Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE

Latvja

F’din it-taqsima ssib informazzjoni ġenerali dwar ir-reġistru kummerċjali tal-Latvja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

X’joffri r-reġistru kummerċjali tal-Latvja?

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja (Latvijas Republikas Uzņēmumu reģistrs) huwa korp pubbliku Latvjan li jirreġistra kumpaniji, kummerċjanti, il-fergħat u l-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom u tibdiliet fid-dokumenti kostituttivi, u jwettaq attivitajiet oħra previsti fil-leġiżlazzjoni. Ir-Reġistru tal-Intrapriżi jirreġistra wkoll il-mass medja, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet, ipoteki kummerċjali, interess kontrollanti, ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati u kitbiet taż-żwieġ, partiti politiċi, korpi ta' arbitraġġ, trade unions, organizzazzjonijiet reliġjużi u istituzzjonijiet reliġjużi, u proċeduri ta' insolvenza.

Jeħtieġ li tħallas biex tikkonsulta r-reġistru kummerċjali?

Iva, fil-Latvja ma jeżisti l-ebda reġistru kummerċjali onlajn bla ħlas.

Madankollu, jekk tuża l-funzjonijiet ta' tiftix disponibbli fuq il-websajt tar-Reġistru tal-Intrapriżi l-informazzjoni bażika li ġejja dwar entitajiet ġuridiċi mdaħħla fir-reġistri tar-Reġistru tal-Intrapriżi tista' tinkiseb mingħajr ħlas:

  • it-tip ta' entità ġuridika;
  • uffiċċju rreġistrat;
  • l-isem jew l-isem kummerċjali ġdid jew attwali u isem preċedentement irreġistrat jew isem storiku jew isem kummerċjali;
  • in-numru tar-reġistrazzjoni;
  • il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-benefiċjarju taż-Żona Unika ta' Pagamenti f'Euro (jekk allokat);
  • id-data tar-reġistrazzjoni;
  • data tat-tħassir tal-entità ġuridika mir-reġistru (jew id-data tar-riorganizzazzjoni jekk ir-raġuni għat-tħassir hija riorganizzazzjoni);
  • l-iskadenza għar-reġistrazzjoni ta' organizzazzjonijiet reliġjużi li huma suġġetti għal reġistrazzjoni mill-ġdid.

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tal-Latvja joffri l-possibbiltà li tinkiseb mingħajr ħlas l-informazzjoni li ġejja rigward kull entità ġuridika rreġistrata bħala dejta miftuħa:

  • in-numru tar-reġistrazzjoni;
  • l-isem jew l-isem kummerċjali tal-entità;
  • it-tip ta' entità ġuridika;
  • f'liema reġistru tinsab irreġistrata l-entità;
  • id-data tar-reġistrazzjoni;
  • informazzjoni rigward it-tħassir tal-entità ġuridika mir-reġistru jew ir-rikonoxximent tagħha;
  • id-data tat-tħassir tal-entità ġuridika mir-reġistru (jew id-data tar-riorganizzazzjoni jekk ir-raġuni għat-tħassir hija riorganizzazzjoni);
  • l-uffiċċju rreġistrat.

Din l-informazzjoni tingħata f'formati ta' dejta .csv, .txt jew .xlsx u l-aċċess għaliha huwa hawn. L-utent jista' jagħżel il-format tad-dejta skont l-użu intenzjonat tagħha.

L-entitajiet kollha fir-reġistru kummerċjali huma ppubblikati elettronikament fuq il-websajt tal-gazzetta uffiċjali Latvijas Vēstnesis L-istess proċedura tapplika għall-pubblikazzjoni ta' dokumenti ppreżentati separatament. L-entrati jistgħu jiġu invokati kontra partijiet terzi biss wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-gazzetta uffiċjali, sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx magħrufa mill-partijiet terzi qabel il-pubblikazzjoni. Madankollu, jekk parti terza tista' turi li ma kinitx konxja u ma setgħetx tkun konxja tal-informazzjoni ppubblikata, dik l-informazzjoni ma tistax tkun invokata fir-rigward ta' passi legali li jittieħdu fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni.

Jekk l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali tiġi rrekordjata jew ippubblikata b'mod skorrett, parti terza f'bona fide tista' tinvoka l-informazzjoni ppubblikata anke jekk ma tkunx tikkorrispondi mal-entrati fir-reġistru kummerċjali jew ma' kif inhuma fil-fatt l-affarijiet. Iżda parti terza ma tistax tinvoka informazzjoni li kienet ippubblikata b'mod skorrett meta l-parti terza kienet konxja tal-iskorrettezza.

Kif titlob informazzjoni mir-reġistru kummerċjali tal-Latvja

Ir-Reġistru tal-Imprizi tar-Repubblika tal-Latvja jipprovdi informazzjoni dwar l-entitajiet ġuridiċi kollha rreġistrati u dwar il-fatti legali.

Informazzjoni tista' tinkiseb mir-Reġistru tal-Intrapriżi, bi ħlas ta' tariffa, permezz ta' formola għat-talba ta’ informazzjoni personali, bil-miktub, jew b'posta elettronika f'għamla ta' dokument elettroniku b'firma elettronika fiż-żgur u b'timbru diġitali li jirreġistra l-ħin (f'dan il-każ l-informazzjoni mitluba tintbagħat bl-istess mod). It-talba trid tagħti dettalji tal-pagament magħmul lir-Reġistru tal-Intrapriżi (dokument li jiċċertifika li jkun sar il-pagament, kopja ta' tali dokument, jew verżjoni stampata tat-tranżazzjoni elettronika bl-internet). Meta titlob informazzjoni jekk jogħġbok indika l-mezz li tippreferi biex tirċeviha (personali, bil-posta jew bil-posta elettronika). It-talbiet jistgħu jsiru wkoll onlajn permezz tal-portal https://www.latvija.lv/epakalpojumi/ep120/apraksts.

Lista tal-ammonti tat-tariffi tinstab fuq l-internet.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti li hemm fir-reġistru

L-entitajiet kollha fir-reġistru kummerċjali huma ppubblikati fil-gazzetta uffiċjali Latvijas Vēstnesis u f'forma elettronika fis-sit web tal-gazzetta uffiċjali f'www.vestnesis.lv. L-istess proċedura tapplika għall-pubblikazzjoni ta' dokumenti ppreżentati separatament.

L-entrati fir-reġistru kummerċjali jistgħu jiġu invokati kontra partijiet terzi biss wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-gazzetta uffiċjali Latvijas Vēstnesis, sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx magħrufa mill-parti terza qabel il-pubblikazzjoni. Madankollu, jekk parti terza tista' turi li ma kinitx konxja u ma setgħetx tkun konxja tal-informazzjoni ppubblikata, dik l-informazzjoni ma tistax tkun invokata fir-rigward ta' passi legali li jittieħdu fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni.

Jekk l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fir-reġistru kummerċjali tiġi rrekordjata jew ippubblikata b'mod skorrett, parti terza f'bona fide tista' tinvoka l-informazzjoni ppubblikata anke jekk ma tkunx tikkorrispondi mal-entrati fir-reġistru kummerċjali jew ma' kif inhuma fil-fatt l-affarijiet. Iżda parti terza ma tistax tinvoka informazzjoni li kienet ippubblikata b'mod skorrett meta l-parti terza kienet konxja tal-iskorrettezza.

Għal informazzjoni aktar dettaljata jekk jogħġbok ara l-Artikolu 12 tal-Liġi Kummerċjali(Komerclikums)(fil-portal hemm ukoll traduzzjoni bl-Ingliż).

Kif tikkuntattja r-reġistru kummerċjali tal-Latvja

Dettalji ta’ kuntatt:

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja
Pērses iela 2, Riga, Latvia, LV 1011
Informazzjoni dwar il-linja telefonika: 67031703 (Jekk jogħġbok kun af li ma jingħatawx pariri legali)
Fax: 67031793
Posta elettronika: info@ur.gov.lv

L-orarju tal-ftuħ jinstab fuq l-internet.

L-istorja tar-reġistru kummerjċali tal-Latvja

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja twaqqaf fl-1 ta’ Diċembru 1990.

Ħoloq

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja

Ir-Reġistru Kummerċjali Ewropew (aċċess ipprovdut minn Lursoft)

L-aħħar aġġornament: 29/09/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.