussemburgu

Portal tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpaniji

L-aħħar aġġornament: 17/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Ungerija

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tal-Ungerija.

X'joffri r-reġistru kummerċjali tal-Ungerija?

Ir-reġistru kummerċjali fih dejta dwar il-kumpaniji reġistrati u d-dokumenti statutorji, li jservu bħala bażi għar-reġistrazzjoni. Id-dejta fir-reġistru kummerċjali (tal-kumpaniji reġistrati fih) hija ġestita mill-qrati bħala qrati ta' reġistrazzjoni. L-informazzjoni dwar il-kumpanija u d-dokumenti statutorji huma maħżuna elettronikament. Id-dejta tal-kumpaniji reġistrati f'kull qorti ta' reġistrazzjoni fl-Ungerija hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tas-Servizzi ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u r-Reġistrazzjoni Elettronika tal-Kumpaniji tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-cegjegyzek.hu/).

Tista taċċessa l-informazzjoni li ġejja ( jekk għadha valida jew le) li qiegħda fir-reġistru kummerċjali dakinhar tat-talba tiegħek:

  • in-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija (cégjegyzékszám);
  • l-isem tal-kumpanija;
  • is-sede prinċipali (székhely);
  • il-faċilitajiet tan-negozju (telephelyek);
  • il-fergħa(t) (fióktelepek);
  • l-attività(ajiet);
  • kapital azzjonarju maħruġ;
  • in-numru tat-taxxa;
  • jekk sarux proċedimenti ta' insolvenza, likwidazzjoni jew ta' ftehim finali;
  • jekk (eks) uffiċċjal eżekuttiv jew maniġer ta' assoċjazzjoni tan-negozji, skont l-Artikolu 3:22 tal-Att V tal-2013 dwar il-Kodiċi Ċivili jistax ikun uffiċċjal eżekuttiv jew maniġer ta' assoċjazzjoni tan-negozji oħra.

Fl-ewwel ġurnata ta' kull ġimgħa, tiġi aġġornata l-informazzjoni li ġejja:

  1. Id-dejta kollha tal-kumpanija fir-reġistru kummerċjali (estratt maħżun tal-kumpanija) (tárolt cégkivonat), flimkien ma' dejta dwar talbiet għar-reġistrazzjoni jew bidliet fir-reġistrazzjoni li għadhom ma ġewx inkorporati fir-reġistru.
  2. L-informazzjoni dwar il-kumpanija tinkludi:
  • l-istatus tas-sjieda (membri jew azzjonisti) u r-rappreżenanti legali tal-persuni fiżiċi, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji mingħajr personalità ġuridika (jogi személyiség nélküli gazdasági társaság), jew assoċjazzjonijiet oħra;
  • setgħa ta' rappreżentazzjoni u l-membership tal-bord ta' superviżjoni, għall-persuni fiżiċi.

Fl-ewwel jum ta' kull ġimgħa, l-informazzjoni aġġornata tinsab ukoll permezz tal-magna tat-tiftix.

Ir-reġistru kummerċjali jaħżen l-informazzjoni dwar il-kumpanija abba'i ta' kriterji oħra (dejta li ma tibqax valida tista' tiġi aċċessata wkoll) u dokumenti statutorji jistgħu jiġu aċċessati flimkien mal-informazzjoni dwar il-kumpanija. Id-dejta tista' tiġi aċċessata fil-Qrati ta' Reġistrazzjoni u permezz tas-Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji, filwaqt li kopji awtentiċi jew mhux ċertifikati ta' dokumenti statutorji u informazzjoni dwar il-kumpanija jistgħu jinksibu bi ħlas ta' tariffa amministrattiva.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali Unġeriż huwa mingħajr ħlas?

Il-kontentut tar-reġistru kummerċjali Ungeriż huwa aċċessibbli sa fejn ġie deskritt aktar il-fuq, mingħajr ħlas, hawnhekk, <Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-cegjegyzek.hu/?ceginformacio>. L-aċċess għal aktar kontenut isir bi ħlas.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali Ungeriż

L-informazzjoni dwar il-kumpanija tista' tinkiseb permezz ta' wieħed minn dawn il-kriterji:

- l-isem tal-kumpanija;

- in-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija;

- in-numru tat-taxxa;

Kemm hija affidabbli l-informazzjoni fir-reġistru?

Id-dejta msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE hija aċċessibbli onlajn mingħajr ħlas, għall-kumpaniji rreġistrati fl-Ungerija.

Fl-Ungerija, l-informazzjoni pubblika dwar il-kumpaniji hija provduta mill-qorti ta' reġistrazzjoni, mis-Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji jew ippubblikata fil-Gazzetta tal-Kumpaniji. Il-Gazzetta tal-Kumpaniji hija l-ġurnal uffiċċjali tal-Ministeru tal-Ġustizzja, u tista' tiġi aċċessata mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.e-cegkozlony.gov.hu/ Meta tippubblika dejta mir-reġistru kummerċjali marbuta ma' kumpanija b'kapital konġunt jew kumpanija b'responsabbiltà limitata, il-qorti ta' reġistrazzjoni tippubblika wkoll fil-Gazzetta tal-Kumpaniji l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpanija u xi emendi li jkunu saru fihom, li jġi aġġornati kuljum.

Id-dejta fir-reġistru kummerċjali hija ġestita mill-qrati bħala qrati ta' reġistrazzjoni. L-informazzjoni dwar il-kumpanija u d-dokumenti statutorji huma maħżuna elettronikament. Id-dejta tal-kumpaniji reġistrati f'kull qorti ta' reġistrazzjoni fl-Ungerija hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tas-Servizzi ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u r-Reġistrazzjoni Elettronika tal-Kumpaniji tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Servizz ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-cegjegyzek.hu/).

L-istorja tar-reġistru kummerċjali Ungeriż

Minn Lulju tal-1993, meta' s-Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u r-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji (Országos Céginformációs és Cégnyilvántartási Rendszer), bdiet taħdem għal kollox, id-dejta tar-reġistru kummerċjali tiġi mdaħħla elettronikament mill-qrati.

Il-ħin ta' rispons tas-sistema bejn żewġ qrati jieħu biss ftit minuti.

L-aħħar aġġornament: 21/09/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Malta

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġstru tal-kummerċ ta’ Malta.

L-istorja tal-istabbiliment tar-reġistru nazzjonali

Meta twaqqaf?

Ir-Reġistru dwar in-Negozju ta’ Malta (Malta Business Registry - MBR) huwa Aġenzija governattiva li ġiet mogħtija awtonomija fl-2018 permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLeġislazzjoni Sussidjarja 595.27. Qabel ma twaqqfet, l-aġenzija kienet organu fi ħdan l-Awtorità tas-Servizzi Finanzarji ta’ Malta (MFSA). L-Aġenzija hija mogħtija dawk is-setgħat u d-dmirijiet kollha li jappartjenu għar-Reġistratur tal-Kumpaniji taħt l-Att dwar il-Kumpaniji (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKap. 386 tal-Liġijiet ta’ Malta) u kull liġi applikabli oħra.

Meta ġie diġitalizzat?

Inizjalment, is-sistema onlajn ġiet żviluppata fl-2004 b’diversi żviluppi tul is-snin sabiex jaqdu aħjar il-bżonnijiet taċ-ċittadin, il-provdituri ta’ servizzi għall-kumpaniji, u l-kumpaniji nfushom. Bħalissa is-sistema onlajn tal-MBR għaddejja minn proċess rigoruż ta’ aġġornament sabiex tipprovdi servizz diġitali iktar modern, b’użu ta’ teknoloġija iktar avvanzata li tinkorpora fiha l-utilità li persuna tiffirma b’mod diġitali, u tifforma kumpanija onlajn fost oħrajn b’sistema teknoloġika iktar effettiva. Huwa mbassar li s-sistema tkun aġġornata u diġitalizzata għal kollox bejn tmiem is-sena tal-2021 u bidu tal-2022.

Liema hija l-leġiżlazzjoni applikabbli attwali?

Il-liġi tal-istabbiliment tal-aġenzija hija l-Leġislazzjoni Sussidjarja 595.27, iżda l-liġi statutorja li tkompli kemm tiddiversifika l-poteri u l-funzjonijiet tal-aġenzija, kif ukoll talloka d-dmirijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ persuni legali u uffiċjali tal-kumpaniji hi vasta. Din il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaleġislazzjoni hija s-sussegwenti:

Kapitolu 386 tal-Liġijiet ta’ Malta, L-Att dwar il-Kumpaniji;

L.S. 386.01 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Formoli taħt l-Att dwar il-Kumpanniji;

L.S. 386.02 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Kumpanniji ta’ Investiment b’Kapital Azzjonarju Varjabbli skond l-Att dwar il-Kumpanniji;

L.S. 386.03 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Drittijiet li joħorġu mill-Att dwar il-Kumpannij;

L.S. 386.04 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Kumpanniji ta’ Investiment b’Kapital Azzjonarju Fiss skond l-Att dwar il-Kumpanniji;

L.S. 386.05 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Kontinwazzjoni ta’ Kumpanniji;

L.S. 386.06 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar l-Applikabbilità ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji għal Kumpanniji Offshore;

L.S. 386.07 tal-Liġijiet ta’ Malta, Ordni dwar l- Applikabbilità ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji għal Kumpanniji Offshore Iffurmati u Reġistrati taħt l-Ordinanza dwar is-Soċjetajiet Kummerċjali u l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta;

L.S. 386.08 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar l-Att dwar il-Kumpanniji (Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku);

L.S. 386.09 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Kumpanniji ta’ Investiment b’Kapital Azzjonarju Varjabbli bħala Skemi jew Fondi għal min Jirtira;

L.S. 386.10 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar l-Att dwar il-Kumpanniji (Kumpanniji Ċellulari li jmexxu Kummerċ ta’ Assigurazzjoni);

L.S. 386.11 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar l-Att dwar il-Kumpanniji (Il-Prospett);

L.S. 386.12 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Għaqdiet Cross-Border ta’ Kumpanniji b’Responsabbiltà Limitata;

L.S. 386.13 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Incorporated Cell Companies Carrying On Business of Insurance taħt l-Att dwar il-Kumpanniji;

L.S. 386.14 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar SICAV Incorporated Cell Companies taħt l-Att dwar il-Kumpanniji;

L.S. 386.15 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Recognised Incorporated Cell Companies taħt l-Att dwar il-Kumpanniji;

L.S. 386.16 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Securitisation Cell Companies;

L.S. 386.17 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Transfer of Registered Office of a European Company (SE);

L.S. 386.18 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Companies Act (System of Interconnection of Registers);

S.L. 386.19 of the Laws of Malta, Companies Act (Register of Beneficial Owners) Regulations;

L.S. 386.20 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Companies Act (Audit Exemption);

L.S. 386.21 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Companies Act (Company Reconstructions Fund);

L.S. 386.22 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Companies Act (Shipping and Aviation Cell Companies);

L.S. 459.01 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Financial Collateral Arrangements;

Fondazzjonijiet u Assoċjazzjonijiet:

Kapitolu 16 tal-Liġijiet ta’ Malta, Kodiċi Ċivili;

L.S. 16.07 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Drittijiet li Jitħallsu taħt it-Tieni Skeda tal-Kodiċi Ċivili;

L.S. 16.08 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Notifiki u Formuli taħt it-Tieni Skeda tal-Kodiċi Ċivili;

L.S. 16.10 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Organizzazzjonijiet Eżistenti taħt it-Tieni Skeda tal-Kodiċi Ċivili;

L.S. 16.17 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar ir-Reġistru ta’ Sidien Benefiċċjarji – Assoċjazzjonijiet (It-Tieni Skeda) (Kodiċi Ċivili);

L.S. 16.18 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar ir-Reġistru ta’ Sidien Benefiċjarji – Fondazzjonijiet (It-Tieni Skeda) (Kodiċi Ċivili)

L.S. 492.01 tal-Liġijiet ta’ Malta, Regolamenti dwar Organizzazzjonijiet Volontarji (Prospetti Annwali u Kontijiet Annwali)

X’informazzjoni joffri r-reġistru tan-negozju?

Min għandu d-dritt li jaċċessa r-reġistru?

Is-sistema onlajn tiffaċilizza l-aċċess għar-reġistru għal kull persuna naturali li tixtieq tikseb informazzjoni dwar kumpaniji, fondazzjonijiet u assoċjazzjonijiet.

L-informazzjoni li tinsab fuq ir-reġistru tinkludi dik l-informazzjoni li hija mingħajr ħlas u għall-użu ta’ kulħadd (informazzjoni pubblika). Din tinkludi l-ismijiet u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpaniji, l-indirizz reġistrat tagħhom, id-data tal-inkorporazzjoni, jekk hijiex kumpanija jew le, il-kapital azzjonarju, l-identità tal-uffiċjali tal-kumpaniji, fost oħrajn.

L-aċċess għal dokumentazzjoni tal-kumpaniji oltra, hija mbagħad bi ħlas minimu. Din id-dokumentazzjoni tinkludi n-notifikazzjonijiet kollha illi jiġu sottomessi u reġistrati mir-Reġistratur fuq kull kumpanija, l-istatut tal-kumpanija, l-kontijiet annwali u kif ukoll il-prospetti annwali, fost oħrajn. Dettalji ta’ sidien benefiċċjarji huma wkoll aċċessibli mill-pubbliku ġenerali u huma bi ħlas minimu.

X’informazzjoni fih ir-reġistru tan-negozju?

X’tipi ta’ data jinħażnu? (liema entitajiet jiddaħħlu fir-reġistru pubbliku, informazzjoni dwar l-insolvenza, rapporti finanzjarji...)

Id-data li tinħażen hija din imsemmija hawn taħt:

  • Dettalji tal-kumpanija, fosthom, l-isem reġistrat tal-kumpanija, id-data tar-reġistrazzjoni u l-uffiċju reġistrat;
  • L-istat tal-kumpanija, jekk hux attiva jew ġietx xolta;
  • Il-kapital azzjonarju awtorizzat tal-kumpanija;
  • Il-partijiet involuti bil-karta tal-Identità u l-indirizz residenzjali tagħhom li jinkludi d-diretturi, l-azzjonisti, ir-rappreżentanti legali, ir-rappreżentanti ġudizzjarji, is-segretarji, u l-awdituri;
  • Numru ta’ ishma ta’ kull membru/azzjonist;
  • Jekk kumpanija tkun fi proċess ta’ stralċ, ikun hemm ukoll id-dettalji tal-istrarċjarju/i;
  • Is-sidien benefiċjarji;

Liema dokumenti qed jiġu ffajljati/jinħażnu? (fajls, ktieb ta’ dokumenti, statuti, minuti tal-laqgħat ġenerali...)?

Id-dokumenti li jinħażnu huma dawn imsemmija hawn taħt:

  • Il-Prospett Annwali;
  • Kontijiet;
  • Statut (Il-Memorandum u l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni);
  • Informazzjoni fuq is-Sidien Benefiċjarji;
  • Riżoluzzjonijiet;
  • Minuti tal-laqgħat ġenerali;
  • Dokumenti ta’ Xoljimenti, Likwidazzjoni u Stralċ;
  • Notifikazzjonijiet oħra illi huma mitluba mil-liġi.

Kif nista’ nagħmel tiftixa (u x’inhuma l-kriterji tat-tiftix disponibbli)?

Personalment

Informazzjoni dwar il-kumpaniji huma disponibbli direttament mill-uffiċini tal-MBR sitwiti ġewwa ż-Żejtun, Malta.

Fis-sit web tar-reġistru

L-informazzjoni tinsab fuq il-portal tal-MBR:  Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://registry.mbr.mt/ROC/

X’inhuma l-kriterji tat-tiftix disponibbli?

Il-persuna li qiegħda tfittex trid tidħol fil-link imsemmi tal-portal u tmur Company Search. Kulħadd jista’ jfittex kumpanija billi juża isimha, jew parti minnu, jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tagħha.

Kif nista’ nikseb id-dokumenti?

Id-dokumenti jistgħu jinxtraw mis-sistema onlajn permezz ta’ pagament bil-kard jew direttament mill-uffiċju tal-MBR.

Kif nista’ nikseb estratt tar-reġistru, kopja ċċertifikata jew traskrizzjoni tad-dokumenti?

Dan jista’ jsir billi persuna tibgħat it-talba tagħha permezz ta’ imejl fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaorders.mbr@mbr.mt fejn tindika d-dokumenti rikjesti minnha.

Proċedura ta’ reġistrazzjoni

Kif nista’ nniedi l-proċedura ta’ reġistrazzjoni (kif nissottometti applikazzjonijiet lir-reġistru, ċertifikazzjoni tad-dokumenti, tip ta’ dokumenti li jeħtieġ li jiġu mehmuża)?

Personalment

Il-proċess tar-reġistrazzjoni jista’ jibda direttament fl-uffiċini tal-MBR sitwiti ġewwa ż-Żejtun. Id-dokumenti li jeħtieġu jkunu mehmuża huma l-Memorandum u l-Artikli tal-Assoċjazzjoni tal-Kumpanija, flimkien mad-dokumenti relevanti, dokumenti ta’ identifikazzjoni, u provi ta’ depositu bankarju tal-kapital azzjonarju.

Online

Dan il-proċess jista’ jsir minn persuna li tkun reġistrata fuq l-online system bħala authorised user. L-istess rekwiżit ta’ dokumenti japplika iżda l-ħlas marbut ma’ proċedura online huwa irħas minn dak li jsir personalment.

Kumpanija tista’ tiġi reġistrata jekk ikollha firma diġitiali skont l-EIDAS u tintbaghat lil MBR.

L-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi kif jiġu rieżaminati?

L-uffiċjali fi ħdan l-MBR janalizzaw id-dokumentazzjoni kollha sottomessa u ssir verifikazzjoni fejn titlob il-liġi. L-involvimenti jiġu mgħarbla kontra sanzjonijiet, aħbarijiet negattiva, u jekk humiex esposti politikament jew diskwalifikati. Jiġu ezaminati wkoll l-firem u li min iffirma tali dokument huwa l-persuna leġittima illi tiffirma dak id-dokument. L-informazzjoni tiġi wkoll analizzata illi hija skont il-liġi.

Effetti legali tar-reġistrazzjoni

Effett tal-entrati fuq partijiet terzi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Dan huwa wkoll regolat taħt l-Att dwar il-Kumpaniji (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKap. 386 tal-Liġijiet ta’ Malta) b’artikolu 401(2) tal-istess Att. Kull dokument, ċertifikat jew xi partikolar ieħor jeħtieġ il-pubblikazzjoni msemmija fl-artikolu 401(1)(e). Din il-pubblikazzjoni isservi sabiex tali dokumentazzjoni jkollha effett kontra terzi mis-soċjetà kummerċjali konċernata. Kull operazzjoni li ssir qabel is-sittax-il jum wara l-pubblikazzjoni ta’ xi dokument, ċertifikat jew partikolar ieħor, ma tkunx tista tintuża kontra terzi li jippruvaw li ma kienx possibbli għalihom li kien ikollhom tagħrif dwarha.

Diskrepanzi bejn l-entrata fir-reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha

Skond l-aħħar Direttiva tal-UE 2019/1151 (li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132) kull diskrepanza li tista’ tirriżulta bejn dak li jkun fir-reġistru u dak pubblikat, il-verżjoni tar-reġistru hi dik li tgħodd għal fini ta’ korrettezza. Madanakollu ta’ min jingħad ukoll illi tali diskrepanza għandha tkun evitata kemm jista’ jkun u dan illum il-ġurnata hu mgħejun ukoll mill-fatt illi l-pubblikazzjonijiet u dokumentazzjoni li hi aċċessibli għal pubblika (kemm dik l-informazzjoni li hi bla ħlas u kif ukoll dik li tkun bi ħlas) hi mpoġġija u pubblikata fuq is-sistema onlajn tal-MBR. B’hekk huwa ferm iktar diffiċli li dak li jkun entrat fir-reġistru ma jkunx rifless fil-pubblikazzjoni. Il-pubblikazzjonijiet ikunu kollha ġġenerati fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://support.mbr.mt/pages/Publications.aspx u dan addizzjonalment għall-portal.

Min huwa responsabbli għall-preċiżjoni tar-rekords?

Il-kumpanija nnifisha hija responsabli għall-preċiżjoni tar-rekords.

Proċeduri tal-protezzjoni tad-data

Proċeduri relatati mad-drittijiet tas-suġġett tad-data rigward il-pubblikazzjoni u l-ħżin tad-data personali tiegħu

Id-drittijiet mogħtija lis-suġġett tad-data taħt ir-Regolament tal-UE rigward il-protezzjoni tad-data huma imħarsa f’kull waqt li l-MBR tkun teħtieġ tirċievi, tipproċessa u taħżen tali data. L-MBR għandha wkoll l-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data. Kull informazzjoni relata ma’ dan is-suġġett hi aċċessibli wkoll fuq is-sit tal-MBR f’ iktar dettall fejn jiġi spjegat x’jikkonsisti data personali, il-liġijiet applikabbli f’dan il-qasam, x’data tiġi miġbura mingħand il-persuni suġġetti, kif tiġi miġbura tali data, l-użu tal-media soċjali, il-korrettezza tad-data, il-ħażna u perjodi ta’ ritenzjoni, il-proċess kif wieħed jitlob id-data miżmuma mill-MBR dwaru, il-proċedura kif wieħed jagħmel ilment formali mal-Uffiċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, fost oħrajn. Din l-informazzjoni hi aċċessibli fuq is-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mbr.mt/privacy-policy/

Informazzjoni ta’ kuntatt

Wieħed jista’ jċempel fuq (+356) 22582300 jew iżur is-sit elettroniku fuq l-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mbr.mt/

Wieħed jista’ wkoll jirrikorri għall-uffiċini tal-MBR bl-indirizz Malta Business Registry,

AM Business Centre, Triq il-Labour, Żejtun ZTN 2401, Malta

Imejl għall-ordnijiet ta’ ċertifikati u dokumentazzjoni, tista’ tintbgħat fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaorders.mbr@mbr.mt u għal kull għajnuna relatata mas-servizzi elettroniċi, tista’ tintbgħat imejl fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasupport.mbr@mbr.mt

Links utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mbr.mt/contact/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mbr.mt/companies-act/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mbr.mt/foundations-and-associations/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mbr.mt/faq/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mbr.mt/resources/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mbr.mt/promo/official-registry-forms/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mbr.mt/news/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://legislation.mt/

L-aħħar aġġornament: 23/06/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Olanda

Din it-taqsima tipprovdik b’ħarsa ġenerali tar-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż.

X’informazzjoni fih ir-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kummerċjali Netherlandiż huwa proprjetà u jinżamm mill-Kamra tal-Kummerċ Netherlandiża (Kamer van Koophandel), kif awtorizzat mill-gvern permezz tal-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali.

Ir-Reġistru jagħti ħarsa ġenerali tal-informazzjoni (legali) rilevanti kollha dwar il-kumpaniji u l-persuni ġuridiċi kollha ekonomikament rilevanti fin-Netherlands. Il-kumpaniji u l-persuni ġuridiċi kollha jiddaħħlu fir-Reġistru. Dawn jinkludu:

  • Kumpaniji (kumpaniji privati u kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata: BVs u NVs)
  • Imprendituri individwali
  • Assoċazzjonijiet
  • Fondazzjonijiet
  • Professjonisti (eż. avukati, tobba, artisti)
  • Assoċazzjonijiet tas-sidien
  • Knejjes
  • Uffiċċji tal-Gvern.

L-ammont ta’ data rreġistrata jvarja skont il-forma ġuridika tal-organizzazzjoni. L-aktar data importanti hija:

  • Isem (legalment reġistrat)
  • Ismijiet kummerċjali oħra
  • Forma ġuridika u uffiċċju reġistrat
  • Indirizzi
  • Diretturi
  • Persuni bi prokura
  • Persuni impjegati
  • Dettalji dwar l-istabbiliment
  • Dettalji ta’ kuntatt
  • Indikazzjoni tal-attivitajiet (skont il-klassifikazzjoni NACE).

Skont il-liġi Netherlandiża, l-informazzjoni fir-Reġistru hija valida (u vinkolanti fuq il-partijiet terzi) sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. L-obbligu li wieħed jirreġistra (u jirreġistra kull tibdil) jaqa’ fuq il-kumpaniji nfushom. Il-bidliet kollha jridu jiġu rreġistrati fi żmien ġimgħa minn meta jkunu saru.

Ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru Kummerċjali ma tagħmilx parti mill-proċess ta’ stabbiliment ta’ kumpanija fin-Netherlands. Minn perspettiva legali, kumpanija tista’ teżisti fin-Netherlands anki mingħajr ma tiġi rreġistrata. Għalhekk, għalkemm huwa illegali li ma tiġix irreġistrata, in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni ma jipprekludix kumpanija milli teżisti u taġixxi bħala kumpanija.

Il-kumpaniji (il)limitati Netherlandiżi għandhom ukoll jiffaljaw il-kont annwali tagħhom fir-Reġistru Kummerċjali. Il-biċċa l-kbira tal-kumpaniji għandhom jippreżentaw karta tal-bilanċ biss, filwaqt li l-kumpaniji l-kbar iridu jiffaljaw ukoll ir-rapport tal-introjtu tagħhom.

L-aċċess għar-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż huwa mingħajr ħlas?

L-informazzjoni bażika fir-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż – bħal dettalji ta’ kuntatt, in-numru tal-Kamra tal-Kummerċ u n-numru tal-istabbiliment – hija disponibbli bla ħlas permezz tas-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Kummerċ. Tiġi imposta tariffa għal tipi oħra ta’ informazzjoni, eż. estratti uffiċjali, dikjarazzjonijiet finanzjarji u dokumenti oħra. Tista’ ssib Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaħarsa ġenerali tar-rati imposti fuq is-sit web tal-Kamra tal-Kummerċ.

Tista’ wkoll tniżżel l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaapp tar-Reġistru Kummerċjali tal-Kamra tal-Kummerċ bla ħlas. Din l-app tippermettilek tikseb informazzjoni sempliċi mir-Reġistru Kummerċjali.

Sa fejn jistgħu jiġu invokati d-dokumenti fir-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż?

Jenħtieġ li kulħadd ikun jista’ joqgħod fuq l-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru Kummerċjali. Ir-Reġistru Kummerċjali fih data awtentika. Il-kwalità tad-data hija ggarantita b’tali mod li l-utent ikun jista’ jistrieħ fuqha. Is-sid ta’ kumpanija huwa responsabbli għal dak li huwa miktub dwar il-kumpanija fir-Reġistru Kummerċjali. Il-kumpaniji rreġistrati jridu dejjem jikkomunikaw kull bidla ta’ din l-informazzjoni. Jekk dawn il-bidliet ma jiġux ikkomunikati, imbagħad tapplika l-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru Kummerċjali. Din hija magħrufa bħala protezzjoni minn partijiet terzi. Il-partijiet terzi li jaġixxu in bona fide għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq id-data rreġistrata.

Kif jista’ jsir tiftix fir-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż?

Tista’ tfittex fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Kummerċjali Netherlandiż billi:

  • Isem kummerċjali
  • Numru Uffiċjali tal-Kamra tal-Kummerċ
  • Indirizz
  • Żona tal-kodiċi postali

Storja tar-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż

Dati tal-informazzjoni mill-bidu tar-Reġistru attwali (1920). Hemm ukoll data disponibbli għal kumpaniji aktar antiki.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali Ewropew

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Kummerċ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali

L-aħħar aġġornament: 18/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Awstrija

F’din it-taqsima ssib informazzjoni ġenerali dwar ir-reġistru kummerċjali tal-Awstrija.

L-istorja tal-istabbiliment tar-reġistru nazzjonali

Meta twaqqaf?

Sal-1990, ir-reġistru kummerċjali Awstrijak (Handelsregister) inżamm f’forma stampata. Fl-1991 ġie sostitwit mill-Firmenbuch, li hija ġestita bħala bażi tad-data elettronika.

Meta ġie diġitalizzat?

Meta l-Handelsregister ġie ssostitwit mill-Firmenbuch fl-1991 id-data miżmuma fir-reġistru prinċipali (Hauptbuch) ġiet ittrasferita f’bażi tad-data elettronika. Minn dak iż-żmien ’l hawn, id-data kollha, kemm dik attwali kif ukoll dik storika (li tmur lura għall-1991), kienet disponibbli elettronikament. Mill-2005 l-arkivju tad-dokumenti (Urkundensammlung) tar-reġistru kummerċjali nżamm ukoll f’forma elettronika.

Liema hija l-leġiżlazzjoni applikabbli attwali?

Il-leġiżlazzjoni ewlenija hija stabbilita fl-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali (Firmenbuchgesetz - FBG) u l-Kodiċi Kummerċjali (Unternehmensgesetzbuch — UGB).

X’informazzjoni joffri r-reġistru tan-negozju?

Min għandu aċċess għar-reġistru?

Kulħadd jista’ jaċċessa l-bażi tad-data tar-reġistru kummerċjali sabiex jikseb informazzjoni dwar l-entrati fir-reġistru. Kemm ir-reġistru prinċipali kif ukoll l-arkivju tad-dokumenti jistgħu jiġu aċċessati.

X’informazzjoni fih ir-reġistru?

Ir-reġistru Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprinċipali tar-reġistru kummerċjali fih informazzjoni dwar in-negozji Awstrijaċi rreġistrati kollha. Id-dokumenti li fuqhom huma bbażati dawk l-entrati jinħażnu fl-arkivju tad-dokumenti.

L-għan tar-reġistru kummerċjali huwa li jirreġistra u jiżvela fatti li jridu jiġu rreġistrati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kumpaniji. Dawn jinkludu n-numru tar-reġistru kummerċjali ta’ kumpanija, l-isem tan-negozju, il-forma ġuridika, l-uffiċċju rreġistrat u l-indirizz tan-negozju, kif ukoll il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawh. Fil-prinċipju, il-bidliet fil-fatti mdaħħla fir-reġistru kummerċjali jridu jiġu nnotifikati lill-qorti mingħajr dewmien (obbligu ta’ notifika).

Liema tipi ta’ data huma maħżuna? (Liema entitajiet jiddaħħlu fir-reġistru pubbliku? Informazzjoni dwar insolvenza, rapporti finanzjarji...)

F’konformità mat-Taqsima 2 tal-FBG, b’mod partikolari dawn li ġejjin iridu jiddaħħlu fir-reġistru prinċipali: il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata kollha (kumpanija privata b’responsabbiltà limitata (Gesellschaft mit beschränkter Haftung – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGmbH), kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata (Aktiengesellschaft – AG), Kumpanija Ewropea – SE), soċjetajiet reġistrati (soċjetà ġenerali (offene Gesellschaft – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOG) u soċjetà in akkomandita (Kommanditgesellschaft – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKG)) u kooperattivi (inklużi Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej – SKE) li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-Awstrija. Il-kumpaniji rregolati mid-dritt ċivili (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGesellschaften bürgerlichen Rechts —GesbR) ma humiex irreġistrati fir-reġistru tal-kummerċ, peress li ma għandhomx personalità ġuridika. Entitajiet ġuridiċi barranin iridu jiddaħħlu fir-reġistru kummerċjali jekk joperaw fergħa fl-Awstrija.

Fil-prinċipju, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidain-negozjanti uniċi jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru kummerċjali fuq bażi volontarja. Id-dħul fir-reġistru kummerċjali huwa obbligatorju biss jekk in-negozjant uniku jiġġenera fatturat ta’ aktar minn EUR 700 000 f’sentejn finanzjarji konsekuttivi jew fatturat ta’ aktar minn EUR 1 000 000 fi kwalunkwe sena waħda.

Liema dokumenti qed jiġu ffajljati / maħżuna (fajls, ktieb ta’ dokumenti, statuti, minuti tal-laqgħat ġenerali...)?

Minbarra l-entrati fir-reġistru prinċipali tar-reġistru kummerċjali, diversi dokumenti huma maħżuna fl-arkivju tad-dokumenti. Dawn jinkludu, b’mod partikolari, l-istatut ta’ assoċazzjoni ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata, ir-rapporti finanzjarji ta’ kumpaniji b’obbligu li jħejju kontijiet u kampjuni ta’ firem ta’ rappreżentanti awtorizzati.

Kif nista’ nagħmel tiftixa (u x’inhuma l-kriterji tat-tiftix disponibbli)?

Personalment / Fuq is-sit web tar-reġistru

X’inhuma l-kriterji tat-tiftix disponibbli?

Estratt mir-reġistru kummerċjali jista’ jinkiseb mill-bażi tad-data billi jiddaħħal in-numru tar-reġistru kummerċjali (Firmenbuchnummer). Fil-prinċipju, estratt bħal dan fih id-data li attwalment iddaħħlet fir-reġistru. Madankollu, id-data (storika) imħassra issa tista’ tinħareġ ukoll fuq talba.

Jekk in-numru tar-reġistru kummerċjali ma jkunx magħruf, huwa possibbli li tfittex billi tuża l-isem tal-entità ġuridika (Firma) jew l-isem ta’ persuna li jkollha uffiċċju partikolari fi ħdan l-entità ġuridika kkonċernata (pereż. direttur maniġerjali).

Id-dokumenti kollha li nħażnu elettronikament relatati ma’ entità ġuridika jistgħu jinkisbu wkoll permezz tal-lista ta’ dokumenti (Urkundenliste).

Ara wkoll l-informazzjoni taħt il-mistoqsija “Kif nista’ nikseb estratt mir-reġistru, kopja awtentikata jew traskrizzjoni ta’ dokumenti?”

Kif nista’ nikseb dokumenti?

Mingħajr ħlas? Fuq ħlas?

Ara l-informazzjoni taħt il-mistoqsija “Kif nista’ nikseb estratt mir-reġistru, kopja awtentikata jew traskrizzjoni ta’ dokumenti?”

Kif nista’ nikseb estratt mir-reġistru, kopja awtentikata jew traskrizzjoni ta’ dokumenti?

Mill-bażi tad-data tar-reġistru kummerċjali huwa possibbli li jiġu rkuprati kemm estratti mir-reġistru kummerċjali (mir-reġistru prinċipali) kif ukoll dokumenti (mill-arkivju tad-dokumenti). Id-dokumenti li huma disponibbli għal entità ġuridika jistgħu jidhru fil-lista ta’ dokumenti. Hemm ħlas biex tintalab data mill-bażi tad-data tar-reġistru kummerċjali, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni fil-qosor mingħajr ħlas li jkun fiha d-dettalji ewlenin dwar entità ġuridika.

Jekk l-isem tal-kumpanija jew in-numru tar-reġistru kummerċjali ta’ entità ġuridika jkun magħruf, l-estratti u d-dokumenti tar-reġistru kummerċjali jistgħu jinkisbu permezz ta’ “JustizOnline”, il-pjattaforma ta’ informazzjoni u servizz diġitali tal-ġudikatura Awstrijaka. Għal prodotti soġġetti għal tariffa trid tirreġistra billi tuża firma tal-mowbajl u trid tkun tista’ tagħmel ħlas onlineL-informazzjoni fil-qosor imsemmija hawn fuq, min-naħa l-oħra, tista’ tiġi aċċessata mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet ulterjuri.

L-aċċess permanenti online għar-reġistru kummerċjali Awstrijak bl-għażliet kollha ta’ tiftix jista’ jinkiseb permezz ta’ Verrechnungsstelle. Dawn huma ditti kkuntrattati mill-Ministeru għall-Ġustizzja biex jittrattaw il-mistoqsijiet dwar ir-reġistru kummerċjali. In-nutaral-avukatil-awdituri u l-konsulenti tat-taxxa kollha (Wirtschaftstreuhänder) għandhom ukoll tali aċċess online. It-talbiet għal informazzjoni mill-bażi tad-data tar-reġistru kummerċjali jistgħu jiġu ppreżentati wkoll lill-qrati.

Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni

Kif nista’ nniedi l-proċedura ta’ reġistrazzjoni (kif nissottometti rikorsi lir-reġistru, awtentifikazzjoni tad-dokumenti, tip ta’ dokumenti li jeħtieġ li jiġu mehmuża)?

Personalment / Online

Fil-prinċipju, ir-rikorsi għar-reġistru kummerċjali jridu jiġu ppreżentati bil-miktub u l-firem tar-rikorrenti normalment iridu jiġu awtentikati minn nutar jew qorti.

L-entrata li qed tintalab għandha tkun indikata b’mod preċiż fir-rikors. F’ħafna każijiet id-dokumenti korrispondenti jridu jiġu mehmuża wkoll mar-rikors, li wħud minnhom huma soġġetti għal rekwiżiti formali speċifiċi. L-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ AG jew GmbH, pereżempju, għandu dejjem jieħu l-forma ta’ att notarili.

Ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati lill-qorti tar-reġistru kummerċjali f’ forma stampata jew b’mod elettronikuFormoli speċifiċi huma disponibbli għal ċerti rikorsi. Ara:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justizonline.gv.at/jop/web/formulare/kategorie/2

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://portal.justiz.gv.at/at.gv.justiz.formulare/Justiz/Firmenbuch.aspx

F’din il-paġna mhuwiex possibbli li jiġu pprovduti dettalji tar-rekwiżiti formali u ta’ kontenut kollha li r-rikorsi għar-reġistru kummerċjali jridu jissodisfaw, minbarra l-informazzjoni bażika stabbilita hawn fuq. Jekk teħtieġ parir f’dan il-qasam, jekk jogħġbok ikkuntattja nutar jew avukat.

Kif jiġu riveduti r-rikorsi ppreżentati?

Ir-rikorsi huma soġġetti għal rieżami formali u sostantiv mill-qorti kompetenti tar-reġistru kummerċjali. Dawn huma l-qrati tal-prim’istanza responsabbli biex jittrattaw kwistjonijiet kummerċjali (qrati reġjonali(Landesgerichte)). Il-ġuriżdizzjoni territorjali tiġi ddeterminata abbażi tal-post tal-uffiċċju prinċipali jew tal-uffiċċju rreġistrat tal-entità ġuridika li jkun iddaħħal jew li jrid jiddaħħal fir-reġistru kummerċjali.

Fir-reġistru kummerċjali d-deċiżjonijiet jittieħdu minn imħallfin jew uffiċjali ġudizzjarji. Jekk rikors ma jkunx jista’ jiġi approvat minħabba nuqqasijiet, il-qorti tista’ titlob lir-rikorrent biex jikkoreġi r-rikors.

Effetti legali tar-reġistrazzjoni

Effett tal-entrati fuq partijiet terzi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

L-effetti tal-entrati fir-reġistru kummerċjali fil-konfront ta’ terzi huma rregolati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 15 tal-Kodiċi tal-Kummerċjali, li jistipula li fatt li kellu jiddaħħal fir-reġistru kummerċjali, iżda li ma ddaħħalx, ma jistax jiġi invokat mill-kumpanija kkonċernata kontra terzi, sakemm dawk it-terzi ma kinux diġà konxji tal-fatt inkwistjoni (il-paragrafu 1). Ladarba fatt jiddaħħal, it-terzi jridu jaċċettaw il-fatt bħala vinkolanti għalihom. Madankollu, dan ma japplikax għal atti legali mwettqa fi żmien 15-il jum mid-dħul, sakemm il-parti terza turi li la kienet konxja u lanqas kellha tkun konxja tal-fatt (il-paragrafu 2). Il-kumpanija trid taċċetta wkoll entrati inkorretti bħala vinkolanti fil-konfront ta’ terzi fi tranżazzjonijiet kummerċjali jekk għamlet l-entrata inkorretta hija stess jew ma ħassritx entrata li kienet taf jew imissha kienet taf li kienet inkorretta. Madankollu, il-kumpanija ma għandhiex għalfejn taċċetta entrati inkorretti bħala vinkolanti fuqha jekk tista’ turi jew li l-parti terza aġixxiet mingħajr ma bbażat ruħha fuq l-entrata, jew li l-parti terza kienet taf li kienet inkorretta jew li ma kinitx taf minħabba negliġenza gravi (il-paragrafu 3).

Il-verżjoni vinkolanti tal-istatuti ta’ assoċjazzjoni ta’ AG jew GmbH tkun dejjem dik li tidher fir-reġistru kummerċjali, peress li kull emenda għall-istatut ta’ assoċjazzjoni ma jkollha l-ebda effett legali qabel ma tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu148 (3) tal-Att dwar il-Kumpaniji Pubbliċi b’Responsabbiltà Limitata (Aktiengesetz — AktG), l-Artikolu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida49 (2) tal-Att dwar il-Kumpaniji Privati b’Responsabbiltà Limitata (GmbH-Gesetz – GmbHG)).

Id-diskrepanzi bejn l-entrata fir-reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha

Peress li l-entrati fir-reġistru kummerċjali mill-bażi tad-data tar-reġistru kummerċjali jintbagħtu direttament lill-midja addizzjonali tal-pubblikazzjoni (bażi tad-data tal-avviżi legali (Ediktsdatei) u l-Gazzetta Uffiċjali Wiener Zeitung) bl-użu ta’ proċess appoġġat mill-IT, id-diskrepanzi bejn il-kontenut tal-entrata fir-reġistru kummerċjali u l-kontenut tal-pubblikazzjoni addizzjonali jistgħu jiġu prattikament esklużi. Jekk madankollu tinqala’ diskrepanza, l-entrata fir-reġistru kummerċjali tieħu preċedenza.

Min għandu r-responsabbiltà għall-preċiżjoni tar-rekords?

Fil-prinċipju, kull imprenditur huwa obbligat li jiżgura li l-fatti dwaru li jiddaħħlu fir-reġistru kummerċjali jkunu korretti u aġġornati. Jekk dawn il-fatti jinbidlu, ir-reġistru kummerċjali jrid jiġi nnotifikat mingħajr dewmien. Jekk persuna li hija obbligata tinnotifika lir-reġistru kummerċjali b’fatt tonqos milli tippreżenta rikors għal dan l-għan, hija tista’ tiġi mġiegħla tagħmel dan permezz tal-impożizzjoni ta’ multi.

Proċeduri tal-protezzjoni tad-data

Il-proċeduri relatati mad-drittijiet tas-suġġett tad-data rigward il-pubblikazzjoni u l-ħżin tad-data personali tiegħu

Kwalunkwe intitolament għall-protezzjoni tad-data huwa rregolat primarjament mid-dispożizzjonijiet tal-proċedura tar-reġistru kummerċjali ġudizzjarju (ara l-Artikolu 84 tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qorti (Gerichtsorganisationsgesetz)).

Informazzjoni ta’ kuntatt

Il-Qorti tar-reġistru kummerċjali b’ġuriżdizzjoni territorjali għal entità ġuridika partikolari (ara l-informazzjoni taħt il-mistoqsija “Kif jiġu rieżaminati r-rikorsi?”) tista’ tiġi ddeterminata bl-użu tal-funzjoni tat-tfittxija tal-qorti (Gerichtssuche) fuq il-pjattaforma “JustizOnline”. Ara:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justizonline.gv.at/jop/web/home

Links siewja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justiz.gv.at/home/service/firmenbuch~36f.de.html

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justizonline.gv.at/jop/web/firmenbuchabfrage

L-aħħar aġġornament: 24/10/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Polonja

Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tan-negozji tal-Polonja.

Ir-reġistru tan-negozji Pollakk x'joffri?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru tan-negozji Pollakk (Ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) huwa operat u mmaniġġjat mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja Pollakk.Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ms.gov.pl/en/about-the-ministry-of-justice/

Dan jagħti tagħrif dwar kumpaniji, fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u entitajiet oħrajn.

B'mod iktar speċifiku, ir-reġistru fih bosta tipi ta' informazzjoni marbuta ma' dawn l-entitajiet:

  • In-numru tar-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (in-numru KRS)
  • In-Numru REGON (in-numru fil-lista tal-attività ekonomika ċentrali)
  • Isem
  • Karattru u status ġuridiku
  • Id-data tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali
  • Dettalji dwar l-indirizz
  • Dati importanti (dati ta' dħul u tneħħija)
  • Awtoritajiet kompetenti
  • Persuni intitolati għar-rappreżentazzjoni.

L-aċċess għar-reġistru tan-negozji Pollakk huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għar-reġistru huwa b'xejn.

Kif tfittex fir-reġistru tan-negozji Pollakk

Tista' tfittex fir-reġistru tan-negozji Pollakk billi tuża t-termini ta' tiftix li ġejjin:

  • In-numru tar-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (in-numru KRS), jew
  • Isem l-entità.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti li hemm fir-reġistru?

Skont il-liġi Pollakka, il-kwistjoni tal-protezzjoni ta' partijiet terzi b'rabta mal-għoti ta' informazzjoni u dokumenti koperti mid-Direttiva 2009/101/KE hija regolata fl-Att tal-20 ta' Awwissu 1997 dwar ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2013, numru1203).

B'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-20 ta' Awwissu 1997 dwar ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2013, numru 1203):

Artikolu 12.
1. Id-dejta li tinsab fir-reġistru ma tistax titneħħa sakemm il-liġi ma tgħidx mod ieħor.

2. Jekk jidher li hemm entrata fir-reġistru li fiha żbalji evidenti jew nuqqas ta’ konformità mal-inġunzjoni, il-qorti awtomatikament tirranġa l-entrata.

3. Jekk ir-reġistru jkun fih dejta li mhijiex ammissibbli fit-termini tal-liġi, il-qorti tar-reġistru, wara li tkun semgħet lill-persuni kkonċernati f'laqgħa jew wara li tkun ordnatilhom jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub, awtomatikament tneħħi d-dejta.

Artikolu 13.
1. L-entrati tar-reġistru jkunu soġġetti għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, sakemm il-liġi ma tgħidx mod ieħor.

Artikolu 14.
Entità li hija meħtieġa tressaq applikazzjoni biex tiddaħal fir-reġistru ma tistax, kontra partijiet terzi b'bona fede, tinvoka dejta li ma tkunx iddaħħlet jew tkun tneħħiet mir-reġistru.

Artikolu 15.
1. Mid-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, ħadd ma jista' jgħid li ma jafx dwar entrati ppubblikati. Madankollu, fir-rispett ta' atti li jkunu saru qabel is-sittax-il jum wara l-pubblikazzjoni, l-entità mdaħħla fir-reġistru ma tistax tinvoka l-entrata kontra parti terza jekk din tal-aħħar turi li ma setgħetx tkun taf bil-kontenut tal-entrata.

2. Fil-każ ta' diskrepanzi bejn l-entrata fir-reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, l-entrata fir-reġistru għandha tkun legalment vinkolanti. Madankollu, parti terza tista' tinvoka l-kontenut ippubblikat fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, sakemm l-entità reġistrata ma turix li l-parti terza kienet konxja mill-kontenut tal-entrata fir-reġistru.

3. Parti terza tista' tinvoka dokumenti u dejta li għalihom l-obbligu tal-pubblikazzjoni jkun għadu ma ġiex issodisfat, bil-kundizzjoni li n-nuqqas ta' pubblikazzjoni ma jċaħħadhomx mill-effett legali.

Artikolu 17.
1. Għandu jkun preżunt li d-dejta fir-reġistru hija korretta.

2. Jekk id-dejta mdaħħla fir-reġistru ma tikkonformax mal-applikazzjoni tal-entità, jew jekk ma jkunx hemm applikazzjoni, l-entità ma tkunx tista' tiddikjara, kontra parti terza b'bona fede, li d-dejta hija skorretta jekk hi tkun naqset milli tressaq mill-ewwel applikazzjoni biex temenda, tissupplementa jew tħassar l-entrata."

L-istorja tar-reġistru tan-negozji Pollakk

Ir-reġistru ilu jaħdem minn Jannar 2007.

Ħoloq utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-20 ta' Awwissu 1997 dwar ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali

L-aħħar aġġornament: 18/10/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Portugall

Din il-paġna tagħtik ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tal-Portugall.

Ir-reġistru kummerċjali

Fil-Portugall ir-reġistru kummerċjali huwa rregolat mill-Kodiċi tar-Reġistru Kummerċjali, adottat bid-Digriet-Liġi Nru 403/86 tat-3 ta’ Diċembru 1986.

Ir-reġistrazzjoni hija r-responsabbiltà tal-uffiċċji tar-reġistru kummerċjali, li huma servizzi esterni tal-Istitut tar-Reġistraturi u n-Nutara (IRN), li jaqa’ taħt il-patroċinju tal-Ministeru tal-Ġustizzja. L-uffiċċji tar-reġistru kummerċjali jinstabu fil-pajjiż kollu. M'hemm l-ebda limitazzjoni ġeografika fuq iż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħhom.

L-għan tar-reġistru kummerċjali huwa li jirreklama s-sitwazzjoni legali ta':

  • kummerċjanti waħdanin;
  • kumpaniji kummerċjali;
  • kumpaniji tal-liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali;
  • stabbilimenti individwali b'responsabbiltà limitata (EIRL);
  • kooperattivi;
  • intrapriżi pubbliċi;
  • gruppi kumplimentari ta’ kumpaniji (ACE) u Gruppi Ewropej b'Interess Ekonomiku;
  • individwi u assoċjazzjonijiet meħtieġa mil-liġi biex jirreġistraw.

Ir-reġistrazzjoni tagħti personalità ġuridika lill-kumpaniji kummerċjali u hija ġeneralment obbligatorja. In-negozji għandhom jirreġistraw fi żmien xahrejn mid-data tal-inkorporazzjoni.

Il-fatti jistgħu jiġu rreġistrati biss fejn ikunu sostnuti legalment minn evidenza dokumentarja, li għandha tiġi arkivjata elettronikament. Dokumenti f'lingwa barranija huma aċċettati biss fejn ikunu tradotti kif meħtieġ bil-liġi, ħlief jekk jirreġistraw fatti li huma soġġetti għal traskrizzjoni fir-reġistru, ikunu miktuba bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bl-Ispanjol, u l-uffiċjal rilevanti jkun kapaċi jitkellem sew b'dik il-lingwa.

Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir permezz ta’ traskrizzjoni (l-informazzjoni li hija rilevanti għas-sitwazzjoni legali tal-entitajiet meħtieġa biex jirreġistraw hija estratta mid-dokumenti sottomessi u mqassra, u għandha tiġi vvalidata minn reġistratur jew uffiċjal tar-reġistru) jew permezz ta’ depożitu (għall-arkivjar ta’ dokumenti relatati mal-fatti li jeħtieġu reġistrazzjoni biss).

Dak li l-kumpaniji kummerċjali u l-kumpaniji tad-dritt ċivili li għandhom forma kummerċjali huma meħtieġa jirreġistraw:

  • l-inkorporazzjoni;
  • id-deċiżjonijiet meħuda mil-laqgħa ġenerali, fejn meħtieġ bil-liġi, dwar xiri ta’ assi mill-kumpanija;
  • qsim invers, qsim jew trasferiment ta’ ishma f'kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata jew ishma miżmuma minn soċji limitati f’soċjetajiet limitati;
  • impenji biex jiddisponu minn jew ipoġġu gravami fuq ishma f'soċjetajiet ġenerali, soċjetajiet limitati jew kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata, ftehimiet ta’ prelazzjoni, fejn ġie miftiehem li ser ikollhom effetti erga omnes, u obbligi ta' prelazzjoni attribwiti tali effetti minn testatur fl-aħħar testment tiegħu jew tagħha;
  • trasferimenti ta’ ishma f’soċjetajiet ġenerali jew ishma miżmuma minn soċji limitati f’soċjetajiet limitati, l-istabbiliment ta’ drittijiet in rem għall-użu u t-tgawdija jew ħlasijiet fuq ishma bħal dawn u t-trasferiment, modifika jew kanċellazzjoni tagħhom, u s-sekwestru ta’ drittijiet fuq profitti u kwoti ta’ likwidazzjoni;
  • l-istabbiliment u t-trasferiment tal-użufrutt, sigurtà, trażżin, rahan, qbid jew sekwestru fi proċedimenti kriminali fuq ishma jew drittijiet fuqhom u kwalunkwe atti jew ordnijiet oħra li jaffettwaw id-dispożizzjoni libera ta' dawn l-ishma;
  • l-irtirar jew it-tkeċċija ta’ soċji minn soċjetajiet ġenerali u soċjetajiet limitati, it-tmiem ta' ishma bħala riżultat tal-mewt ta’ soċju, u l-ammissjoni ta' soċji ġodda b'responsabbiltà illimitata;
  • l-amortizzazzjoni ta’ ishma u t-tkeċċija jew l-irtirar ta' azzjonisti minn kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata;
  • deċiżjonijiet dwar amortizzazzjoni, konverżjoni jew tifdija;
  • ħruġ ta’ bonds b'offerta privata, sakemm ma jkunux ammessi għall-kummerċ f'suq tat-titoli regolat fil-perjodu ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;
  • ħatra u tluq, għal kwalunkwe raġuni għajr il-mogħdija taż-żmien, ta’ membri tal-bord tad-diretturi u tal-bordijiet ta' tmexxija jew tas-segretarju tal-kumpanija;
  • preżentazzjoni ta’ kontijiet minn kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata, kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata u soċjetajiet limitati b'ishma, u minn soċjetajiet ġenerali u soċjetajiet limitati fejn meħtieġ, u kontijiet konsolidati ta' kumpaniji li huma meħtieġa li jippreżentawhom;
  • bidla fl-uffiċċju rreġistrat jew trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat barra l-pajjiż;
  • pjanijiet għal fużjonijiet jew ħall ta’ fużjonijiet domestiċi jew transkonfinali,
  • pjanijiet għall-inkorporazzjoni ta’ kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata Ewropea permezz ta’ fużjoni, pjanijiet għall-inkorporazzjoni ta’ kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata Ewropea permezz tat-trasformazzjoni ta’ kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata ffurmata skont il-liġi nazzjonali, jew pjanijiet għall-inkorporazzjoni ta’ kumpanija holding pubblika b'responsabbiltà limitata Ewropea flimkien, fil-każ tal-aħħar, ma’ prova li l-kundizzjonijiet biex isir dan jintlaħqu;
  • kwalunkwe estensjoni, fużjoni domestika jew transkonfinali, ħall ta’ fużjoni, konverżjoni jew xoljiment ta’ kumpanija, u kull żieda, tnaqqis jew xiri mill-ġdid ta’ kapital azzjonarju, u kull emenda oħra fl-istatut ta’ kumpanija;
  • ħatra u tluq, qabel it-tlestija tal-likwidazzjoni, ta’ likwidaturi tal-kumpanija, kif ukoll kwalunkwe bidla fis-setgħat statutorji jew kuntrattwali tal-likwidaturi;
  • it-tlestija tal-likwidazzjoni jew it-tkomplija tal-operazzjonijiet tal-kumpanija;
  • deċiżjonijiet dwar iż-żamma ta’ kontroll totali minn kumpanija waħda fuq oħra, fi grupp ta’ kumpaniji, jew it-tmiem ta' tali sitwazzjoni;
  • ftehim ta’ subordinazzjoni, u kull emenda jew skadenza ta’ dan;
  • il-ħruġ ta’ ċertifikati b’opzjoni fuq ishma, fejn dan ikun b’offerta privata minn entità li m’għandha l-ebda titolu elenkat f’suq regolat nazzjonali, sakemm ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq ta’ titoli regolat fil-perjodu ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

Kif titlob ir-reġistrazzjoni u kemm tiswa

Tista’ titlob ir-reġistrazzjoni ta' dokumenti għad-dħul fir-reġistru kummerċjali personalment f'uffiċċju tar-reġistru kummerċjali, bil-posta jew online (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://eportugal.gov.pt/en/espaco-empresa/empresa-online).

L-ispejjeż ivarjaw skond liema fatti tixtieq tirreġistra,, u huma riveduti regolarment. L-ispejjeż tar-reġistrazzjoni tad-diversi atti jistgħu jiġu kkonsultati fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://dre.pt/web/guest/legislacao-consolidada/-/lc/122322384/201906152048/73705012/diploma/indice.

Kif tikkonsulta l-informazzjoni fir-reġistru kummerċjali u kemm jiswa

Kull persuna tista’ titlob siltiet mir-reġistru u d-dokumenti arkivjati, jew tikseb informazzjoni orali jew bil-miktub dwar il-kontenut tagħhom.

Informazzjoni dwar reġistrazzjonijiet li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja hija disponibbli mingħajr ħlas fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://publicacoes.mj.pt/Pesquisa.aspx.

Ir-reġistrazzjoni tista’ tiġi ppruvata biss permezz ta' estratt, li huwa validu għal sitt xhur. Estratti jistgħu jsiru disponibbli fuq mezz elettroniku, u huma validi għall-iskopijiet legali kollha u quddiem kwalunkwe awtorità pubblika jew entità privata bl-istess termini bħall-verżjoni stampata.

Għandhom jitħallsu tariffi għal estratti mir-reġistru u dokumenti relatati, kemm jekk f'forma stampata jew elettronika.

Aċċess għal estratti elettroniċi huwa disponibbli għal abbonament ta’ EUR 25 fis-sena u abbonamenti għal sentejn, tliet snin jew erba' snin jistgħu jsiru għal tariffa korrispondenti. L-ispiża tista’ tvarja skond liema tip ta' estratt huwa meħtieġ (reġistrazzjoni, jew wieħed minn żewġ tipi oħra possibbli).

It-talbiet jistgħu jsiru fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://eportugal.gov.pt/en/espaco-empresa/empresa-online.

Fejn mitlub, l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru kummerċjali tista’ tiġi pprovduta permezz ta' ċertifikat elettroniku bl-Ingliż, b'effetti legali ekwivalenti għall-informazzjoni pprovduta bil-Portugiż.

Effetti legali tar-reġistru kummerċjali

Fatti li għandhom jiġu rreġistrati jidħlu fis-seħħ kontra partijiet terzi biss wara d-data tar-reġistrazzjoni. Fatti li għandhom jiġu rreġistrati u ppubblikati (fuq is-sit tal-internet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://publicacoes.mj.pt/Pesquisa.aspx) jidħlu fis-seħħ kontra partijiet terzi biss wara d-data tal-pubblikazzjoni.

Ir-reġistrazzjoni finali bi traskrizzjoni tikkostitwixxi preżunzjoni li s-sitwazzjoni legali teżisti, fuq it-termini preċiżi definiti. Pereżempju, rekords ta’ kumpanija kummerċjali (forma legali, isem, uffiċċju reġistrat, skop, firmatarji, identifikazzjoni ta' membri ta’ korpi tal-kumpanija, eċċ.) igawdu preżunzjoni li teżisti s-sitwazzjoni legali kif imsemmi fir-reġistru.

Ir-reġistrazzjoni b'depożitu ma tgawdix din il-preżunzjoni; isservi bħala notifika pubblika, u ma tgawdix minn preżunzjoni dwar il-korrettezza.

L-aħħar aġġornament: 28/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Rumanija

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-Reġistru tal-Kummerċ Rumen, miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja – l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ.

L-istorja tal-istabbiliment tar-reġistru nazzjonali

Meta ġie stabbilit?

Ir-Reġistru tal-Kummerċ twaqqaf fl-1990, skont il-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ.

Skont l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 129 tal-10 ta’ Ottubru 2002 li temenda l-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-reġistru tal-kummerċ u l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 76/2001 dwar is-simplifikazzjoni ta’ ċerti formalitajiet amministrattivi għar-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet imwettqa mill-kummerċjanti, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ fir-Rumanija huwa korp pubbliku b’personalità ġuridika, taħt l-awtorità tal-Ministeru tal-Ġustizzja. L-Uffiċċju huwa responsabbli għaż-żamma, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-reġistru diġitali ċentrali tal-kummerċ.

Hemm għadd ta' uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ taħt l-awtorità tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, f'Bucharest u f'kull waħda mill-41 kontea fir-Rumanija. Dawn huma responsabbli għaż-żamma, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-reġistri tal-kummerċ lokali.

Meta ġie ddiġitalizzat?

Fit-tieni nofs tal-2011 ġie varat portal apposta li jipprovdi servizzi ġodda online lill-komunità kummerċjali u lil persuni interessati oħrajn.

L-għanijiet tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ:

  • li jinforma lill-komunità kummerċjali, il-korpi pubbliċi, il-mezzi tax-xandir u persuni interessati oħrajn dwar l-operazzjonijiet fir-Reġistru tal-Kummerċ;
  • li jnaqqas il-ħin meħtieġ għall-aċċess tal-informazzjoni;
  • li jnaqqas il-konġestjoni fl-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ;
  • li jnaqqas il-ħin meħtieġ biex jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' reġistrazzjoni lir-Reġistru tal-Kummerċ;
  • li jissimplifika l-proċeduri għar-reġistrazzjoni ta' professjonisti, għall-għoti ta' informazzjoni finanzjarja, u għal talbiet għal informazzjoni u dokumenti;
  • li jipprovdi lill-applikanti online b'informazzjoni f'ħin reali dwar data fir-Reġistru tal-Kummerċ.

X’inhi l-leġiżlazzjoni applikabbli bħalissa?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Nru 265/2022 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ u li temenda u tissupplimenta atti leġiżlattivi oħra rilevanti għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Nru 31/1990

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 44/2008

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Nru 129/2019

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-regoli tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ u tal-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDeċiżjoni li tapprova l-ħlasijiet u t-tariffi għal ċerti operazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ u mill-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali

X’informazzjoni joffri r-reġistru kummerċjali?

Min għandu d-dritt li jaċċessa r-reġistru?

L-aċċess għall-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit web tal-ONRC huwa mingħajr ħlas għal kwalunkwe persuna interessata u huwa pprovdut 24 siegħa kuljum. Is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.onrc.ro/index.php/ro/ jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar:

  • il-formoli u d-dokumenti meħtieġa biex jiddaħħlu r-rekords fir-Reġistru tal-Kummerċ u fir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja;
  • il-formoli meħtieġa u l-mezzi biex jinħarġu ċ-ċertifikati, kif tinkiseb informazzjoni, il-kopji/il-kopji ċċertifikati, id-duplikati;
  • informazzjoni ġenerali għal persuni interessati li jwettqu ċerti attivitajiet irregolati, kif applikabbli (professjonisti, persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet, eċċ.);
  • il-leġiżlazzjoni applikabbli għar-Reġistru tal-Kummerċ/ir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja;
  • informazzjoni ta’ interess pubbliku;
  • komunikazzjonijiet/stqarrijiet għall-istampa, avvenimenti;
  • informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali;
  • Id-dettalji ta’ kuntatt tal-ONRC/ORCT [l-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali] (l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefown/tal-faks).

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tar-Reġistru tal-Kummerċ jipprovdi dan li ġej:

  1. dokumenti;
  2. informazzjoni u servizzi organizzati f’taqsimiet u servizzi;
  3. informazzjoni relatata mal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ u l-uffiċċji tar-Reġistri tal-Kummerċ annessi mat-tribunali;
  4. diversi punti ta’ informazzjoni pubblika – aċċess bla ħlas;
  5. formoli użati mill-istituzzjoni;
  6. formalitajiet għad-dħul ta’ rekords fir-Reġistru tal-Kummerċ għal kull kategorija ta’ professjonisti u operazzjonijiet;
  7. formalitajiet għad-dħul ta’ rekords fir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja miżmum mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ għal persuni ġuridiċi li huma meħtieġa japplikaw biex jiġu elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ;
  8. data statistika dwar l-operazzjonijiet irreġistrati
    • l-istorja tal-istituzzjoni
    • in-network tal-ORC [l-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ]
    • formoli (għall-professjonisti, eċċ.) u formalitajiet
    • ħlasijiet u tariffi għas-servizzi tal-ONRC [l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ]
    • servizzi
    • leġiżlazzjoni
    • data statistika
    • media

L-aċċess għall-informazzjoni dwar il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ huwa mingħajr ħlas, 24 siegħa kuljum, u jingħata wara r-reġistrazzjoni bla ħlas bħala utent (billi jinħoloq identifikatur tal-utent u password).

L-informazzjoni dwar il-portal tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ hija organizzata f’servizzi pprovduti mingħajr ħlas jew bi ħlas skont il-liġi fis-seħħ.

Ir-Reġistru tal-Kummerċ jirreġistra d-dokumenti, l-atti u r-referenzi kollha u l-identità tal-professjonisti kkonċernati, li r-reġistrazzjoni tagħhom hija meħtieġa mil-liġi, u kull att jew dokument ieħor previst espressament mil-liġi.

Is-servizzi online pprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ huma disponibbli fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-servizzi elettroniċi tiegħu, li ġie żviluppat taħt il-Programm Operazzjonali Settorjali “Żieda fil-Kompetittività Ekonomika”, “Investimenti għall-futur tiegħek!”, taħt il-proġett “Servizzi online (Gvern elettroniku) ipprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ lill-komunità kummerċjali permezz ta’ portal iddedikat apposta”.

Is-servizzi online ipprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi jinkludu dan li ġej:

  • Infocert;
  • Recom online;
  • verifika tad-disponibbiltà tal-isem tal-kumpanija u prenotazzjoni online tal-isem tal-kumpanija;
  • kontrolli preliminari (disponibbiltà u/jew prenotazzjoni ta’ isem għal persuni ġuridiċi/fiżiċi, impriżi individwali/negozji tal-familja);
  • reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ u l-awtorizzazzjoni ta’ persuni ġuridiċi;
  • aġġornament tad-dettalji ta’ kuntatt tal-kumpaniji rreġistrati fir-Reġistru tal-Kummerċ;
  • il-ksib ta’ informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet tal-kumpanija fil-passat, data statistika;
  • ħruġ ta’ dokumenti (ċertifikati);
  • l-istatus tal-każ;
  • notifika tal-applikazzjonijiet ippreżentati lir-Reġistru tal-Kummerċ;
  • ordnijiet biex jiġu posposti l-applikazzjonijiet ippreżentati lir-Reġistru tan-Negozju;
  • pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar id-diversi sitwazzjonijiet ta’ persuni ġuridiċi fil-Bullettin Elettroniku tar-Reġistru tal-Kummerċ [Buletinul Electronic al Registrului Comerțului - BERC];
  • data statistika (operazzjonijiet fir-reġistru ċentrali tal-kummerċ, kumpaniji b’kapital barrani);
  • formola offline tar-Reġistru tal-Kummerċ;
  • ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar is-sid benefiċjarju tal-persuna ġuridika;
  • l-għoti ta’ informazzjoni mir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja.

Is-servizz “Recom online”, li huwa komponent ibbażat fuq l-abbonament, ikun aċċessibbli wara li jiġi konkluż kuntratt mas-sid benefiċjarju, 24 siegħa kuljum, u jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-professjonisti, bi ħlas:

  • l-isem u l-forma tal-organizzazzjoni;
  • informazzjoni ta’ identifikazzjoni (in-numru tal-ordni fir-Reġistru tal-Kummerċ, l-Identifikatur Uniku Ewropew, il-Kodiċi ta’ Reġistrazzjoni Uniku, l-uffiċċju rreġistrat/l-indirizz tan-negozju, id-dettalji ta’ kuntatt tal-kumpanija (telefown, faks);
  • l-uffiċċju/in-negozju rreġistrat (ċertifikazzjoni tal-uffiċċju rreġistrat, id-data minn meta l-prova tal-uffiċċju rreġistrat hija valida, id-data tal-iskadenza tal-prova tal-uffiċċju rreġistrat, it-tul ta’ żmien tal-uffiċċju rreġistrat);
  • il-kapital imħallas u sottoskritt;
  • l-attività ewlenija tal-professjonist iddikjarat/awtorizzat;
  • l-attivitajiet sekondarji tal-professjonist iddikjarat/awtorizzat;
  • data dwar l-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi assoċjati;
  • data dwar l-identifikazzjoni tad-diretturi;
  • data dwar il-logos;
  • data dwar is-sussidjarji/il-fergħat/is-suddiviżjonijiet (l-uffiċċju rreġistrat, it-telefown);
  • data dwar l-uffiċċji sekondarji/il-postijiet tax-xogħol (l-uffiċċju rreġistrat, it-telefown);
  • data dwar uffiċċji rreġistrati u/jew attivitajiet awtorizzati skont l-Artikolu 15 tal-Liġi Nru 359/2004/l-Artikolu 121 tal-Liġi Nru 265/2022;
  • data dwar is-sjieda;
  • data dwar arranġamenti mal-kredituri;
  • data dwar fatti koperti mill-Artikolu 21(e) sa (h) tal-Liġi Nru 26/1990/l-Artikolu 103 tal-Liġi Nru 265/2022;
  • data dwar ir-referenzi l-oħrajn;
  • data dwar il-karta tal-bilanċi (fatturat, l-għadd medju ta’ impjegati, profitt gross), meta din l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta mill-Ministeru tal-Finanzi.

Is-servizzi disponibbli mingħajr ħlas jinkludu:

  • Recom online – il-komponent bla ħlas tas-servizz;
  • formoli elettroniċi;
  • l-applikazzjoni online li għandha tiġi elenkata fir-reġistru kummerċjali tal-professjonisti;
  • ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta’ persuni ġuridiċi;
  • aċċess online għall-informazzjoni fir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja (għall-awtoritajiet/l-istituzzjonijiet b’setgħat superviżorji/ta’ kontroll u għall-entitajiet li jirrapportaw meta japplikaw miżuri ta’ Kun Af lill-Klijent Tiegħek);
  • verifika tad-disponibbiltà tal-isem tal-kumpanija u prenotazzjoni online tal-isem tal-kumpanija;
  • informazzjoni dwar l-istatus tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ;
  • konsultazzjoni tat-taqsima dwar l-ordnijiet biex jiġi pospost it-trattament tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ;
  • aċċess għal ċerta informazzjoni pubblika (rapporti finanzjarji, xoljimenti volontarji, eċċ.) permezz tal-Bullettin Elettroniku tar-Reġistru tal-Kummerċ (BERC).

Is-servizzi ewlenin ipprovduti mill-Bullettin Elettroniku tar-Reġistru tal-Kummerċ huma:

  • Konsultazzjoni ta’ artikli tal-professjonisti ppubblikati
  • Konsultazzjoni ta’ bullettini fejn jiġu ppubblikati l-artikli tal-professjonisti
  • Ħruġ tad-dokument li jiċċertifika l-pubblikazzjoni ta’ artiklu (prova tal-pubblikazzjoni)
  • Il-wasla tan-notifika dwar l-artikli ppubblikati
  • Il-forniment ta’ rapporti ta’ interess

INFORMAZZJONI IMPORTANTI: It-taqsimiet kollha tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web u tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal jistgħu jiġu aċċessati mingħajr ħlas, 24 siegħa kuljum.

Aċċess għall-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ

L-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ tiġi pprovduta u l-kopji tad-dokumenti relatati jinħarġu f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Liġi Nru 265/2022 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ u li temenda u tissupplimenta atti leġiżlattivi oħra rilevanti għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ:

1. Ir-Reġistru tal-Kummerċ huwa disponibbli għall-pubbliku. L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ joħroġ, fuq talba u bl-ispejjeż tal-parti interessata, bir-Rumen, f’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, informazzjoni u ċertifikati dwar l-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ kif ukoll ċertifikati li jikkonfermaw jekk ġiex irreġistrat dokument jew att partikolari jew le, kopji u/jew kopji ċċertifikati tad-dokumenti kollha rreġistrati jew sottomessi, jew ta’ kwalunkwe parti minnhom, fil-formola sottomessa b’appoġġ għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni.

2. It-talba għal informazzjoni u dokumenti għandha jew tiġi ppreżentata lill-front desk, jew tintbagħat bil-posta jew b’servizzi ta’ kurrier jew b’mezzi elettroniċi, flimkien ma’ kopja tad-dokument tal-identità, ħlief meta t-talba tiġi ffirmata bl-użu tal-firma elettronika kwalifikata.

3. L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ joħroġ id-dokumenti msemmija fil-punt 1 jew b’mezzi elettroniċi, jiġifieri f’forma elettronika, iffirmata bl-użu tal-firma elettronika kwalifikata jew tat-timbru elettroniku kwalifikat, fejn applikabbli, jew f’forma stampata, fl-uffiċċju rreġistrat tal-ONRC jew fl-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ, jew bil-posta jew b’servizzi ta’ kurrier.

4. Il-kopji jiġu ċċertifikati kif xieraq. Il-kopji elettroniċi jiġu ċċertifikati billi tiżdied il-firma elettronika. Kopji mhux formalment iċċertifikati jistgħu jinħarġu wkoll fuq talba.

5. Il-kopji f’forma elettronika tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandhom ikunu wkoll disponibbli pubblikament permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri tal-kummerċ.

6. Id-dokumenti riċevuti, jiġifieri dawk mibgħuta b’mezzi elettroniċi, għandhom jiġu ttrattati wkoll permezz ta’ interkonnessjoni mal-Punt ta’ Kuntatt Uniku (PSC) elettroniku, minn hawn ’il quddiem il-“PSC”, skont l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 49/2009 dwar il-libertà tal-istabbiliment tal-fornituri tas-servizzi u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fir-Rumanija, approvat kif emendat u ssupplimentat bil-Liġi Nru 68/2010, kif emendata sussegwentement.

7. Għandu jintalab ħlas skont sistema ta’ klassifikazzjoni għall-informazzjoni u d-dokumenti maħruġa, kif stabbilit permezz ta’ ordni tal-Ministru tal-Ġustizzja, li ma jistax jaqbeż l-ispejjeż amministrattivi meħtieġa għall-ħruġ tal-informazzjoni jew tad-dokumenti kkonċernati u li jinkludi l-ispejjeż għall-iżvilupp u għaż-żamma tar-reġistru kummerċjali.

8. L-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-punt 1 għandhom jinħarġu mingħajr ħlas lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-istituzzjonijiet u lill-missjonijiet diplomatiċi akkreditati fir-Rumanija.

9. L-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tinħareġ mingħajr ħlas lil persuni ġuridiċi għajr dawk elenkati fil-punt 8 jekk ikun espressament previst mil-liġi.

10. L-ONRC u l-uffiċċji tar-reġistru kummerċjali għandhom joħorġu informazzjoni speċifika rreġistrata fir-reġistru kummerċjali, li tista’ tintuża biss għal skopijiet ta’ informazzjoni pubblika, lill-ġurnalisti u lir-rappreżentanti tal-media tal-massa, mingħajr ħlas.

X’informazzjoni fih ir-reġistru?

Liema tipi ta’ data huma maħżuna (entitajiet imdaħħla fir-reġistru pubbliku, informazzjoni dwar l-insolvenza, rapporti finanzjarji…)?

Skont il-Liġi Nru 265/2022, ir-Reġistru tal-Kummerċ fih informazzjoni relatata mal-professjonisti rreġistrati, kif ġej:

  • kumpaniji;
  • kumpaniji nazzjonali;
  • intrapriżi nazzjonali;
  • korporazzjonijiet pubbliċi;
  • kumpaniji kooperattivi;
  • organizzazzjonijiet kooperattivi;
  • gruppi b’interess ekonomiku;
  • gruppi Ewropej b’interess ekonomiku;
  • kumpaniji Ewropej;
  • kumpaniji kooperattivi Ewropej;
  • kummerċjanti waħdiena;
  • impriżi individwali;
  • negozji tal-familja, u
  • persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn previsti mil-liġi.

Matul l-attività tagħhom jew fi tmiem l-attività tagħhom, il-professjonisti msemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Liġi Nru 265/2022 għandhom jitolbu li r-referenzi relatati mad-dokumenti u l-atti suġġetti għar-reġistrazzjoni statutorja jiddaħħlu fir-reġistru.

Id-dokumenti u l-atti li jridu jiġu rreġistrati fir-reġistru kummerċjali huma elenkati fl-Artikoli 88 sa 100 tal-Liġi Nru 265/2022.

Il-persuni ġuridiċi elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ jew, fejn applikabbli, il-persuni interessati jridu jissottomettu d-dokumenti li ġejjin lill-ORCT bħala entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ:

  1. il-prospett tal-ħruġ ta’ ekwità bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-kumpanija b’ishma konġunti permezz ta’ sottoskrizzjoni pubblika u li tiġi awtorizzata l-pubblikazzjoni tiegħu mir-Reġistratur tal-kumpaniji, kif ukoll kwalunkwe emenda għalih;
  2. il-prospett tal-ekwità bil-ħsieb li jiżdied il-kapital azzjonarju ta’ kumpaniji b’ishma konġunti permezz ta’ sottoskrizzjoni pubblika u li l-pubblikazzjoni tiegħu tiġi awtorizzata mir-reġistratur tal-kumpaniji, kif ukoll kwalunkwe emenda għalih;
  3. id-deċiżjoni tal-korp maniġerjali, meta d-dħul ta’ tali informazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ u l-pubblikazzjoni jkunu obbligatorji skont il-liġi;
  4. prova tal-estensjoni tal-limitu ta’ żmien għaż-żamma legali tal-bini tal-uffiċċju rreġistrat u/jew sekondarju;
  5. dikjarazzjonijiet finali ta’ likwidazzjoni u ta’ distribuzzjoni tal-assi u, fejn applikabbli, rapport dwar ix-xogħol ta’ ġestjoni magħmul mill-amministraturi u mill-membri tal-bord, jekk waħda jew aktar minn dawn il-persuni jkunu maħtura bħala likwidaturi;
  6. id-dokumenti relatati mal-operazzjonijiet tan-negozju;
  7. ir-reġistri u d-dokumenti tal-persuna ġuridika mneħħija mir-reġistru, meta ma jkunx hemm aktar kumpaniji assoċjati/azzjonisti/membri jew meta jirrifjutaw li jżommuhom;
  8. id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-kumpaniji assoċjati/azzjonisti dwar l-akkwist mill-kumpanija ta’ assi minn fundatur jew azzjonist, meta tali entrata tkun obbligatorja skont il-liġi dwar il-kumpaniji;
  9. l-ilment ippreżentat kontra l-ordni tar-reġistratur;
  10. l-oppożizzjoni ppreżentata kontra l-laqgħa ġenerali tal-kumpaniji assoċjati/azzjonisti u l-oppożizzjoni ppreżentata kontra atti oħra previsti b’mod espliċitu mil-liġi;
  11. l-abbozz ta’ fużjoni jew diviżjoni;
  12. l-eżempju tal-firma, għall-gruppi ta’ interess ekonomiku, għall-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku u għall-kumpaniji kooperattivi;
  13. l-applikazzjoni għat-tneħħija mir-reġistru ppreżentata mill-persuna li tqis lilha nnifisha leża, billi jkollha entrati miżjuda mar-Reġistru tal-Kummerċ;
  14. kwalunkwe dokument ieħor previst mil-liġi li għandu jiddaħħal b’mod obbligatorju fir-Reġistru tal-Kummerċ.

Il-persuni interessati li jissottomettu entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ fir-rigward ta’ dokumenti li l-pubblikazzjoni tagħhom ma hijiex obbligatorja skont il-liġi għandhom jimlew, għal dawn il-finijiet, l-applikazzjoni tat-tip, u jehmżu magħha d-dokumenti kkonċernati u l-prova tal-ħlas tat-tariffa applikabbli, kif xieraq.

Dawn li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Kummerċ:

  1. ir-rapport tal-amministratur tal-insolvenza jew, fejn applikabbli, tal-likwidatur, li jiddikjara l-kawżi u ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-insolvenza tad-debitur;
  2. in-notifika tal-bidu tal-proċedura ta’ insolvenza ġenerali/simplifikata;
  3. il-kopja tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni propost;
  4. in-notifika dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment skont il-proċedura ġenerali/simplifikata ta’ insolvenza;
  5. is-sentenza finali tal-qorti li żżomm lill-amministratur statutorju responsabbli li jħallas kumpens;
  6. il-minuti li jivverifikaw il-ftehim ta’ ristrutturar – skont il-proċedura tal-ftehim ta’ ristrutturar;
  7. il-pjan ta’ ristrutturar – skont il-proċedura għal arranġament mal-kredituri;
  8. id-deċiżjonijiet tal-qorti dwar il-bidu u l-għeluq ta’ proċedura għal arranġament mal-kredituri skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 85/2014, kif emendata;
  9. sentenzi tal-qorti mogħtija skont il-proċedura ta’ insolvenza, li jiġu kkomunikati lill-ORCT skont il-liġi;
  10. dokumenti oħra maħruġa mill-qrati jew mill-amministratur tal-insolvenza jew mil-likwidatur skont il-liġi.

L-entrati li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Kummerċ, abbażi tad-dokumenti msemmija hawn fuq, fir-rigward tal-professjonisti rreġistrati fir-Reġistru tal-Kummerċ, li huma suġġetti għall-proċedura ta’ prevenzjoni tal-insolvenza jew ta’ insolvenza:

  1. il-bidu tal-proċedura (ġenerali/simplifikata) ta’ insolvenza;
  2. il-bidu tar-riorganizzazzjoni taħt is-superviżjoni tal-qorti wara l-konferma tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni propost;
  3. falliment (skont proċedura simplifikata/ġenerali);
  4. il-fatt li d-debitur ġie mċaħħad mid-dritt tiegħu li jmexxi n-negozju;
  5. il-fatt li l-amministratur statutorju jkun inżamm responsabbli biex iħallas kumpens;
  6. id-deżinjazzjoni tal-amministratur tal-insolvenza jew tal-likwidatur, meta jkun applikabbli;
  7. il-ħatra tal-amministratur speċjali;
  8. is-sostituzzjoni tal-amministratur tal-insolvenza jew tal-likwidatur, meta jkun applikabbli;
  9. l-għeluq tal-proċedimenti dwar ir-riorganizzazzjoni taħt is-superviżjoni tal-qorti;
  10. l-għeluq tal-falliment;
  11. it-tneħħija tad-debitur mir-reġistru;
  12. l-emenda tal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tad-debitur bħala persuna ġuridika, fuq talba tal-amministratur tal-insolvenza, skont is-sentenza finali tal-qorti li taċċerta l-pjan ta’ riorganizzazzjoni;
  13. il-konferma tal-ftehim ta’ ristrutturar skont il-proċedura tal-ftehim ta’ ristrutturar;
  14. id-dikjarazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar skont il-proċedura għal arranġament mal-kredituri;
  15. il-bidu u l-għeluq ta’ proċedura għal arranġament mal-kredituri;
  16. referenzi oħra meħtieġa mil-liġi, għad-debituri elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ, li l-proċedura ta’ insolvenza tapplika għalihom.

Ir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja

Skont il-Liġi Nru 129/2019 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda u tissupplimenta ċerti atti leġiżlattivi, kif sussegwentement emendati u ssupplimentati, l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ irid iżomm ir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja, li jelenka s-sidien benefiċjarji ta’ persuni ġuridiċi li jridu japplikaw biex jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Kummerċ.

L-aċċess għar-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja jingħata, skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali:

  1. lill-awtoritajiet b’setgħat superviżorji u ta’ kontroll, lill-korpi ġudizzjarji, skont il-Liġi Nru 135/2010 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, kif emendata u ssupplimentata, u lill-Uffiċċju, fil-ħin, mingħajr ebda restrizzjoni u mingħajr ma tiġi avżata l-persuna kkonċernata;
  2. lill-entitajiet li jirrapportaw meta japplikaw miżuri ta’ Kun Af lill-Klijent Tiegħek;
  3. lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (bi ħlas).

Liema dokumenti qed jiġu arkivjati/maħżuna (fajls, kotba ta’ dokumenti, statuti, minuti tal-laqgħat ġenerali ...)?

Ir-reġistrazzjoni ta’ persuni ġuridiċi, kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali u negozji tal-familja li jwettqu attivitajiet ekonomiċi u li jkollhom l-uffiċċju/in-negozju rreġistrat li jinsab fil-ġuriżdizzjoni tat-tribunal tinvolvi li r-Reġistru tal-Kummerċ iżomm rekords tad-dokumenti ta’ reġistrazzjoni tal-persuni li jkunu qed jiġu rreġistrati u tal-arkivju uffiċjali tal-inkorporazzjoni jew tad-dokumenti ta’ emenda relatati u ta’ dokumenti oħra previsti b’mod espliċitu mil-liġi.

L-arkivjar ta’ dokumenti li jissostanzjaw l-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ jikkonsisti fiż-żamma u l-preservazzjoni, fuq karta u/jew f’format elettroniku, ta’ dawn id-dokumenti kollha, kif ukoll tad-dokumenti li jagħtu prova tal-entrati magħmula minn persuni rreġistrati, ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapport u, meta jkun applikabbli, ir-rapport konsolidat tal-bord maniġerjali u tal-bord tad-diretturi, rispettivament, ir-rapport tal-awditur jew ir-rapport tal-awditur finanzjarju, meta jkun applikabbli, ir-rapporti finanzjarji annwali kkonsolidati u r-reġistri tal-persuni ġuridiċi, li jiġu ppreżentati lir-Reġistru tal-Kummerċ.

Il-fajl ta’ kull professjonist elenkat fir-Reġistru tal-Kummerċ jinkludi d-dokumenti kollha ppreżentati b’rabta mar-reġistrazzjoni jew ma’ kwalunkwe operazzjoni li hija elenkata fir-Reġistru tal-Kummerċ skont il-liġi u d-dokumenti li jagħtu prova tar-reġistrazzjoni. Id-dokumenti elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ bil-għan li jitwettqu ċerti proċeduri ta’ qabel ir-reġistrazzjoni meħtieġa mil-liġi jinżammu f’folder separat. Wara r-reġistrazzjoni, dawn ikunu mehmuża fil-folder tal-professjonist rilevanti.

Id-dokumenti tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ huma arkivjati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nazzjonali dwar l-Arkivjar Nru 16/1996, kif ippubblikata mill-ġdid.

Kif nista’ nagħmel tfittxija (u x’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli)?

Fuq is-sit web tar-reġistru

Il-persuna interessata tista’ tfittex informazzjoni fuq is-sit web tal-ONRC billi tittajpja kelma ewlenija fil-kaxxa tat-tiftix.

X’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli?

Wieħed jista’ jfittex l-informazzjoni disponibbli mingħajr ħlas permezz tas-servizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRecom online billi juża l-kriterji li ġejjin:

  • isem il-professjonist;
  • in-numru tar-Reġistru tal-Kummerċ;
  • in-numru ta’ referenza tat-taxxa;
  • il-kontea fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat/in-negozju.

L-informazzjoni ġenerali għall-persuni interessati, disponibbli bla ħlas mis-servizz Recom online tinkludi:

  1. il-kumpanija u l-forma ġuridika;
  2. l-uffiċċju/in-negozju rreġistrat u, għall-fergħat, l-Istat Membru fejn ikunu rreġistrati;
  3. in-numru ta’ referenza fir-reġistru tal-kummerċ, l-EUID u n-numru ta’ referenza tat-taxxa;
  4. l-istatus;
  5. is-sit web, jekk ikun hemm;
  6. ir-rappreżentanti legali tal-persuna ġuridika u jekk għandhomx is-setgħa li jaġixxu flimkien jew separatament, u r-rappreżentant tan-negozju tal-familja;
  7. il-fergħat miftuħa fi Stat Membru ieħor, inkluż il-kumpanija, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-EUID u l-Istat Membru fejn il-fergħa hija rreġistrata.

Kif nista’ nikseb id-dokumenti?

Mingħajr ħlas?

L-informazzjoni u d-dokumenti li jikkonċernaw il-professjonisti elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ għandhom jinħarġu lill-awtoritajiet u lill-istituzzjonijiet pubbliċi mingħajr ħlas, bl-eċċezzjoni ta’ dawk kompletament iffinanzjati minn dħul proprju, lill-qrati u lill-uffiċċji tal-prosekutur annessi magħhom, u lil missjonijiet diplomatiċi akkreditati u lil persuni ġuridiċi oħra skont il-liġi.

L-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ u l-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali joħorġu informazzjoni speċifika rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ, mingħajr ħlas, lill-ġurnalisti u lir-rappreżentanti tal-media tal-massa. L-informazzjoni rilaxxata lill-ġurnalisti u lir-rappreżentanti tal-media tal-massa tista’ tintuża biss biex tinforma l-opinjoni pubblika.

Bi ħlas?

L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ għandu joħroġ, bl-ispejjeż tal-persuna li tressaq it-talba, informazzjoni, ċertifikati li jirrigwardaw l-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ u ċertifikati li jikkonfermaw jekk dokument jew att partikolari ġiex irreġistrat jew le, kopji u kopji ċċertifikati tal-entrati fir-reġistru u ta’ rekords mid-dokumenti ppreżentati, bi ħlas. Id-dokumenti kkonċernati jistgħu jintalbu u jinħarġu wkoll bil-posta.

Kif nista’ nikseb informazzjoni, ċertifikati dwar l-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ, ċertifikati li jikkonfermaw jekk dokument jew att partikolari ġiex irreġistrat jew le, u kopji u/jew kopji ċċertifikati tad-dokumenti kollha rreġistrati jew sottomessi?

Mezzi għall-aċċess tal-informazzjoni:

  • online, billi wieħed jaċċessa s-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservizz InfoCert (ma hijiex meħtieġa firma elettronika; il-ħlas isir biss bil-kard)
  • online, permezz tal-portal ONRC, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk (hija meħtieġa firma elettronika; il-ħlas isir permezz ta’ kard jew ordni ta’ flus)
  • indirizz tal-posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonrc@onrc.ro (ħlas permezz ta’ money order jew lill-kaxxier)
  • Nru tal-faks +40 213160829 (ħlas permezz ta’ money order jew lill-kaxxier)
  • bil-posta (ħlas permezz ta’ money order; tiġi imposta t-tariffa addizzjonali ta’ RON 7.68)
  • mal-front desk – l-ONRC u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidauffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali.

Is-servizz ta’ InfoCert jippermetti l-ħruġ ta’ ċertifikati online u/jew l-għoti ta’ informazzjoni mir-Reġistru tal-Kummerċ. Is-servizz jista’ jiġi aċċessat permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tal-ONRC, fit-taqsima tal-Informazzjoni (Informații) - Ċertifikati (Certificate constatatoare) jew Informazzjoni tar-Reġistru tal-Kummerċ u kopji taċ-ċertifikati (Informații RC și copii certificate), u l-ħlas isir online bil-Visa jew bil-Mastercard. Is-servizz elettroniku ta’ InfoCert jiġbor awtomatikament dokumenti b’firma elettronika, mingħajr l-azzjoni tal-kontrollur, 24 siegħa kuljum, il-ġimgħa kollha, u l-ħlas isir b’mod elettroniku bil-kard, u wara dan min jagħmel it-talba jirċievi fattura elettronika u ma jkun jeħtieġ l-ebda firma elettronika għal dan il-għan.

Iċ-ċertifikazzjonijiet u/jew l-informazzjoni mir-Reġistru tal-Kummerċ jistgħu jinkisbu online permezz tas-servizz online Recom, li huwa l-komponent ibbażat fuq l-abbonament, aċċessibbli 24 siegħa kuljum wara l-konklużjoni ta’ kuntratt mal-benefiċjarju.

Kif tikseb kopja ċċertifikata/kopji ċċertifikati ta’ dokument mill-arkivju:

Mezzi biex jinkisbu duplikati taċ-ċertifikati li juru s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet fuq l-unur għall-awtorizzazzjoni tan-negozju

Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni

Kif nista’ nibda l-proċedura ta’ reġistrazzjoni (kif nippreżenta applikazzjonijiet lir-reġistru, kif niċċertifika d-dokumenti, it-tip ta’ dokumenti li jridu jkunu mehmuża)?

Personalment

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew xi tip ieħor ta’ applikazzjoni, fejn applikabbli, akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa għar-reġistrazzjoni, għandhom jiġu sottomessi lill-front desk jew ikkonsenjati bil-posta/bil-kurrier lill-uffiċċju tar-reġistru kummerċjali b’ġuriżdizzjoni territorjali fuq l-uffiċċju/il-post tan-negozju rreġistrat tal-persuni kkonċernati/lil kwalunkwe uffiċċju tar-reġistru kummerċjali mill-persuni elenkati fl-Artikoli 79 sa 81 tal-Liġi Nru 265/2022, personalment jew minn aġent.

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ persuna ġuridika fir-Reġistru tal-Kummerċ tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali ta’ dik il-persuna jew mill-aġent tagħha, taħt prokura speċjali jew ġenerali awtentika, jew minn avukat, bi prokura, jew minn soċju, azzjonist jew membru tal-bord.

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ fergħa ta’ persuna ġuridika, li tinsab ir-Rumanija jew barra mill-pajjiż, tiġi ffirmata mir-rappreżentant tal-persuna ġuridika kkonċernata, li tmexxi direttament in-negozju tal-fergħa, personalment jew mill-aġent tagħha, bi prokura speċjali jew ġenerali awtentika, jew minn avukat, bi prokura.

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ kummerċjant waħdieni u impriża individwali tiġi ffirmata mill-persuna fiżika li tapplika għar-reġistrazzjoni bħala kummerċjant waħdieni u mid-detentur tal-impriża individwali rispettivament, personalment jew mill-aġent tagħha, bi prokura speċjali/ġenerali awtentika, jew minn avukat, bi prokura.

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ negozju tal-familja tiġi ffirmata mir-rappreżentant maħtur skont id-dokument ta’ inkorporazzjoni jew mill-aġent tiegħu, bi prokura speċjali/ġenerali awtentika, jew mill-avukat, bi prokura.

Id-dokumenti ppreżentati b’appoġġ għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom jinkitbu bir-Rumen.

L-applikanti jew il-persuni elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ jistgħu jappoġġaw l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni b’dokumenti miktuba f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri tal-UE jew taż-Żona Ekonomika Ewropea li fihom huma residenti; dawn għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjonijiet bir-Rumen magħmula minn traduttur awtorizzat.

Id-dokumenti tradotti f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri tal-UE jistgħu jiġu ppubblikati, fuq talba, fejn ikunu ġew ippreżentati fil-forma ta’ traduzzjoni awtorizzata.

Id-dokumenti tradotti f’lingwa barranija jridu jkunu mqassma jew f’ żewġ kolonni, bit-test Rumen fl-ewwel kolonna u t-test bil-lingwa barranija fit-tieni kolonna, jew f’sekwenza, jiġifieri t-test bir-Rumen segwit mit-test bil-lingwa barranija.

F’każ ta’ inkonsistenza bejn id-dokumenti u l-informazzjoni ppubblikati bir-Rumen u t-traduzzjoni ppubblikata b’mod volontarju, din tal-aħħar ma tkunx eżegwibbli fir-rigward ta’ partijiet terzi; partijiet terzi jistgħu madankollu joqogħdu fuq it-traduzzjonijiet divulgati volontarjament, sakemm il-kumpanija ma turix li l-partijiet terzi kienu jafu bil-verżjoni li kienet suġġetta għall-iżvelar obbligatorju.

Id-dokumenti meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, li huma kklassifikati bħala atti uffiċjali, għandhom jiġu ppreżentati lill-uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ skont il-liġi.

Online

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u d-dokumenti meħtieġa mil-liġi jistgħu jintbagħtu b’mod elettroniku, jiġifieri permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-servizz elettroniku jew permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaposta elettronika, b’firma elettronika kwalifikata inkluża, mehmuża jew marbuta.

Kif jiġu rrieżaminati l-applikazzjonijiet sottomessi?

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ tiġi deċiża mir-reġistratur, abbażi tad-dokumenti, fi żmien jum tax-xogħol mir-reġistrazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni.

Jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn relatati, jew il-forma standard tad-dokument ta’ inkorporazzjoni, skont il-każ, ma jkunux kompluti jew ma jissodisfawx ir-rekwiżiti legali dwar l-istabbiliment, l-inkorporazzjoni, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-professjonisti li jridu jirreġistraw jew jekk ir-reġistratur iqis li huma meħtieġa aktar informazzjoni jew dokumenti sabiex jipproċessa l-applikazzjoni, huwa joħroġ ordni biex jistabbilixxi terminu ta’ mhux aktar minn 15-il jum kalendarju li fih id-dokumenti jridu jiġu kkoreġuti jew finalizzati.

It-terminu u r-raġunijiet għall-posponiment jiġu ppubblikati fil-portal tas-servizz elettroniku tal-ONRC u jistgħu jiġu kkonsultati wkoll fl-istazzjonijiet tax-xogħol stabbiliti fil-bini tal-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ.

It-terminu għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u dak għall-ħruġ tad-dokumenti meħtieġa bil-liġi jiġu riveduti kif xieraq.

Jekk l-applikant jikkoreġi/jiffinalizza l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni qabel ma jiskadi t-terminu stabbilit mir-reġistratur u jitlob reviżjoni tat-terminu għall-ipproċessar, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiġi pproċessata fil-jum wara dak tal-korrezzjoni/finalizzazzjoni.

Jekk l-applikant jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, kif stabbilit fl-ordni għall-posponiment, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiġi miċħuda.

Jekk l-applikant jirrinunzja għar-riżoluzzjoni tal-applikazzjoni mressqa lill-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali u jekk l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jiġu miċħuda, it-tariffa għall-pubblikazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija għandha tiġi rritornata jekk tkun tħallset.

Fuq talba tal-parti kkonċernata jew tar-rappreżentant tagħha, tiġi organizzata seduta pubblika sabiex tiġi pproċessata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

L-effetti legali tar-reġistrazzjoni

L-effett tal-entrati fuq terzi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ hawn taħt jiddikjaraw li partijiet terzi jistgħu joqogħdu fuq l-informazzjoni u d-dokumenti fir-Reġistru tal-Kummerċ, f'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji:

1. Skont l-Artikolu 4(1) tal-Liġi Nru 265/2022, ir-Reġistru tal-Kummerċ huwa s-servizz ta’ interess pubbliku ġenerali għar-reġistrazzjoni u d-divulgazzjoni ta’ professjonisti li jkunu kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali u negozji tal-familja, u ta’ professjonisti li jkunu kumpaniji, kumpaniji Ewropej, kumpaniji kooperattivi, kumpaniji kooperattivi Ewropej, organizzazzjonijiet ta’ kreditu kooperattivi, gruppi b’interess ekonomiku u gruppi Ewropej b’interess ekonomiku li jkollhom l-uffiċċju reġistrat fir-Rumanija, kif ukoll għar-reġistrazzjoni u d-divulgazzjoni tal-fergħat tagħhom u tal-fergħat tal-persuni ġuridiċi elenkati hawn fuq, li l-uffiċċju reġistrat tagħhom jinsab barra mill-pajjiż.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 43(1) tal-Liġi Nru 265/2022, matul l-attività tagħhom jew fi tmiemha, il-professjonisti msemmija fl-Artikolu 4(1) għandhom jitolbu li r-referenzi relatati mad-dokumenti u l-atti suġġetti għar-reġistrazzjoni statutorja jiddaħħlu fir-reġistru.

