Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE

Olanda

Din it-taqsima tipprovdik b’ħarsa ġenerali tar-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż.

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda

X’informazzjoni fih ir-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż?

Ir-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż huwa proprjetà u jinżamm mill-Kamra tal-Kummerċ Netherlandiża (Kamer van Koophandel), kif awtorizzat mill-gvern permezz tal-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali.

Ir-Reġistru jagħti ħarsa ġenerali tal-informazzjoni (legali) rilevanti kollha dwar il-kumpaniji u l-persuni ġuridiċi kollha ekonomikament rilevanti fin-Netherlands. Il-kumpaniji u l-persuni ġuridiċi kollha jiddaħħlu fir-Reġistru. Dawn jinkludu:

  • Kumpaniji (kumpaniji privati u kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata: BVs u NVs)
  • Imprendituri individwali
  • Assoċazzjonijiet
  • Fondazzjonijiet
  • Professjonisti (eż. avukati, tobba, artisti)
  • Assoċazzjonijiet tas-sidien
  • Knejjes
  • Uffiċċji tal-Gvern.

L-ammont ta’ data rreġistrata jvarja skont il-forma ġuridika tal-organizzazzjoni. L-aktar data importanti hija:

  • Isem (legalment reġistrat)
  • Ismijiet kummerċjali oħra
  • Forma ġuridika u uffiċċju reġistrat
  • Indirizzi
  • Diretturi
  • Persuni bi prokura
  • Persuni impjegati
  • Dettalji dwar l-istabbiliment
  • Dettalji ta’ kuntatt
  • Indikazzjoni tal-attivitajiet (skont il-klassifikazzjoni NACE).

Skont il-liġi Netherlandiża, l-informazzjoni fir-Reġistru hija valida (u vinkolanti fuq il-partijiet terzi) sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. L-obbligu li wieħed jirreġistra (u jirreġistra kull tibdil) jaqa’ fuq il-kumpaniji nfushom. Il-bidliet kollha jridu jiġu rreġistrati fi żmien ġimgħa minn meta jkunu saru.

Ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru Kummerċjali ma tagħmilx parti mill-proċess ta’ stabbiliment ta’ kumpanija fin-Netherlands. Minn perspettiva legali, kumpanija tista’ teżisti fin-Netherlands anki mingħajr ma tiġi rreġistrata. Għalhekk, għalkemm huwa illegali li ma tiġix irreġistrata, in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni ma jipprekludix kumpanija milli teżisti u taġixxi bħala kumpanija.

Il-kumpaniji (il)limitati Netherlandiżi għandhom ukoll jiffaljaw il-kont annwali tagħhom fir-Reġistru Kummerċjali. Il-biċċa l-kbira tal-kumpaniji għandhom jippreżentaw karta tal-bilanċ biss, filwaqt li l-kumpaniji l-kbar iridu jiffaljaw ukoll ir-rapport tal-introjtu tagħhom.

L-aċċess għar-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż huwa mingħajr ħlas?

L-informazzjoni bażika fir-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż – bħal dettalji ta’ kuntatt, in-numru tal-Kamra tal-Kummerċ u n-numru tal-istabbiliment – hija disponibbli bla ħlas permezz tas-sit web tal-Kamra tal-Kummerċ. Tiġi imposta tariffa għal tipi oħra ta’ informazzjoni, eż. estratti uffiċjali, dikjarazzjonijiet finanzjarji u dokumenti oħra. Tista’ ssib ħarsa ġenerali tar-rati imposti fuq is-sit web tal-Kamra tal-Kummerċ.

Tista’ wkoll tniżżel l-app tar-Reġistru Kummerċjali tal-Kamra tal-Kummerċ bla ħlas. Din l-app tippermettilek tikseb informazzjoni sempliċi mir-Reġistru Kummerċjali.

Sa fejn jistgħu jiġu invokati d-dokumenti fir-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż?

Jenħtieġ li kulħadd ikun jista’ joqgħod fuq l-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru Kummerċjali. Ir-Reġistru Kummerċjali fih data awtentika. Il-kwalità tad-data hija ggarantita b’tali mod li l-utent ikun jista’ jistrieħ fuqha. Is-sid ta’ kumpanija huwa responsabbli għal dak li huwa miktub dwar il-kumpanija fir-Reġistru Kummerċjali. Il-kumpaniji rreġistrati jridu dejjem jikkomunikaw kull bidla ta’ din l-informazzjoni. Jekk dawn il-bidliet ma jiġux ikkomunikati, imbagħad tapplika l-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru Kummerċjali. Din hija magħrufa bħala protezzjoni minn partijiet terzi. Il-partijiet terzi li jaġixxu in bona fide għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq id-data rreġistrata.

Kif jista’ jsir tiftix fir-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż?

Tista’ tfittex fir-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż billi:

  • Isem kummerċjali
  • Numru Uffiċjali tal-Kamra tal-Kummerċ
  • Indirizz
  • Żona tal-kodiċi postali

Storja tar-Reġistru Kummerċjali Netherlandiż

Dati tal-informazzjoni mill-bidu tar-Reġistru attwali (1920). Hemm ukoll data disponibbli għal kumpaniji aktar antiki.

Ħoloq relatati

Ir-Reġistru Kummerċjali Ewropew

Il-Kamra tal-Kummerċ

Ir-Reġistru Kummerċjali

L-aħħar aġġornament: 18/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.