Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE

Franza

Din il-paġna tinfurmak dwar kif tista’ tikkonsulta r-reġistri kummerċjali fi Franza.

Il-kontenut ipprovdut minn
Franza

X'informazzjoni joffri r-reġistru kummerċjali fi Franza?

Ir-reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji (RCS) lokali jinżammu mir-reġistraturi tal-Qrati Kummerċjali u tal-Qrati Ċivili b’kompetenza kummerċjali (il-qrati tal-maġistrati fid-dipartimenti ta' Bas-Rhin, ta' Haut-Rhin u tal-Moselle u l-qrati kummerċjali mħallta fir-reġjuni u d-dipartimenti extra-Ewropej). L-informazzjoni li tinsab f’dawn ir-reġistri hija kkontrollata. Ir-reġistraturi jridu jivverifikaw li d-dettalji jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet u r-regolamenti, jikkorrispondu mad-dokumenti ta’ sostenn u mad-dokumenti fl-anness u li jkunu taħt is-superviżjoni tal-President jew ta’ mħallef li jkun detikat l-iskop, li jkun kompetenti biex jittratta t-tilwim kollu bejn il-persuna taxxabbli u r-reġistratur, u li fil-każ ta’ applikazzjoni għal modifika jew tneħħija, li jkunu aġġornati.

L-estratt Kbis li jinħareġ mir-reġistraturi jirrappreżenta l-vera «karta tal-identità», l-istat ċivili ta’ kumpanija rreġistrata mar-RCS. Dan id-dokument jiġbor fih l-informazzjoni kollha li l-kumpanija trid tiddikjara, u tirreferi, fejn meħtieġ, għad-dettalji mogħtija mir-reġistratur inkarigat miż-żamma ta’ dan ir-reġistru. Dan l-estratt Kbis jiċċertifika l-eżistenza ġuridika tal-kumpanija u jagħti informazzjoni verifikata. L-estratt huwa magħmul minn dokument uffiċjali wieħed li jipprova l-identità u l-indirizz tal-persuna (fiżika jew ġuridika) reġistrata, l-attività, l-entitajiet maniġerjali, l-amministrazzjoni, il-ġestjoni jew is-superviżjoni tagħha, kif ukoll jekk teżistix xi proċedura kollettiva mibdija kontriha. Dan id-dokument uffiċjali maħruġ u ffirmat mir-reġistratur tal-qorti fih l-informazzjoni awtentika pprovduta mill-kumpanija lill-RCS, sakemm ma jitweriex li dik l-informazzjoni hija falza.

Reġistru nazzjonali tal-kummerċ u tal-kumpaniji (RNCS) jinżamm mill-Institut National de la Propriété Industrielle (INPI) li jiċċentralizza d-dokumenti li huma validi bħala oriġinali tar-reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji miżmuma f’kull reġistru. Għalhekk l-IINPI huwa responsabbli għat-tixrid u l-użu ħieles mill-pubbliku għall-finijiet ta’ użu mill-ġdid tal-informazzjoni teknika, kummerċjali u finanzjarja li tinsab fl-RNCS.

Dawn ir-reġistri fihom l-informazzjoni kollha dwar in-negozjanti u l-kumpaniji. Huma jagħtu aċċess għall-entrati u d-dokumenti kollha maħżuna fir-reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji.

Is-sit web tal-Infogreffe jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni fir-reġistru kummerċjali u tal-kumpaniji u jippermetti wkoll diversi formalitajiet (reġistrazzjoni, modifika, tneħħija, preżentazzjoni tal-kontijiet annwali) online. Is-servizz jingħata bil-Franċiż u bl-Ingliż.

Is-sit tal-INPI jippermetti aċċess, bħala data miftuħa, għal reġistrazzjonijiet, bidliet, tneħħija u kontijiet annwali tal-kumpaniji.

Il-Bulettin Uffiċjali tal-Avviżi Ċivili u Kummerċjali (BODACC)

Il-BODACC jippubblika atti li huma rreġistrati fir-RCS, mill-ħolqien sat-tneħħija tal-kumpanija: il-bejgħ u ċ-ċedimenti, il-proċedimenti kollettivi, u l-preżentazzjoni tal-kontijiet, b’mod partikolari. It-trażmissjoni lill-BODACC titwettaq lil hinn mill-partijiet interessati mingħajr ma dawn ikollhom għalfejn jagħmlu xejn. L-inserzjonijiet għandhom ikunu diliġenti u taħt ir-responsabbiltà tar-reġistratur, li għandu jirċievi d-dikjarazzjonijiet.

Il-pubblikazzjoni għand il-BODACC, li jagħmilha possibbli li tiġi żgurata l-usa’ distribuzzjoni possibbli tar-reġistrazzjonijiet fl-RCS, tiddependi mill-uffiċċju tal-informazzjoni legali u amministrattiva (Direction de l’information légale et administrative - Dila).

Il-konsultazzjoni ta' reġistru kummerċjali hija bi ħlas?

L-utenti tas-sit Infogreffe jistgħu jaċċessaw bla ħlas ċerta informazzjoni dwar l-impriżi li huma elenkati, iżda l-biċċa l-kbira tal-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-dejta tista’ tinkiseb biss bi ħlas.

It-tixrid tal-informazzjoni tal-RNCS mill-INPI li jista’ jsir permess tal-posta jew permezz tal-ħanut elettroniku tas-sit tal-INPI ma għadux bi ħlas. Madankollu, l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni huwa soġġett għall-aċċettazzjoni ta’ liċenzja.

Mill-1 ta’ Lulju 2015, il-BODACC ħadem esklużivament b’mezzi elettroniċi. Il-kontenut tas-sit (l-avviżi tal-BODACC infushom) sar bla ħlas f’Lulju 2011.

Fl-aħħar, f’Ġunju 2016 ġie stabbilit portal ġdid ta’ aċċess diġitali, bl-isem «Portail de la Publicité Légale des Entreprises». dan jippermetti lill-utenti aċċess permezz ta’ interfaċja uniku għall-avviżi u l-informazzjoni legali ppubblikati fit-tliet websajts, li huma https://www.infogreffe.fr/https://actulegales.fr/https://www.bodacc.fr/ rispettivament.

Kif issir tiftixa f'reġistru kummerċjali Franċiż?

Is-sit Infogreffe jippermettilek tfittex kumpanija skont:

  • isimha,
  • isem id-diretturi u l-amministraturi,
  • il-belt jew id-dipartiment tal-uffiċċju prinċipali tagħha, tad-domiċilju tagħha, jew tal-istabbilimenti tagħha,
  • in-numru SIREN (Système d'Identification du Répertoire des Entreprises) tagħha,
  • in-numru tar-reġistrazzjoni tagħha fir-reġistru kummerċjali u tal-kumpaniji.

Il-websajt tal-BBODACC jippermetti li ssir tfittxija għal avviż dwar impriża permezz tan-numru SIREN tagħha jew ta’ isem il-kumpannija.

Ħoloq utli

Registre de Commerce européen (Reġistru Kummerċjali Ewropew)

Infogreffe

INPI

CNGTC

BODACC

PPLE

L-aħħar aġġornament: 28/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna