Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE

Svezja

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tan-negozji Żvediż.

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

X'joffri r-reġistru tan-negozji Żvediż?

L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi għandu bosta reġistri li jagħtu informazzjoni dwar negozji (jiġifieri kumpaniji reġistrati). L-aċċess għall-informazzjoni f'dawn ir-reġistri huwa disponibbli permezz ta' magna tat-tiftix fuq l-internet jew billi jsir kuntatt mal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi.

Dawn ir-reġistri , minn hawn 'il quddiem, jissejħu kollettivament, ir-reġistru tan-negozji Żvediż.

Ir-reġistru tan-negozji Żvediż jipprovdi informazzjoni dwar, pereżempju:

  • ismijiet u indirizzi tal-kumpaniji
  • numru ta’ reġistrazzjoni
  • uffiċjali tal-kumpanija (inklużi membri tal-bord)
  • kontijiet annwali
  • statuti ta' assoċjazzjoni
  • ċertifikati ta' reġistrazzjoni
  • falliment.

L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi huwa s-sid tar-reġistru u jimmaniġġjah hu.

L-aċċess għar-reġistru tan-negozji Żvediż huwa mingħajr ħlas?

L-informazzjoni fir-reġistru tan-negozji Żvediżi tista' tiġi aċċessata mingħajr ħlas billi jsir kuntatt mal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi b'telefonata. It-talbiet għal estratt miktub mir-reġistru huma ġeneralment soġġetti għal tariffa.

Il-magna tat-tiftix tipprovdi aċċess liberu għal informazzjoni dwar isem ta' kumpanija, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-istatus. Is-servizzi addizjonali li ġejjin huma disponibbli biss għal utenti reġistrati u li jħallsu:

  • uffiċjali tal-kumpanija (inklużi membri tal-bord)
  • kontijiet annwali
  • statuti ta' assoċjazzjoni
  • ċertifikati ta' reġistrazzjoni
  • informazzjoni iktar dettaljata dwar il-falliment u l-likwidazzjoni.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

L-informazzjoni dwar il-kumpaniji b'reponsabbiltà limitata Żvediżi hija divulgata skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.

Kumpaniji b'responsabbiltà limitata li għadhom kemm ġew reġistrati, u kull tibdila fihom, jiġu reġistrati mal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi.

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji jiddivulgaw ċerti dokumenti u dettalji. L-Artikolu 3a(2) jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jipprovdu din l-informazzjoni għall-pubblikazzjoni fil-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

Fil-każ tal-Iżvezja l-informazzjoni reġistrata tiġi ppublikata fil-Gazzetta Uffiċjali Żvediża (Post- och Inrikes Tidningar).

Iktar informazzjoni dwar kumpaniji Żvediżi tista' tinstab fuq is-sit web tal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi http://www.bolagsverket.se/en.

Il-Gazzetta Uffiċjali Żvediża tista' tiġi kkonsultata permezz tas-sit web tal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi http://www.bolagsverket.se/en.

Kif tfittex fir-reġistru tan-negozji Żvediż

Kull min irid jikseb l-informazzjoni mir-reġistru jista' jagħmel dan billi jikkuntattja l-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediżi bil-posta, bil-posta elettronika, jew bit-telefon.

It-tiftix jista' jsir permezz tal-magna tat-tiftix billi jiddaħħal isem ta' kumpanija u numru ta’ reġistrazzjoni. L-informazzjoni mniżżla hawn taħt hija disponibbli biss għal utenti reġistrati u li jħallsu:

  • uffiċjali tal-kumpanija (inklużi membri tal-bord)
  • kontijiet annwali
  • statuti ta' assoċjazzjoni
  • ċertifikati ta' reġistrazzjoni
  • informazzjoni iktar dettaljata dwar il-falliment u l-likwidazzjoni.

L-istorja tar-reġistru tan-negozji Żvediż

L-informazzjoni ilha tinżamm fir-reġistru mill-1897. Skont it-tip ta' dejta, l-informazzjoni ilha tiġi kompjuterizzata mill-1982. Mill-2002 kull informazzjoni dieħla għar-reġistru ġiet ikkonvertita f'format diġitali.

Ħoloq utli

Ir-Reġistru Kummerċjali Ewropew (EBR)

L-aħħar aġġornament: 03/11/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.