L-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ tiġi pprovduta u l-kopji tad-dokumenti relatati jinħarġu skont l-Artikolu 11 tal-Liġi Nru 265/2022 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ u li temenda u tissupplimenta atti leġiżlattivi oħrajn rilevanti għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ:

1. Ir-Reġistru tal-Kummerċ huwa disponibbli għall-pubbliku. L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ joħroġ, fuq talba u bl-ispejjeż tal-parti interessata, bir-Rumen, f’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, informazzjoni u ċertifikati dwar l-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ kif ukoll ċertifikati li jikkonfermaw jekk ġiex irreġistrat dokument jew att partikolari jew le, kopji u/jew kopji ċċertifikati tad-dokumenti kollha rreġistrati jew sottomessi, jew ta’ kwalunkwe parti minnhom, fil-formola sottomessa b’appoġġ għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni.

2. It-talba għal informazzjoni u dokumenti għandha jew tiġi ppreżentata lill-front desk, jew tintbagħat bil-posta jew b’servizzi ta’ kurrier jew b’mezzi elettroniċi, flimkien ma’ kopja tad-dokument tal-identità, ħlief meta t-talba tiġi ffirmata bl-użu tal-firma elettronika kwalifikata.

3. L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ joħroġ id-dokumenti msemmija fil-punt 1 jew b’mezzi elettroniċi, jiġifieri f’forma elettronika, iffirmata bl-użu tal-firma elettronika kwalifikata jew tat-timbru elettroniku kwalifikat, fejn applikabbli, jew f’forma stampata, fl-uffiċċju rreġistrat tal-ONRC jew fl-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ, jew bil-posta jew b’servizzi ta’ kurrier.

4. Il-kopji jiġu ċċertifikati kif xieraq. Il-kopji elettroniċi jiġu ċċertifikati billi tiżdied il-firma elettronika. Kopji mhux formalment iċċertifikati jistgħu jinħarġu wkoll fuq talba.

5. Il-kopji f’forma elettronika tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandhom ikunu wkoll disponibbli pubblikament permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri tal-kummerċ.

6. Id-dokumenti riċevuti, jiġifieri dawk mibgħuta b’mezzi elettroniċi, għandhom jiġu ttrattati wkoll permezz ta’ interkonnessjoni mal-Punt ta’ Kuntatt Uniku (PSC) elettroniku, minn hawn ’il quddiem il-“PSC”, skont l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 49/2009 dwar il-libertà tal-istabbiliment tal-fornituri tas-servizzi u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fir-Rumanija, approvat kif emendat u ssupplimentat bil-Liġi Nru 68/2010, kif emendata sussegwentement.

7. Għandu jintalab ħlas skont sistema ta’ klassifikazzjoni għall-informazzjoni u d-dokumenti maħruġa, kif stabbilit permezz ta’ ordni tal-Ministru tal-Ġustizzja, li ma jistax jaqbeż l-ispejjeż amministrattivi meħtieġa għall-ħruġ tal-informazzjoni jew tad-dokumenti kkonċernati u li jinkludi l-ispejjeż għall-iżvilupp u għaż-żamma tar-reġistru kummerċjali.

8. L-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-punt 1 għandhom jinħarġu mingħajr ħlas lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-istituzzjonijiet u lill-missjonijiet diplomatiċi akkreditati fir-Rumanija.

9. L-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tinħareġ mingħajr ħlas lil persuni ġuridiċi għajr dawk elenkati fil-punt 8 jekk ikun espressament previst mil-liġi.

10. L-ONRC u l-uffiċċji tar-reġistru kummerċjali għandhom joħorġu informazzjoni speċifika rreġistrata fir-reġistru kummerċjali, li tista’ tintuża biss għal skopijiet ta’ informazzjoni pubblika, lill-ġurnalisti u lir-rappreżentanti tal-media tal-massa, mingħajr ħlas.

L-eżegwibilità tad-dokumenti u l-atti ta’ persuni suġġetti għall-obbligu li jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Kummerċ hija prevista fl-Artikolu 46 tal-Liġi Nru 265/2022 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ u li temenda u tissupplimenta atti leġiżlattivi oħra rilevanti għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ:

  1. Ir-reġistrazzjoni u r-referenzi jistgħu jiġu eżegwiti kontra partijiet terzi minn dakinhar li jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Kummerċ, jew jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jew fil-Bullettin Elettroniku tar-Reġistru tal-Kummerċ, kif previst mil-liġi.
  2. Persuni suġġetti għall-obbligu li jitolbu li tiddaħħal reġistrazzjoni ma jistgħux jippretendu l-eżegwibilità kontra partijiet terzi ta’ dokumenti jew atti mhux irreġistrati, sakemm ma jkunux jistgħu jippruvaw li dawk il-partijiet terzi kienu jafu b’dawk id-dokumenti u atti. Madankollu, il-partijiet terzi dejjem jistgħu jinvokaw dokumenti jew atti li ma jkunux ġew iddivulgati, sakemm il-fatt li ma ġewx iddivulgati ma jikkanċellax l-effett tagħhom.
  3. L-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu u fil-portal tas-servizzi elettroniċi u jippreżenta għall-pubblikazzjoni fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika informazzjoni aġġornata dwar il-liġi nazzjonali fir-rigward tal-pubblikazzjoni u l-eżegwibilità kontra terzi ta’ dokumenti, atti u referenzi ta’ persuni meħtieġa li jirreġistraw fir-reġistru kummerċjali.”

Barra minn hekk, il-kumpaniji huma suġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet speċjali li ġejjin f’dan ir-rigward, jiġifieri l-Artikoli 50 sa 51 tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-Kumpaniji, ippubblikata mill-ġdid kif sussegwentement emendata u ssupplimentata:

L-Artikolu 50

1. Dokumenti jew atti li ma jkunux ġew ippubblikati kif stipulat mil-liġi ma jistgħux jiġu eżegwiti kontra terzi, sakemm il-kumpanija ma tippreżentax provi li dawk it-terzi kienu jafu bihom.

2. L-operazzjonijiet imwettqa mill-kumpanija qabel is-16-il jum mid-data tad-divulgazzjoni meħtieġa mil-liġi ma jistgħux jiġu eżegwiti kontra partijiet terzi li juru li kien impossibbli għalihom li jkunu jafu b’tali operazzjonijiet.

Artikolu 51

1. Madankollu, il-partijiet terzi dejjem jistgħu jinvokaw dokumenti jew atti li ma jkunux ġew iddivulgati, sakemm il-fatt li ma ġewx iddivulgati ma jikkanċellax l-effett tagħhom.

Skont l-Artikolu 7(1) tal-Liġi Nru 265/2022, ir-Reġistru tal-Kummerċ huwa mfassal biex jinkludi l-kategoriji tar-reġistru li ġejjin:

  1. reġistru għar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji, kumpaniji nazzjonali, intrapriżi nazzjonali, korporazzjonijiet pubbliċi, gruppi ta’ interess ekonomiku, kumpaniji Ewropej, gruppi Ewropej b'Interess Ekonomiku, u persuni ġuridiċi oħra espressament previsti mil-liġi, li l-uffiċċju reġistrat tagħhom jinsab fir-Rumanija, u tal-fergħat tagħhom u, fejn applikabbli, il-fergħat ta’ persuni ġuridiċi li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom barra mill-pajjiż;
  2. reġistru għar-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji kooperattivi u kumpaniji kooperattivi Ewropej li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fir-Rumanija, il-fergħat tagħhom u, fejn applikabbli, il-fergħat ta’ kumpaniji kooperattivi jew kumpaniji kooperattivi Ewropej li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom barra mill-pajjiż;
  3. reġistru għar-reġistrazzjoni ta’ kummerċjanti waħdiena; impriżi individwali u negozji tal-familja li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom u, fejn applikabbli, siti ta’ xogħol fir-Rumanija.

2. Skont l-Artikolu 5(1) tal-Liġi Nru 265/2022, ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ hija bbażata fuq l-ordni tar-reġistratur għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jew, fejn applikabbli, fuq deċiżjoni finali tal-qorti jew fuq deċiżjoni eżegwibbli, kif previst mil-liġi. Meta r-reġistrazzjoni tiġi ordnata minn qorti, din tista’ ssir ukoll abbażi tad-dokument proċedurali li jkun fih il-parti operattiva tad-deċiżjoni tal-qorti.

3. Skont l-Artikolu 107(2) tal-Liġi Nru 265/2022, id-data tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ għandha tkun id-data effettiva tad-dħul fir-Reġistru.

4. Skont l-Artikolu 107(3) tal-Liġi Nru 265/2022, ir-reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tal-Kummerċ għandhom jiddaħħlu fi żmien 24 siegħa mid-data tal-ordni maħruġa mir-reġistratur.

5. Skont l-Artikolu 6(1) tal-Liġi Nru 265/2022, ir-Reġistru tal-Kummerċ jinżamm mill-ONRC f’forma kompjuterizzata u r-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ u f’reġistri oħra miżmuma mill-ONRC issir b’mod elettroniku.

Diskrepanzi bejn l-entrati fir-reġistru u l-pubblikazzjoni tagħhom

Ir-reġistrazzjoni u r-referenzi jistgħu jiġu eżegwiti kontra partijiet terzi minn dakinhar li jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Kummerċ, jew jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jew fil-Bullettin Elettroniku tar-Reġistru tal-Kummerċ, kif previst mil-liġi.

L-operazzjonijiet imwettqa minn persuna fiżika jew ġuridika qabel is-16-il jum mid-data tar-reġistrazzjoni tagħhom fir-Reġistru tal-Kummerċ ma jistgħux jiġu eżegwiti kontra partijiet terzi li juru li kien impossibbli għalihom li jkunu jafu b’tali operazzjonijiet.

Persuni suġġetti għall-obbligu li jitolbu li tiddaħħal reġistrazzjoni ma jistgħux jippretendu l-eżegwibilità kontra partijiet terzi ta’ dokumenti jew atti mhux irreġistrati, sakemm ma jkunux jistgħu jippruvaw li dawk il-partijiet terzi kienu jafu b’dawk id-dokumenti u atti. Madankollu, il-partijiet terzi dejjem jistgħu jinvokaw dokumenti jew atti li ma jkunux ġew iddivulgati, sakemm il-fatt li ma ġewx iddivulgati ma jikkanċellax l-effett tagħhom.

Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 16(1) tal-Liġi Nru 265/2022 jintbagħtu b’mod elettroniku mill-uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ lill-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija għall-pubblikazzjoni fi żmien mhux aktar minn 3 ijiem ta’ xogħol mid-data tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ.

F’każ ta’ inkonsistenza bejn l-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ u dawk fid-dokumenti mehmuża fil-fajl tal-professjonist elenkat fir-Reġistru tal-Kummerċ, kif previst fl-Artikolu 8 tal-Liġi Nru 265/2022, l-entrati fir-reġistru jipprevalu fil-konfront ta’ partijiet terzi.

Fir-rigward tad-dokumenti u l-informazzjoni ppubblikati fil-Bullettin jew, fejn applikabbli, fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jekk ikun hemm xi inkonsistenza bejniethom u d-dokumenti rreġistrati fir-reġistru, dawn tal-aħħar jipprevalu fil-konfront ta’ partijiet terzi.

Jekk l-inkonsistenza msemmija hawn fuq isseħħ għal raġunijiet li ma jkunux attribwibbli għall-professjonist ikkonċernat, l-uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ jew, fejn applikabbli, il-Korporazzjoni Pubblika “Monitorul Oficial” tikkoreġi l-entrata fir-reġistru, b’mod aktar speċifiku, din tippubblika mill-ġdid it-test rettifikat, fil-forma ta’ estratt, bi spejjeż tagħha stess, fuq talba tal-professjonist.

Min hu responsabbli għall-akkuratezza tar-rekords?

Id-dokumenti u l-atti meħtieġa mil-liġi jiġu elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ, meta jkun applikabbli, fuq talba ta’ persuni fiżiċi u/jew ġuridiċi suġġetti għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni, ta’ kwalunkwe parti interessata oħra jew fuq inizjattiva proprja.

Matul l-attività tagħhom jew fi tmiemha, il-professjonisti msemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Liġi Nru 265/2022 għandhom jitolbu li r-referenzi relatati ma’ dokumenti u atti suġġetti għal reġistrazzjoni statutorja jiddaħħlu fir-reġistru fi żmien mhux aktar minn 15-il jum mid-data meta jkunu tfasslu d-dokumenti jew meta l-atti suġġetti għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni jkunu twettqu.

L-entrati jiddaħħlu fir-reġistru wkoll fuq talba ta’ partijiet interessati, fil-każijiet previsti mil-liġi, sa mhux aktar tard minn 30 jum mid-data meta jkunu saru jafu bid-dokument jew bl-att suġġett għar-reġistrazzjoni.

L-applikanti u, fejn applikabbli, ir-rappreżentanti legali/l-aġenti tagħhom jinżamm responsabbli, skont il-liġi, għal-legalità, l-awtentiċità u l-akkuratezza tad-data fl-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni u fid-dokumenti ta’ sostenn għalihom.

Skont l-Artikolu 5(1) tal-Liġi Nru 265/2022, ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ hija bbażata fuq l-ordni tar-reġistratur għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jew, fejn applikabbli, fuq deċiżjoni finali tal-qorti jew fuq deċiżjoni eżegwibbli, kif previst mil-liġi. Meta r-reġistrazzjoni tiġi ordnata minn qorti, din tista’ ssir ukoll abbażi tad-dokument proċedurali li jkun fih il-parti operattiva tad-deċiżjoni tal-qorti.

Skont l-Artikolu 107 tal-Liġi Nru 265/2022, jekk ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti legali għall-istabbiliment, l-inkorporazzjoni, l-organizzazzjoni u l-funzjonament ta’ professjonisti li huma obbligati jirreġistraw, ir-reġistratur joħroġ ordni għall-ammissjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fi żmien jum ta’ xogħol mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni mal-uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ jew, fejn applikabbli, mid-data meta jkunu saru l-formalitajiet kollha u jkunu waslu d-dokumenti u l-informazzjoni kollha, kif ordnat mir-reġistratur, għall-inkorporazzjoni u għar-reġistrazzjoni.

Id-data tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ hija d-data effettiva tad-dħul f’dak ir-reġistru.

Ir-reġistrazzjonijiet fir-Reġistru tal-Kummerċ għandhom jiddaħħlu fi żmien 24 siegħa mid-data tal-ordni maħruġa mir-reġistratur.

Il-persuni ġuridiċi jiksbu personalità ġuridika fid-data tad-dħul effettiv fir-Reġistru tal-Kummerċ.

L-ordni tar-reġistratur hija eżegwibbli, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, u hija suġġetta biss għal proċedura ta’ lment. L-ilment ma jissospendix l-eżekuzzjoni. Il-proċedimenti li permezz tagħhom tittieħed deċiżjoni biex jiddaħħlu rekords fir-Reġistru tal-Kummerċ jitwettqu mill-persunal tal-ORCT.

Proċeduri għall-protezzjoni tad-data

Il-proċeduri relatati mad-drittijiet tas-suġġett tad-data rigward il-pubblikazzjoni u l-ħżin tad-data personali tiegħu

Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, kif previst fl-atti leġiżlattivi li jirregolaw l-attività tar-reġistru tal-kummerċ, l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ u l-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali/mal-uffiċċji territorjali jiġbru u jipproċessaw data u informazzjoni, inkluża data personali, li huma koperti mid-
dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data).

Bħala kontrollur tad-data personali, l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ stabbilixxa miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati bl-għan li jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet legali kollha dwar il-protezzjoni u l-ipproċessar tad-data personali.

Id-data personali ta’ persuna fiżika tinġabar għal skopijiet definiti, espliċiti u leġittimi u ma tiġix sussegwentement ipproċessata b’mod li jkun inkompatibbli ma’ dawn l-għanijiet (il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop).

Id-data personali pprovduta mill-applikanti meta jimlew/jippreżentaw l-applikazzjonijiet u meta jissottomettu l-atti/id-dokumenti ta’ appoġġ tiġi pproċessata bl-għan li jitwettqu l-obbligi/il-kompiti/il-funzjonijiet speċifiċi ewlenin tar-Reġistru tal-Kummerċ.

L-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ diġitali ċentrali/fis-sistema ta’ informazzjoni integrata tinħażen għal perjodu mhux limitat. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni (formoli) fir-Reġistru tal-Kummerċ, li jiġu ppreżentati għall-fini tar-reġistrazzjoni tal-professjonist, tad-dħul ta’ rekords fir-reġistru dwar id-dokumenti u l-atti tal-professjonisti, kif ukoll id-dokumenti ppreżentati b’appoġġ għalihom jiġu arkivjati fil-fajl (stampat u elettroniku) tal-professjonist.

Il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti maħruġa bħala riżultat tad-dħul ta’ reġistrazzjonijiet fir-reġistru tal-kummerċ/imħejjija mill-persunal tal-helpdesk tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u tali data hija limitata għall-kunjom u l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u l-pajjiż ta’ residenza tal-persuni kkonċernati, sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor.

L-informazzjoni dwar id-data personali li tista’ tiġi ppubblikata, b’referenza għall-persuni fiżiċi li jaġixxu f’ċerta kapaċità/li jkollhom pożizzjoni ma’ professjonist imdaħħal fir-Reġistru tal-Kummerċ, hija din li ġejja: il-kunjom u l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u l-pajjiż ta’ residenza, ħlief fejn l-applikant ikun entità li jkollha aċċess għad-data personali skont il-liġi.

Il-kopji jew il-kopji ċċertifikati tad-dokumenti mehmuża fil-folder tal-professjonist irreġistrat fir-Reġistru tal-Kummerċ, li jinħarġu lill-applikanti, għandhom jinkludu biss: il-kunjom u l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u l-pajjiż ta’ residenza tal-persuni elenkati f’dawk id-dokumenti, ħlief fejn l-applikant ikun entità li jkollha aċċess għad-data personali skont il-liġi.

L-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet u mal-istituzzjonijiet pubbliċi, skont il-protokolli ta’ kooperazzjoni konklużi bl-għan li jikkonformaw ma’ obbligu statutorju espliċitu, irid ikun konsistenti mar-regoli legali dwar il-protezzjoni tal-persuni fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.

Il-lista ta’ awtoritajiet u istituzzjonijiet pubbliċi li magħhom l-ONRC jikkonkludi protokolli ta’ kooperazzjoni tinsab fuq is-sit web tal-ONRC.

L-informazzjoni pprovduta, ir-reġistrazzjonijiet ta’ qabel u ċ-ċertifikati maħruġa mill-ONRC u mill-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ, kif ukoll il-kopji jew il-kopji ċċertifikati tad-dokumenti sottomessi b’appoġġ għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom jinkludu d-data personali kollha rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ, meta tali data tiġi trażmessa fuq talba tas-suġġetti tad-data jew tal-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti, skont obbligu statutorju, għall-finijiet ta’ konformità ma’ obbligu statutorju jew fl-eżerċizzju tad-dmirijiet, iżda d-data li ġejja biss għandha tintbagħat lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, inklużi istituzzjonijiet pubbliċi oħra, skont l-Artikolu 11(1) tal-Liġi Nru 265/2022: il-kunjom u l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u l-pajjiż ta’ residenza.

L-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ jiżgura li s-suġġetti tad-data jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 679/2016: id-dritt tal-informazzjoni u l-aċċess għal data personali u r-rettifika jew it-tħassir tagħha, id-dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, id-dritt għall-portabbiltà tad-data, id-dritt għal oġġezzjoni, id-dritt li ma jkunux suġġett għal deċiżjoni bbażata biss fuq l-ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili, id-dritt li jressqu lment lill-Awtorità Nazzjonali ta’ Sorveljanza tal-Ipproċessar tad-Data Personali [Autoritatea Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal] (B-dul G-ral Gheorghe Magheru nru 28–30, settur 1, Bucharest).

Id-drittijiet imsemmija hawn fuq, suġġetti għar-rekwiżiti u l-eċċezzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 679/2016, jistgħu jiġu eżerċitati billi tintbagħat talba bil-miktub, debitament datata u ffirmata, bil-posta, fl-indirizz li ġej: Bucharest, Bd. Unirii, nr. 74, bl. J3b, tronson II+III, settur 3, kodiċi postali: 030837 jew bil-posta elettronika fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadatepersonale@onrc.ro.

Skont l-Artikolu 37 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, inħatar uffiċjal tal-protezzjoni tad-data personali fi ħdan l-istituzzjoni, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma ppubblikati fuq is-sit web taħt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaData personali.

Dettalji ta’ kuntatt

Id-dettalji ta’ kuntatt jinsabu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit uffiċjali tar-Reġistru tal-Kummerċ tar-Rumanija

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ tar-Rumanija

L-aħħar aġġornament: 03/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Sloven ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Slovenja

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tas-Slovenja.

X’fih ir-reġistru kummerċjali Sloven (Poslovni register Slovenije)?

Ir-Reġistru Kummerċjali Sloven (PRS )huwa mmaniġġjat mill-Aġenzija tar-Repubblika tas-Slovenja għar-Reġistrazzjonijiet Legali Pubbliċi u Servizzi Relatati (Agencija Republike Slovenije za javnopravne evidence in storitve – AJPES).

Ir-reġistru kummerċjali Sloven huwa l-bażi tad-dejta ċentrali pubblika ta' informazzjoni dwar in-negozji kollha b'uffiċċju rreġistrat fis-Slovenja li huma involuti f’attivitajiet bi qligħ jew mingħajr skop ta’ qligħ u ta' informazzjoni dwar sussidjarji u diviżjonijiet oħra ta' dawk in-negozji. Ir-reġistru fih ukoll informazzjoni dwar is-sussidjarji ta' negozji barranin li jwettqu attivitajiet fis-Slovenja. Ir-reġistru jinkludi l-kategoriji li ġejjin:

  • kumpaniji (sħubiji u korporazzjonijiet)
  • kummerċjanti waħdanin
  • entitajiet ġuridiċi rregolati mil-liġi pubblika
  • entitajiet ġuridiċi rregolati mil-liġi privata
  • soċjetajiet
  • persuni fiżiċi li jwettqu attivitajiet reġistrati jew regolati
  • sussidjarji u diviżjonijiet oħra ta’ negozji
  • uffiċji prinċipali ta' negozji barranin
  • unitajiet oħra.

Għal kull reġistrazzjoni fir-reġistru Kummerċjali Sloven hemm disponibbli firxa ta' dejta ta’ reġistrazzjoni (numru tal-identifikazzjoni, isem il-kumpanija, numru tal-faks, dettalji dwar ir-rappreżentanti u l-fundaturi, eċċ.).

  • aċċess dirett għall-informazzjoni permezz tal-applikazzjoni ePRS, u
  • għoti ta’ informazzjoni għall-użu mill-ġdid.

X’jinkludi?

Applikazzjoni ePRS

L-applikazzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaePRS tippermetti lill-utent jaċċedi informazzjoni dwar reġistrazzjonijiet individwali fir-reġistru kummerċjali Sloven għal negozji li jwettqu attivitajiet ekonomiċi fir-Repubblika tas-Slovenja.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali Sloven huwa bi ħlas?

L-aċċess huwa bla ħlas, imma l-utenti jridu jilloggjaw fil-portal (utenti ġodda jridu jirreġistraw l-ewwel).

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru kummerċjali Sloven

L-utenti jridu jilloggjaw fil-portal biex ikunu jistgħu jfittxu fir-reġistru. Wieħed jista’ jaċċedi għad-dejta billi jdaħħal il-kriterji tat-tiftix f’kaxxa waħda jew aktar, jew billi jagħżel il-kriterji tat-tiftix mill-menu li jinżel. Il-kriterju tat-tiftix jista’ jkun wieħed minn dawn: dejta, parti mid-dejta (kelma), jew bidu ta' kelma. Huwa possibbli tiftix bin-numru tal-identifikazzjoni, bin-numru tat-taxxa, bl-isem tal-kumpanija, bl-isem tat-triq u n-numru, bil-muniċipalità, eċċ.

Aġġornar

Id-dejta tiġi aġġornata kuljum.

Għoti ta’ informazzjoni għall-użu mill-ġdid:

AJPES jipprovdi s-servizzi li ġejjin għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaużu mill-ġdid ta' informazzjoni mir-reġistru kummerċjali:

  • forniment kuljum, kull ġimgħa jew kull xahar ta’ dejta dwar ir-reġistrazzjonijiet kollha, f’format twil jew qasir,
  • forniment kull xahar ta' dejta dwar in-negozji elenkati fir-reġistru tal-qorti (Sodni register) f'format twil jew qasir,
  • forniment kull xahar ta’ dejta dwar proprjetarji waħdanin f’format twil jew qasir,
  • forniment ta' dejta permezz ta' servizz tal-internet, f'format twil, qasir jew minimu (ara),
  • forniment ta' dejta bbażata fuq ordni speċifika f’format twil jew qasir,
  • proċessar ta' dejta miġbura skont il-kriterji stabbiliti mill-utent (dejta numerika).

Kull tliet xhur l-AJPES toffri ħarsa ġenerali bla ħlas lejn ir-reġistru kummerċjali Sloven kollu fil-format XML b’għażla prestabbilita ta’ informazzjoni għall-użu mill-ġdid.

Ipprezzar

L-AJPES tiċċarġja tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni pubblika mir-reġistru kummerċjali Sloven, kif stabbiliti
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafir-Rati tat-tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni pubblika mir-reġistru kummerċjali Sloven (Tarifa nadomestil za ponovno uporabo informacij javnega značaja Poslovnega registra Slovenije) (ħolqa għall-bażi tad-dejta tal-leġiżlazzjoni Slovena).

Kemm huma affidabbli d-dokumenti li jinsabu fir-reġistru?

Partijiet terzi jistgħu jikkwotaw l-informazzjoni u kull tip ta’ dokument imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti, fuq il-bażi tal-liġijiet li ġejjin.

- L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-Kumpaniji (Zakon o gospodarskih družbah) (Uradni list RS (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja (UL RS), Nru 65/09 - verżjoni konsolidata uffiċjali, 33/11, 91/11, 32/12, 57/12, 44/13 - Digriet tal-Qorti Kostituzzjonali u 82/13; minn issa ‘l quddiem: ZGD-1), li huwa att sistemiku li jirregola r-regoli bażiċi dwar l-istatus legali tal-korporazzjonijiet għat-twaqqif u l-operat ta’ kumpaniji, kummerċjanti waħdanin, persuni relatati, gruppi b’interess ekonomiku u sussidjarji ta’ kumpaniji barranin, u kwalunkwe bidla fl-istatus legali tagħhom.

-L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tar-Reġistru tal-Qorti (Zakon o sodnem registru) (UL RS, Nri 54/07 - verżjoni uffiċjali konsolidata, 65/08, 49/09 u 82/13 - ZGD-1H, minn hawn 'il quddiem: ZSReg), li jirregola r-reġistru tal-qorti, jiddefinixxi l-informazzjoni mdaħħla fir-reġistru tal-qorti, ir-regoli ta’ proċedura li permezz tagħha qorti kompetenti tiddeċiedi dwar l-entrati fir-reġistru tal-qorti, u r-regoli dwar kif l-AJPES tamministra r-reġistru tal-qorti. Din il-liġi tirregola wkoll il-proċeduri li jiffurmaw parti mis-sistema Vse na enem mestu (One-Stop Shop).

- L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tar-Reġistru Kummerċjali Sloven (Zakon o Poslovnem registru Slovenije) (UL RS, Nri 49/06 u 33/07 - ZSReg-B, minn hawn 'il quddiem: ZPRS-1), li jirregola ż-żamma u l-manutenzjoni tar-Reġistru Kummerċjali Sloven (PRS), jiddefinixxi l-entrati fir-reġistru kummerċjali, kif jiġu identifikati u l-użu obbligatorju ta’ dik l-ID, il-kontenut tar-reġistru kummerċjali u l-akkwist ta’ informazzjoni li jżomm ir-reġistru, u jiddefinixxi l-proċedura biex isiru entrati fir-reġistru kummerċjali, l-informazzjoni miżjuda jew definita mill-amministratur tar-reġistru malli ssir entrata, l-użu tad-dejta tar-reġistru kummerċjali u l-ħażna tad-dokumentazzjoni.

L-aċċess għar-Reġistru Kummerċjali Sloven huwa bi ħlas?

Iva, l-aċċess huwa bla ħlas. Madankollu, l-utenti jridu jilloggjaw fil-portal biex jidħlu fih.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaposlovni register (bis-Sloven),Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida reġistru kummerċjali (bl-Ingliż)

L-aħħar aġġornament: 23/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Slovakkja

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali Slovakk.

X'informazzjoni fih ir-reġistru kummerċjali?

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaObchodný register [ir-reġistru kummerċjali] huwa lista pubblika li fiha data statutorja li tikkonċerna lill-imprendituri, lill-kumpaniji u lil entitajiet ġuridiċi oħrajn, meta dan ikun meħtieġ minn leġiżlazzjoni separata.

Il-lista hija amministrata, mil-lat tekniku u ta’ programmazzjoni, mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisterstvo spravodlivosti Slovenskej republiky [il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka].

Ir-reġistru kummerċjali jinżamm mir-registrové súdy [il-Qrati tar-Reġistru] (il-Qorti Distrettwali fis-sede tal-Qorti Reġjonali).

L-aċċess għar-reġistru tan-negozju huwa bla ħlas?

Ir-reġistru kummerċjali u r-reġistru tad-dokumenti huma miftuħa għal kulħadd. Aċċess għar-reġistru kummerċjali u estratti minnu huma suġġetti għal ħlas.

Madankollu, jekk xi ħadd jitlob estratt elettroniku mir-reġistru kummerċjali jew kopja elettronika ta’ dokument iddepożitat jew konferma elettronika li dokument partikolari ma jkunx ġie ddepożitat fir-reġistru tad-dokumenti, il-qorti tar-reġistru toħroġ id-dokumenti rilevanti elettronikament u mingħajr ħlas.

Huwa possibbli wkoll li tapplika mingħajr ħlas għal estratt mir-reġistru kummerċjali, għal kopja ta’ dokument iddepożitat jew għal konferma li dokument partikolari ma ġiex iddepożitat fir-reġistru tad-dokumenti permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni għar-reġistri kummerċjali ċentrali, ir-reġistri kummerċjali u r-reġistri tal-kumpaniji (is-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS)).

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali

It-tiftix jista’ jsir bis-Slovakk u bl-Ingliż.

Tista' tfittex fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaobchodný register skont:

Kemm jista' wieħed joqgħod fuq id-dokumenti fir-reġistru?

L-Att Nru 513/1991 (il-Kodiċi Kummerċjali), kif emendat, jispeċifika meta tista’ tiġi invokata d-data mdaħħla fir-reġistru kummerċjali u, fejn xieraq, il-kontenut tad-dokumenti ddepożitati hemmhekk.

Id-data mdaħħla fir-reġistru kummerċjali hija effettiva fil-konfront ta' terzi mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha. Il-kontenut ta’ dokumenti li jridu jiġu ppubblikati bil-liġi huwa effettiv fir-rigward ta’ partijiet terzi mid-data ta’ notifika fil-Ġurnal Kummerċjali li d-dokumenti ġew depożitati fir-reġistru tad-dokumenti.

Minn dak il-punt 'il quddiem, terzi jistgħu jinvokaw id-data jew il-kontenut tad-dokumenti ppubblikati. Madankollu, dan ma japplikax jekk persuna rreġistrata tkun tista’ turi li parti terza kellha għarfien preċedenti tad-data jew tal-kontenut tad-dokument.

Madankollu, persuna rreġistrata ma tistax tinvoka data ppubblikata jew il-kontenut ta’ dokumenti fir-rigward ta’ terzi fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni tagħhom f’każijiet fejn it-terzi jkunu jistgħu juru li ma setgħux ikunu jafu minn qabel b’dik id-data jew dak il-kontenut tad-dokument.

Wara dak il-perjodu, wieħed jista’ joqgħod fuq id-data rreġistrata u l-kontenut tad-dokumenti ddepożitati fir-reġistru tad-dokumenti.

It-terzi dejjem jistgħu jinvokaw il-kontenut ta’ dokumenti jew data li tkun għadha ma ddaħħlitx fir-reġistru kummerċjali jew għadha ma ġietx iddepożitata fir-reġistru tad-dokumenti, sakemm dak il-kontenut jew data ma jkollhomx effett vinkolanti biss wara li jiddaħħlu fir-reġistru kummerċjali.

F'każ ta' diskrepanza bejn data rreġistrata u data ppubblikata jew bejn il-kontenut ta' dokumenti ddepożitati u ta’ dokumenti ppubblikati, il-persuna (il-kumpanija) irreġistrata tkun tista' toqgħod fuq il-verżjoni ppubblikata fil-konfront ta' terzi. Madankollu, jekk turi li parti terza kienet taf bil-kontenut tad-data rreġistrata jew bil-kontenut tad-dokument iddepożitat, hija tista’ toqgħod fuqhom.

L-istorja tar-reġistru kummerċjali

Ir-reġistru kummerċjali ġie stabbilit fl-1992 wara l-adozzjoni tal-Att Nru 513/1991 (il-Kodiċi Kummerċjali) u ħa post ir-reġistru tal-kumpaniji li kien hemm qabel.

Il-Kodiċi Kummerċjali (l-Artikoli 27- 34) emenda l-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistru kummerċjali sal-2004.

Fl-1 ta’ Frar 2004, l-Att Speċjali Nru 530/2003 dwar ir-reġistru kummerċjali u li jemenda ċerti atti oħra daħal fis-seħħ u introduċa rekwiżiti legali ġodda applikabbli għar-reġistru kummerċjali. Wara l-introduzzjoni tal-att speċjali, ir-responsabbiltà tal-aspett legali tar-reġistru kummerċjali tneħħiet parzjalment mill-Kodiċi tal-Kummerċ.

Issa r-reġistru kummerċjali jinżamm b’mod elettroniku. Ir-reġistru tad-dokumenti jinżamm fuq il-karta u elettronikament. (Mill-1 ta’ Ottubru 2020 ir-reġistru tad-dokumenti nżamm elettronikament sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Att Nru 530/2003 (l-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali)).

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru kummerċjali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru kummerċjali tar-Repubblika Slovakka

L-aħħar aġġornament: 25/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Finlandja

Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tan-negozju Finlandiż.

X'joffri r-reġistru tan-negozju Finlandiż?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord Nazzjonali għall-Privattivi u r-Reġistrazzjoni (BNPR) għandu u jżomm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidair-reġistru tan-negozju.

Ir-reġistru tan-negozju Finlandiż huwa reġistru pubbliku li fih informazzjoni dwar operaturi tas-suq (negozji). Bħala regola, kull negozju għandu jiddaħħal fir-reġistru. In-negozji għandhom ukoll jinnotifikaw dwar kull bidla fid-dettalji tar-reġistru tagħhom. Il-biċċa l-kbira tan-negozji jridu wkoll jissottomettu l-kontijiet annwali tagħhom lir-reġistru. Kull sena, jiġu reġistrati:

  • Madwar 40 000 negozju ġdid
  • Madwar 145 000 bidla fid-dettalji tal-kumpaniji reġistrati
  • Madwar 230 000 kont annwali.

Ir-reġistru tan-negozju jaqsam proċedura ta’ notifika konġunta u servizz tad-data mad-Dipartiment tat-Taxxa. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz ta' Informazzjoni dwar in-Negozji (SIN) huwa servizz ta' data b'xejn ipprovdut mill-BNPR u mid-Dipartiment tat-Taxxa imma li jinżamm mill-BNPR. Dan fih informazzjoni ta' kuntatt u identifikazzjoni dwar in-negozji, pereżempju:

  • L-isem tal-kumpanija ta’ negozju, u kull isem parallel jew awżiljarju tal-kumpanija
  • L-ID tan-negozju, il-forma u d-domiċilju tal-kumpanija
  • L-indirizz u informazzjoni ta' kuntatt oħra
  • Linja ta' negozju prinċipali
  • Ir-reġistri tad-Dipartiment tat-Taxxa u tal-BNPR li n-negozju jkun iddaħħal fihom
  • Informazzjoni dwar proċedimenti ta' terminazzjoni, interruzzjoni tan-negozju, falliment, likwidazzjoni jew riorganizzazzjoni.

In-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk tar-Reġistri Kummerċjali Ewropew, l-EBR huwa servizz ta’ informazzjoni għall-pajjiżi membri tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ewropea tar-Reġistri Kummerċjali, l-EBRA, li jipprovdi data tar-reġistru uffiċjali u affidabbli direttament mir-reġistru nazzjonali tan-negozju ta’ kull pajjiż.

Is-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS) hija sistema li tgħaqqad ir-reġistri tan-negozju tal-Istati Membri tal-UE, tal-Iżlanda, tal-Liechtenstein u tan-Norveġja. Din tista’ tintuża biex isir tiftix ta’ data dwar in-negozji rreġistrati fir-reġistri nazzjonali tan-negozju ta’ dawk il-pajjiżi.

L-aċċess għar-reġistru tan-negozju Finlandiż huwa mingħajr ħlas?

Id-data bażika tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas, iżda għal data oħra jintalab ħlas, bħall-persuni responsabbli f’negozju, il-linja operatorja rreġistrata fir-reġistru tan-negozju u informazzjoni dwar il-kapital.

Dan li ġej huwa kkunsidrat bħala data bażika:

  • Isem il-kumpanija
  • Nru tal-ID tan-negozju
  • Id-domiċilju
  • Il-forma tal-kumpanija
  • Il-lingwa tan-negozju (il-Finlandiż jew l-Iżvediż)
  • Id-data tar-reġistrazzjoni
  • L-iktar data reċenti tar-reġistrazzjoni
  • L-istatus tal-kumpanija
  • Il-kumpanija għandha xi ipoteki kummerċjali
  • Id-dettalji ta’ kuntatt

Kif tfittex fir-reġistru tan-negozji Finlandiż

Id-dettalji tal-operaturi tas-suq jiddaħħlu fir-reġistru tan-negozji abbażi ta' notifikazzjonijiet u komunikazzjonijiet irċevuti mill-awtorità tar-reġistrazzjoni kummerċjali. Ir-reġistru fih informazzjoni mogħtija kemm mill-operaturi tas-suq stess kif ukoll mill-qrati u awtoritajiet oħra.

Skont l-Artikolu 21a§ tal-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozju (129/1979), il-Bord Nazzjonali tal-Privattivi u r-Reġistrazzjoni (BNPR) jista' jaġġorna r-rekords tiegħu u, billi juża s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Popolazzjoni Finlandiża, jiċċekkja d-dettalji personali li l-klijenti jkunu pprovdew fin-notifiki u l-hemżiet tagħhom.

Skont l-Artikolu 21§ tal-Att dwar il-Projbizzjoni tan-Negozju, iċ-Ċentru tar-Reġistru Legali fil-Finlandja jipprovdi d-dettalji ta' projbizzjonijiet tan-negozju fis-seħħ lir-reġistru tan-negozju, u meta jibdew u jispiċċaw. Dawn id-dettalji mbagħad jiġu aġġornati fis-sistema tar-reġistru tan-negozju.

Il-kontenut tar-reġistru tan-negozju huwa ddeterminat mil-liġi Finlandiża. Il-leġiżlazzjoni Finlandiża li tirregola r-reġistru kummerċjali, it-tipi ta' kumpaniji u l-attivitajiet kummerċjali inġenerali tiddefinixxi liem dettalji jiddaħħlu għal tipi ta' kumpaniji differenti. (ara, pereżempju Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att dwar ir-Reġistru tan-NegozjuIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att dwar il-Kumpaniji b'Responsabbiltà LimitataIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att dwar is-Soċjetajiet).

Normalment, bħala minimu tiġi rreġistrata l-informazzjoni li ġejja għal kull tip ta' kumpanija:

  • Isem il-kumpanija
  • Domiċilju jew muniċipalità li l-kumpanija tiġi ġestita minnha
  • Linja operatorja
  • Min jirrappreżenta l-kumpanija
  • L-indirizz tal-kumpanija.

Meta ssir entrata fir-reġistru tan-negozju, din tiġi ppubblikata simultanjament permezz tas-servizz ta' informazzjoni elettroniku. Dan hu servizz pubbliku mingħajr ħlas li, apparti l-entrati ppubblikati, fih ukoll id-dettalji bażiċi ta' negozju. Tista’ tuża s-servizz biex tiċċekkja jekk negozju jkunx, pereżempju, ippreżenta l-bord tad-diretturi l-ġdid tiegħu għar-reġistrazzjoni jew issir taf liem negozji ġodda jkunu ġew reġistrati f'ċertu perjodu ta' żmien.

Bl-użu ta' dan is-servizz, tista' tfittex informazzjoni dwar kwalunkwe kumpanija billi tuża l-ID tan-negozju tagħha. L-ID jista' jiġi ċċekkjat fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar in-Negozji jekk ikun hemm bżonn. Data speċifika jew intervall ta' żmien jistgħu wkoll jintużaw bħala terminu tat-tiftix. Inkella, tista' ddejjaq it-tiftixa skont it-tip ta' reġistrazzjoni, jew skont il-muniċipalità jew il-provinċja. Ir-riżultat tat-tiftixa jkun fih id-dettalji bażiċi tal-kumpanija, jiġifieri isimha, l-ID tan-negozju u d-domiċilju. Ir-reġistrazzjoni ppubblikata jkun fiha, pereżempju, it-tip ta' reġistrazzjoni u l-intestaturi tal-entrati fir-reġistru.

Jiddaħħlu wkoll dettalji oħrajn fir-reġistru, skont it-tip ta' kumpanija. L-estratti mir-reġistru ta' negozji tal-istess tip jistgħu jidhru pjuttost differenti minn xulxin. Xi kumpaniji b'responsabbiltà limitata, pereżempju, jieħdu largament vantaġġ mill-possibbiltajiet offruti mill-Att dwar il-Kumpaniji; jiddeċiedu li joħorġu drittijiet ta' opzjoni u drittijiet speċjali oħra jew li jingħaqdu, u mbagħad jirrapportaw dawn id-dettalji biex jiddaħħlu fir-reġistru. Kumpaniji oħrajn, min-naħa l-oħra, jagħżlu li jirrapportaw biss il-livell minimu ta’ dettall li jrid jiġi ppreżentat biex jiddaħħal fir-reġistru. L-estratti mir-reġistru jirriflettu wkoll l-emendi għal-liġi. L-entrati fir-reġistru ta', pereżempju, kumpaniji b'responsabbiltà limitata, jistgħu jkunu differenti ħafna minn xulxin, skont jekk id-dettall li kellu jiġi rreġistrat ikunx ibbażat fuq deċiżjoni li tkun ittieħdet skont l-Att dwar il-Kumpaniji b'Responsabbiltà Limitata li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2006, jew għal deċiżjoni skont verżjoni aktar bikrija tal-Att.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti li hemm fir-reġistru?

L-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozju jistipula d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-data li trid tiddaħħal fir-reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha. L-Att jintitola lil kulħadd jaċċessa d-data, estratti u ċertifikati mir-reġistru tan-negozju. Parti terza bona fide tista' toqgħod fuq l-affidabilità tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistru.

Skont l-Artikolu 1a§ tal-Att, id-data kollha miżmuma fir-reġistru hija pubblika u kulħadd huwa intitolat jaċċessa data, estratti u ċertifikati mdaħħla fir-reġistru tan-negozju. Id-data tista' tiġi divulgata f'forma elettronika. Hemm eċċezzjoni biss għan-numri tal-ID personali ta' persuni fiżiċi u l-indirizzi tad-dar ta' persuni fiżiċi li jgħixu barra; dawn ma jkunux pubbliċi. Id-data dwar in-numri finali identifikanti tan-numru personali u l-indirizz tad-dar ta' persuni fiżiċi li jgħixu barra jiġu divulgati biss jekk id-divulgazzjoni tilħaq ir-rekwiżiti dwar il-proċeduri tal-awtorità stabbiliti fl-Artikolu 16(3)§ tal-Att dwar it-Trasparenza tal-Attivitajiet tal-Gvern. Inkella, il-pajjiż ta’ residenza jiġi divulgat minflok l-indirizz tad-dar.

L-Artikolu 26§ tal-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozju jistipula li parti terza b'bona fide tista' toqgħod fuq id-data mdaħħla u ppubblikata fir-reġistru. Id-data tiġi ppubblikata elettronikament direttament wara li tiddaħħal fir-reġistru. Il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas mis-servizz ta' informazzjoni tar-Reġistru tan-Negozju.

L-istorja tar-reġistru tan-negozju tal-Finlandja

Ir-reġistru jinkludi informazzjoni li tmur lura għall-1896.

Ħoloq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju Finlandiż tal-Privattivi u r-Reġistrazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tan-Negozju Finlandiż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Sistema ta’ Informazzjoni dwar in-Negozji

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ewropea tar-Reġistri Kummerċjali (EBRA)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIn-Netwerk tar-Reġistri Kummerċjali Ewropew (EBR)

Is-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar ir-Reġistru tan-Negozju

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att dwar il-Kumpaniji b'Responsabbiltà Limitata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att dwar is-Soċjetajiet

L-aħħar aġġornament: 05/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Svezja

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni ġenerali dwar ir-reġistru kummerċjali tal-Iżvezja.

Storja tar-reġistru nazzjonali

Meta ġie stabbilit?

Ir-reġistrazzjoni tan-negozji bdiet fl-1897.

Ir-reġistru tal-fergħat żdied fl-1955. (L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi ħa f’idejh ir-reġistrazzjoni tal-fergħat fl-1975).

L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi ħa f’idejh ir-reġistrazzjoni tal-banek u tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni mill-Awtorità Superviżorja Finanzjarja fl-2002.

Meta ġie diġitalizzat?

Skont it-tip ta’ data, l-informazzjoni ilha li ġiet diġitalizzata mill-1982. Mill-2002 kull informazzjoni li daħlet fir-reġistru ġiet ikkonvertita f’format diġitali.

Liġi applikabbli

Primarjament:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAktiebolagslagen (l-Att dwar il-Kumpaniji) (2005:551)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAktiebolagsförordningen (l-Ordinanza tal-Kumpaniji) (2005:559)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaÅrsredovisningslagen (l-Att dwar il-Kontijiet Annwali) (1995:1554)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFiliallagen (l-Att dwar il-Fergħat) (1992:160)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFilialförordningen (l-Ordinanza dwar il-Fergħat) (1992:308)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLag (2004:297) om bank- och finansieringsrörelse (l-Att dwar l-operazzjonijiet bankarji u finanzjarji)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFörordningen (2004:329) om bank- och finansieringsrörelse (l-Att dwar l-operazzjonijiet bankarji u finanzjarji)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLagen (1995:1559) om årsredovisning i kreditinstitut och värdepappersbolag (l-Att dwar il-kontijiet annwali fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFörsäkringsrörelselagen (l-Att dwar in-negozju tal-assigurazzjoni) (2010:2043)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFörsäkringsrörelseförordningen (l-Ordinanza dwar in-negozju tal-assigurazzjoni) (2011:257)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLagen (1995:1560) om årsredovisning i försäkringsföretag (l-Att dwar il-kontijiet annwali f’kumpaniji tal-assigurazzjoni)

X’informazzjoni joffri r-reġistru kummerċjali?

Min għandu d-dritt li jaċċessa r-reġistru?

Kulħadd jista’ jikseb informazzjoni mir-reġistru billi jikkuntattja lill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi jew billi jmur fuq is-sit web jew Näringslivsregistret [ir-Reġistru tal-kumpaniji].

X’informazzjoni fih ir-reġistru?

X’tip ta’ data tinħażen? (liema entitajiet huma rreġistrati fir-reġistru pubbliku, informazzjoni dwar l-insolvenza, kontijiet, eċċ.)

L-informazzjoni miżmuma tinkludi:

  • isem il-kumpanija
  • l-indirizz
  • l-uffiċċju reġistrat
  • in-numru tal-organizzazzjoni
  • informazzjoni dwar id-diretturi (membri tal-bord, firmatarji awtorizzati, CEO, awditur, eċċ.)
  • l-attività tan-negozju

(għal informazzjoni aktar dettaljata ara l-Kapitolu 2, it-Taqsimiet 14–17 tal-Ordinanza dwar il-Kumpaniji, l-Artikolu 4 tal-Ordinanza dwar il-Fergħat, u l-Kapitolu 4, l-Artikolu 19 tal-Ordinanza (2004:329) dwar l-operazzjonijiet bankarji u finanzjarji.

Liema dokumenti jiġu ffajljati/maħżuna (proċessi tal-kawżi, ġabriet ta’ dokumenti, statuti ta’ assoċjazzjoni, minuti ta’ laqgħat ġenerali, eċċ.)?

Id-dokumenti kollha li jridu jiġu ppreżentati għal kull tip ta’ kawża f’konformità mar-regoli fis-seħħ, pereżempju:

  • l-atti ta’ inkorporazzjoni
  • l-istatuti ta’ assoċjazzjoni
  • il-kontijiet annwali
  • in-notifiki
  • il-minuti tal-laqgħat ġenerali
  • il-minuti tal-bordijiet
  • ir-rapporti bankarji
  • ir-rapporti tal-awditjar
  • kwalunkwe dokument ieħor meħtieġ.

Kif nista’ nagħmel tfittxija (u x’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli)?

Personalment

Fir-reception hemm kompjuter disponibbli għall-viżitaturi biex ifittxu fir-reġistru. Tista’ wkoll tordna dokumenti mir-reġistru mir-reception.

Fuq is-sit web tar-reġistru

Mis-sit web, tista’ taċċessa:

  • ir-reġistru biex tara jekk kumpanija tkunx ippreżentat il-kontijiet annwali tagħha jew biex tfittex kawża partikolari,
  • is-servizz elettroniku ta’ Näringslivsregistret (fejn ċerta informazzjoni tkun mingħajr ħlas. Inkella, trid tirreġistra bħala klijent),
  • is-servizz elettroniku ta’ Sök företagsinformation [Fittex informazzjoni dwar il-kumpanija]

X’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli?

Tista’ tfittex skont in-numru tal-organizzazzjoni, in-numru tal-kawża, in-numru tal-Identità jew isem il-kumpanija.

Kif nista’ nikseb id-dokumenti?

Mingħajr ħlas?

L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi jitlob ħlas għad-dokumenti peress li huwa awtorità ffinanzjata minn tariffi.

Bi ħlas?

Billi tordna mingħandna. Tista’ tħallas bil-fattura jew bil-kard.

Kif nista’ nikseb silta mir-reġistru, kopja ċertifikata jew traskrizzjoni tad-dokumenti?

Billi tordna mingħandna, billi ċċemplilna, bil-posta elettronika jew bil-posta. Tista’ tħallas bil-fattura jew bil-kard.

Proċedura ta’ reġistrazzjoni

Kif nista’ nibda l-proċedura ta’ reġistrazzjoni (kif nippreżenta applikazzjonijiet lir-reġistru, iċ-ċertifikazzjoni tad-dokumenti, it-tip ta’ dokumenti li jridu jkunu mehmuża)?

Personalment

Int tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek u d-dokumenti meħtieġa għat-tip ta’ kawża f’forma stampata. Tista’ tuża wkoll il-kompjuters tal-viżitaturi tal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi biex taċċessa verksamt.se u ddaħħal kawża.

Online

Tista’ tmur fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaverksamt.se u tirreġistra kawża.

Kif jiġu rrieżaminati l-applikazzjonijiet sottomessi?

Il-kawżi ppreżentati permezz tas-servizzi elettroniċi (verksamt.se) huma suġġetti għal diversi kontrolli mill-magni. Uħud mill-kawżi jistgħu jingħalqu awtomatikament fis-servizzi elettroniċi. Oħrajn, li ma jistgħux jiġu kkontrollati b’mod elettroniku, jintbagħtu lil membru tal-persunal għal verifika manwali ulterjuri. Membru tal-persunal jivverifika wkoll dokumenti stampati.

Effetti legali tar-reġistrazzjoni

Effett tal-entrati fuq partijiet terzi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

Ir-rekords miżmuma mill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi huma pubbliċi. L-informazzjoni rreġistrata tiġi ppubblikata fil-pubblikazzjoni nazzjonali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPost- och Inrikes Tidningar. L-informazzjoni rreġistrata fir-reġistru u ppubblikata fil-Post- och Inrikes Tidningar titqies bħala għarfien pubbliku. Għalhekk, hija disponibbli għall-pubbliku u tista’ ssir tfittxija għaliha.

Diskrepanzi bejn l-entrata f’reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha

L-informazzjoni sottomessa għar-reġistrazzjoni tiġi rreġistrata u ppubblikata. Jekk sussegwentement jinstab li ġiet irreġistrata (u ppubblikata) informazzjoni żbaljata, jista’ jkun meħtieġ li tiġi kkoreġuta.

Min hu responsabbli għall-akkuratezza tar-rekords?

Il-kumpaniji huma responsabbli għall-informazzjoni li jissottomettu. L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi jirreġistra l-informazzjoni pprovduta, wara verifika tal-legalità.

Proċeduri għall-protezzjoni tad-data

Proċeduri relatati mad-drittijiet tas-suġġett tad-data rigward il-pubblikazzjoni u l-ħżin tad-data personali tiegħu

Fir-reġistri tal-kumpaniji tagħna aħna nipproċessaw id-data personali tal-membri tal-bord, fost partijiet oħra. L-għan tar-reġistri huwa li jipprovdu informazzjoni dwar, pereżempju, l-attivitajiet tan-negozju, is-self, l-akkwiżizzjonijiet tan-negozju u ċ-ċessjonijiet, u ż-żidiet fir-reġistri tal-klijenti jew il-verifiki tagħhom. L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta lil individwi, kumpaniji jew awtoritajiet li jeħtieġu informazzjoni għall-attivitajiet tagħhom.

L-informazzjoni personali tista’ tiġi ppubblikata u tinħażen sakemm tkun relatata mal-eżerċizzju tal-awtorità. Skont il-liġi, id-data personali għandha tiġi rreġistrata.

L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi huwa l-kontrollur tad-data u jiżgura li d-data personali fir-reġistri tagħna tiġi ttrattata f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data u mar-regoli speċifiċi li jirregolaw ir-reġistru.

L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi ħatar ombudsman għall-protezzjoni tad-data biex jiżgura li d-data personali tiġi ttrattata b’mod korrett u legali fl-operazzjonijiet.

Informazzjoni ta’ kuntatt

l-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi

Telefown: +46 771670670 (jew +46 60184000) mid-09:00 sat-15:00, mit-Tnejn sal-Ġimgħa

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabolagsverket@bolagsverket.se

L-indirizz għaż-żjarat: Stuvarvägen 21, Sundsvall, L-IŻVEZJA

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://bolagsverket.se/en/us/about/contact-us

Links

Servizzi elettroniċi: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://bolagsverket.se/en/fee

Servizzi elettroniċi: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.verksamt.se/web/international/services

L-aħħar aġġornament: 28/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE - Renju Unit

Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tar-Renju Unit:

Min iżomm ir-reġistru kummerċjali fir-Renju Unit:

Companies House hija Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidar-reġistru kummerċjali għar-Renju Unit inklużi l-Ingilterra u Wales, l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja.

X’informazzjoni żżomm Companies House?

Ir-reġistru jipprovdi informazzjoni ppreżentata minn kumpaniji, soċjetajiet b 'responsabbiltà limitata, soċjetajiet limitati, kumpaniji barra l-pajjiż, raggruppamenti ta’ interess Ekonomiku Ewropew (EEIGs - European Economic interest groupings), fużjonijiet transfruntieri u SEs (Societas Europaea, Kumpanija Ewropea). Tista’ tfittex aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ ffajljar fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCompanies House. Ir-reġistru ma jżommx informazzjoni dwar kummerċjanti waħdiena, soċjetajiet ġenerali u ismijiet kummerċjali.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali fl-Iskozja huwa bla ħlas?

Iva, l-aċċess għar-reġistru huwa bla ħlas, bħall-aċċess għall-informazzjoni bażika dwar il-kumpaniji.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali fir-Renju Unit

L-informazzjoni dwar il-kumpaniji fir-reġistru tan-negozji tar-Renju Unit tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCompanies House, permezz tas-servizz "WebCHeck".

Sa liema punt jista' wieħed joqgħod fuq id-dokumenti fir-reġistru?

Ir-reġistratur tal-kumpaniji

Din it-taqsima tiddeskrivi l-pożizzjoni fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kumpanija minħabba li tirrappreżenta l-parti l-kbira tal-materjal fuq ir-reġistru.

Il-leġiżlazzjoni prinċipali li tirregola l-operat tar-reġistru tar-Renju Unit hija l-Att tal-Kumpaniji tal-2006. Skont dak l-Att, l-informazzjoni tingħata, għar-reġistrazzjoni, lir-reġistratur tal-kumpaniji (“ir-Reġistratur”) minn kumpanija, jew l-aġenti li jaġixxu f’isimha. Meta tingħata, il-formola ta’ informazzjoni tiġi kkontrollata sabiex jiġi assigurat li tkun kompluta. Ir-Reġistratur jaċċetta din l-informazzjoni in bona fede. Ma ssir l-ebda validazzjoni jew verifika tal-preċiżjoni tal-informazzjoni. Jekk tkun aċċettabbli, l-informazzjoni tiġi rreġistrata sabiex jinżamm rendikont u jkun disponibbli għall-ispezzjoni pubblika. Ir-riċerkaturi jistgħu joqogħdu fuqu, ħlief għal klassi limitata ta’ informazzjoni, iżda biss sa fejn l-informazzjoni mogħtija lir-Reġistratur tkun preċiża.

Klassi limitata ta’ informazzjoni dwar ir-reġistru jkollha konsegwenzi legali bħala riżultat tar-reġistrazzjoni tagħha. Ir-riċerkaturi jistgħu joqogħdu fuq din l-informazzjoni kif tidher fuq ir-reġistru. Din il-klassi tinkludi,

  • l-inklużjoni ta' kumpaniji (it-Taqsima 16 tal-Att tal-Kumpaniji tal-2006)
  • l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat u l-bidla tiegħu skont it-Taqsima 87
  • l-isem tal-kumpanija u l-bidla tiegħu skont it-Taqsima 81
  • ir-reġistrazzjoni mill-ġdid ta’ kumpanija biex tbiddel l-istatus tagħha, pereżempju minn kumpanija privata għal kumpanija pubblika, eċċ. (it-Taqsimiet 96, 101,104, 107 u 111)
  • it-tnaqqis tal-kapital ta’ kumpanija (it-Taqsimiet 651 u 665)

Is-sanzjonijiet kriminali jistgħu jiġi infurzati għal ineżattezzi serji fl-informazzjoni mogħtija lir-Reġistratur. It-Taqsima 1112 tal-Att tal-Kumpaniji tal-2006 tagħmilha reat kriminali li, konxjament jew bi traskuraġni, tagħti informazzjoni falza jew qarrieqa lir-Reġistratur.

Kumpanija ma tistax tibbaża ruħha kontra parti terza fuq avvenimenti speċifiċi li jkunu seħħew sakemm ma tkunx ġiet innotifikata uffiċjalment, jew ikun jista’ jintwera li l-parti terza kienet taf bl-avveniment (it-Taqsima 1079 tal-Att tal-Kumpaniji tal-2006).

L-avvenimenti speċifiċi huma:

  • emenda tal-artikoli tal-kumpanija
  • bidla fost id-diretturi tal-kumpanija
  • bidla fl-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija
  • ordni ta’ stralċ fir-rigward tal-kumpanija
  • ħatra ta’ likwidatur fi stralċ volontarju tal-kumpanija

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCompanies House

L-aħħar aġġornament: 24/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.