Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE

Slovakkja

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali Slovakk.

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

X'informazzjoni fih ir-reġistru kummerċjali?

L-Obchodný register (ir-reġistru kummerċjali) huwa lista pubblika li fiha dejta statutorja li tikkonċerna lill-imprendituri, lill-kumpaniji u lill-entitajiet ġuridiċi, meta dan ikun stipulat minn leġiżlazzjoni separata.

Il-lista hija amministrata mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka.

Ir-reġistru kummerċjali jinżamm mir-registrové súdy (il-qrati tar-reġistru) (qorti distrettwali fis-sede tal-Qorti Reġjonali).

L-aċċess għar-reġistru tan-negozju huwa bla ħlas?

Aċċess għar-reġistru kummerċjali u estratti minnu huma suġġetti għal ħlas.

Kif tfittex fir-reġistru kummerċjali

Tista' tfittex fl-obchodný register Slovakk permezz ta':

It-tiftix jista' jsir ukoll bl-Ingliż.

Kemm jista' wieħed joqgħod fuq id-dokumenti fir-reġistru?

L-Att Nru 513/1991, il-Kodiċi Kummerċjali, jistipula fejn hu possibbli li sserraħ fuq id-dejta mdaħħla u, fejn xieraq, fuq il-kontenut tad-dokumenti depożitati fir-reġistru kummerċjali.

Id-dejta mdaħħla fir-reġistru kummerċjali hija effettiva fil-konfront ta' partijiet terzi mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha. Il-kontenut tad-dokumenti ddepożitati fir-reġistru kummerċjali hija effettiva fil-konfront ta' partijiet terzi mid-data tan-notifika tad-depożitu fil-Ġurnal Kummerċjali.
Minn dak il-punt 'il quddiem, partijiet terzi jistgħu joqogħdu fuq id-dejta jew il-kontenut tad-dokumenti. Dan ma japplikax jekk il-kumpanija rreġistrata tkun tista' turi li kienet taf b'dan qabel.

Jekk terza persuna tkun tista' turi li ma setgħetx tkun taf bid-dejta jew bil-kontenut tad-dokumenti, il-kumpanija rreġistrata tista' titlob id-dejta u l-kontenut tad-dokumenti fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dejta, u fil-każ ta' dokumenti, mid-data ta' notifika tad-depożitu tad-dokumenti.

Wara dan il-perjodu, id-dejta rreġistrata u l-kontenut tad-dokumenti ddepożitati jistgħu jintalbu fil-konfront ta' kull persuna.
F'każ ta' diskrepanza bejn dejta rreġistrata u dejta ppubblikata jew il-kontenut ta' dokumenti ddepożitati u ppubblikati, il-kumpanija rreġistrata tista' titlob biss il-verżjoni ppubblikata fil-konfront ta' partijiet terzi. Madankollu, hija tista' titlobhom jekk turi li parti terza kienet taf bil-kontenut tad-dejta rreġistrata jew bil-kontenut tad-dokument iddepożitat.

L-Istorja tar-reġistru kummerċjali Slovakk

Ir-reġistru jipprovdi informazzjoni rreġistrata mill-1 ta' Jannar 2001.

Ir-reġistru kummerċjali kien stabbilit fl-1992 wara l-adozzjoni tal-Att Nru 513/1991, il-Kodiċi Kummerċjali, u ħa post ir-reġistru tal-kumpaniji li kien hemm qabel.

Il-Kodiċi Kummerċjali (l-Artikoli 27-34) emenda l-kamp ta' applikazzjoni tar-reġistru kummerċjali sal-2004.

Mill-1 ta' Frar 2004, ġew introdotti u daħlu fis-seħħ rekwiżiti legali ġodda għar-reġistru kummerċjali (l-emenda tal-Att Nru 530/2003 dwar ir-reġistru kummerċjali u l-Att Nru 530/2003 kif emendat [sic]).

L-uniku Artikolu tal-Kodiċi Kummerċjali li għadu validu jirregola d-deskrizzjoni ġuridika tal-persuna rreġistrata, l-effiċenza tad-dejta rreġistrata u l-pubblikazzjoni tagħha. L-Artikoli 28 sa 34 tħassru.

L-emenda tal-Att Nru 530/2003 introduċiet il-pubblikazzjoni elettronika tar-reġistru. Id-dokumenti aġġornati jinżammu f'formati elettroniċi u fuq il-karta.

Ħoloq relatati

Obchodný register

Obchodný register SR

L-aħħar aġġornament: 18/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna