Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE

Renju Unit

Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tar-Renju Unit:

Il-kontenut ipprovdut minn
Renju Unit

Min iżomm ir-reġistru kummerċjali fir-Renju Unit:

Companies House hija r-reġistru kummerċjali għar-Renju Unit inklużi l-Ingilterra u Wales, l-Irlanda ta' Fuq u l-Iskozja.

X’informazzjoni żżomm Companies House?

Ir-reġistru jipprovdi informazzjoni ppreżentata minn kumpaniji, soċjetajiet b 'responsabbiltà limitata, soċjetajiet limitati, kumpaniji barra l-pajjiż, raggruppamenti ta’ interess Ekonomiku Ewropew (EEIGs - European Economic interest groupings), fużjonijiet transfruntieri u SEs (Societas Europaea, Kumpanija Ewropea). Tista’ tfittex aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ ffajljar fuq Companies House. Ir-reġistru ma jżommx informazzjoni dwar kummerċjanti waħdiena, soċjetajiet ġenerali u ismijiet kummerċjali.

L-aċċess għar-reġistru kummerċjali fl-Iskozja huwa bla ħlas?

Iva, l-aċċess għar-reġistru huwa bla ħlas, bħall-aċċess għall-informazzjoni bażika dwar il-kumpaniji.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali fir-Renju Unit

L-informazzjoni dwar il-kumpaniji fir-reġistru tan-negozji tar-Renju Unit tinsab fuq Companies House, permezz tas-servizz "WebCHeck".

Sa liema punt jista' wieħed joqgħod fuq id-dokumenti fir-reġistru?

Ir-reġistratur tal-kumpaniji

Din it-taqsima tiddeskrivi l-pożizzjoni fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kumpanija minħabba li tirrappreżenta l-parti l-kbira tal-materjal fuq ir-reġistru.

Il-leġiżlazzjoni prinċipali li tirregola l-operat tar-reġistru tar-Renju Unit hija l-Att tal-Kumpaniji tal-2006. Skont dak l-Att, l-informazzjoni tingħata, għar-reġistrazzjoni, lir-reġistratur tal-kumpaniji (“ir-Reġistratur”) minn kumpanija, jew l-aġenti li jaġixxu f’isimha. Meta tingħata, il-formola ta’ informazzjoni tiġi kkontrollata sabiex jiġi assigurat li tkun kompluta. Ir-Reġistratur jaċċetta din l-informazzjoni in bona fede. Ma ssir l-ebda validazzjoni jew verifika tal-preċiżjoni tal-informazzjoni. Jekk tkun aċċettabbli, l-informazzjoni tiġi rreġistrata sabiex jinżamm rendikont u jkun disponibbli għall-ispezzjoni pubblika. Ir-riċerkaturi jistgħu joqogħdu fuqu, ħlief għal klassi limitata ta’ informazzjoni, iżda biss sa fejn l-informazzjoni mogħtija lir-Reġistratur tkun preċiża.

Klassi limitata ta’ informazzjoni dwar ir-reġistru jkollha konsegwenzi legali bħala riżultat tar-reġistrazzjoni tagħha. Ir-riċerkaturi jistgħu joqogħdu fuq din l-informazzjoni kif tidher fuq ir-reġistru. Din il-klassi tinkludi,

  • l-inklużjoni ta' kumpaniji (it-Taqsima 16 tal-Att tal-Kumpaniji tal-2006)
  • l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat u l-bidla tiegħu skont it-Taqsima 87
  • l-isem tal-kumpanija u l-bidla tiegħu skont it-Taqsima 81
  • ir-reġistrazzjoni mill-ġdid ta’ kumpanija biex tbiddel l-istatus tagħha, pereżempju minn kumpanija privata għal kumpanija pubblika, eċċ. (it-Taqsimiet 96, 101,104, 107 u 111)
  • it-tnaqqis tal-kapital ta’ kumpanija (it-Taqsimiet 651 u 665)

Is-sanzjonijiet kriminali jistgħu jiġi infurzati għal ineżattezzi serji fl-informazzjoni mogħtija lir-Reġistratur. It-Taqsima 1112 tal-Att tal-Kumpaniji tal-2006 tagħmilha reat kriminali li, konxjament jew bi traskuraġni, tagħti informazzjoni falza jew qarrieqa lir-Reġistratur.

Kumpanija ma tistax tibbaża ruħha kontra parti terza fuq avvenimenti speċifiċi li jkunu seħħew sakemm ma tkunx ġiet innotifikata uffiċjalment, jew ikun jista’ jintwera li l-parti terza kienet taf bl-avveniment (it-Taqsima 1079 tal-Att tal-Kumpaniji tal-2006).

L-avvenimenti speċifiċi huma:

  • emenda tal-artikoli tal-kumpanija
  • bidla fost id-diretturi tal-kumpanija
  • bidla fl-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija
  • ordni ta’ stralċ fir-rigward tal-kumpanija
  • ħatra ta’ likwidatur fi stralċ volontarju tal-kumpanija

Ħoloq Relatati

Companies House

L-aħħar aġġornament: 24/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.