Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-għażliet disponibbli biex tikkonsulta r-reġistru kummerċjali tal-Lussemburgu.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ir-reġistru kummerċjali (Registre de Commerce et des Sociétés (RCS)) huwa direttorju uffiċċjali tal- persuni fiżici u ġuridiċi kollha fin-negozjuu korpi oħra msemmija mill-Att emendat tad-19 ta' Diċembru 2002.
Ir-reġistru kummerċjali jopera taħt l-awtorità tal-Ministru għall-Ġustizzja. Il-kompitu tal-ġestjoni tar-reġistru tal-kummerċ huwa fdat mill-Ministru għall-Ġustizzja lil grupp ewropew b'interess ekonomiku ir-Reġistri kummerċjali tal-Lussemburgu (li qabel kienu magħrufa bħala GIE RCSL), li jinkludi l-Istat, il-Kamra tal-Kummerċ (Chambre de Commerce) u l-Kamra tas-Snajja' (Chambre des Métiers).
L-għan tar-reġistru kummerċjali huwa li:
Ir-reġistru kummerċjali jiġbor żewġ tipi ta' data:
Indirizz tal-uffiċċju |
Indirizz postali |
Ħinijiet ta' ftuħ |
14, rue Erasme Tel: (352) 26 428 -1 Faks: (+352) 26 42 85 55 Posta elettronika: helpdesk@lbr.lu |
IR-REĠISTRI KUMMERĊJALI TAL-LUSSEMBURGU |
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 9.00 sa 12.00 u 13.30 sa 16.00 |
Il-fajls jistgħu jiġu konsultati fl-uffiċċji tar-reġistru kummerċjali mingħajr ħlas.
Xi informazzjoni bażika hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tas-sit elettroniku TAR-REĠISTRI KUMMERĊJALI TAL-LUSSEMBURGU:
Bi ħlas ta' tariffa, jistgħu jinkisbu:
It- tabella tal-prezzijiet hija disponibbli taħt l-intestatura ‘informazzjoni ġenerali-Tariffi’ (General information - Prices).
Tista’ tfittex fil-paġni tar-reġistru kummerċjali fuq is-sit elettroniku tar-Reġistri kummerċjali tal-Lussemburgu billi:
Il-magna tat-tiftix tas-sit imbagħad itella' lista ta' ismijiet li jaqblu mal-kriterji tat-tiftixa.
Kif tikklikkja fuq l-isem tal-persuni fuq il-lista, tidher l-informazzjoni li ġejja mingħajr ħlas:
Skont l-Artikoli 19-3 tal-Att emendat dwar ir-reġistru tan-negozji u kumpaniji u dwar il-kontijiet tal-kumpanija u d-dikjarazzjonijiet annwali finanzjarji tad-19 ta’ Diċembru 2002 (loi modifiée du 19 décembre 2002 concernant le registre de commerce et des sociétés ainsi que la comptabilité et les comptes annuels des entreprises), id-dokumenti u l-estratti tad-dokumenti huma eżegwibbli vis-à-vis terzi biss mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Kompendju Online ta’ Kumpaniji u Assoċjazzjonijiet (Ġabra elettronika tal-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet – RESA), ħlief jekk il-kumpanija tista’ turi li t-terzi kkonċernati kienu jafu bihom minn qabel. Il-partijiet terzi jistgħu, madanakollu, jistrieħu fuq id-dokumenti u l-estratti li ma ġewx ippubblikati.
Fejn tranżazzjoni tkun seħħet qabel is-16-il jum wara d-data ta' pubblikazzjoni, dawn id-dokumenti u estratti ma jkollhomx effett vis-à-vis terzi li jistgħu juru illi ma setgħux ikunu jafu bihom.
F'każ ta' diskrepanza bejn it-test li ġie ppreżentat u t-test li ġie ppubblikat mir-RESA, it-test pubblikat ma jistax jintuża kontra terzi. Madanakollu, it-terzi nfushom jistgħu jinvokawhom, sakemm il-kumpanija ma turix illi huma kienu fil-fatt jafu li t-test kien ġie ppreżentat.
Ir-reġistru kummerċjali ilu jeżistu sa mill-1909.
Mill-2003, huwa jopera taħt l-awtorità tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-ġestjoni tiegħu ġiet fdata lil grupp ta' interess ekonomiku, Ir-Reġistri kummerċjali tal-Lussemburgu. Minn dakinhar, huwa sar kompletament kompjuterizzat.
Id-dokumenti ppreżentati fir-reġistru kummerċjali mill-1 ta' Jannar 2006 jiġu diġitalizzati awtomatikament u huma disponibbli f'forma elettronika għall-konsultazzjoni fuq is-sit elettroniku.
Id-dokumenti ppreżentati mill-bidu tal-ħolqien tar-reġistru kummerċjali fl-1909 huma fil-proċess li jiġu diġitalizzati u jsiru disponibbli għall-pubbliku meta jkunu lesti.
Ir-reġistru kummerċjali mbagħad isir disponibbli kollhu kemm hu għal konsultazzjoni f'format elettroniku.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.